This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0326
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/326 of 24 February 2017 amending for the 261st time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the ISIL (Da'esh) and Al-Qaida organisations
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/326 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda għall-261 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/326 tal-24 ta' Frar 2017 li jemenda għall-261 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
C/2017/1448
ĠU L 49, 25.2.2017, pp. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32002R0881 | Żieda | anness I Test | 25/02/2017 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32017R0326R(01) |
|
25.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/30 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/326
tal-24 ta' Frar 2017
li jemenda għall-261 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da' esh) u tal-Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-22 ta' Frar 2017 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid erba' persuni fiżiċi mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika t-twaqqif tal-fondi u riżorsi finanzjarji. L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:
|
(a) |
“Bassam Ahmad Al-Hasri (magħruf ukoll bħala: a) Bassam Ahmad Husari b) Abu Ahmad Akhlaq c) Abu Ahmad al-Shami). Data tat-twelid: a) 1.1.1969 b) bejn wieħed u ieħor fl-1971. Post tat-twelid: a) Qalamun, Provinċja ta' Damasku, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, b) Ghutah, Provinċja ta' Damasku, ir-Repubblika Għarbija Sirjana c) Tadamon, Rif Dimashq, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Nazzjonalità: a) Sirjana b) Palestinjana. Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (In-Nofsinhar. Il-post minn Lulju 2016). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.” |
|
(b) |
“Iyad Nazmi Salih Khalil (magħruf ukoll bħala: a) Ayyad Nazmi Salih Khalil b) Eyad Nazmi Saleh Khalil c) Iyad al-Toubasi d) Iyad al-Tubasi e) Abu al-Darda' f) Abu-Julaybib al-Urduni g) Abu-Julaybib). Data tat-twelid: 1974 Post tat-twelid: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Nazzjonalità: Ġordaniża. Numru tal-passaport: a) il-Ġordan 654781 (bejn wieħed u ieħor maħruġ fl-2009) b) il-Ġordan 286062 (maħruġ fil-5.4.1999 f'Żarqa, il-Ġordan, skada fl-4.4.2004). Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (Iż-żona kostali. Il-post minn April 2016). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.” |
|
(c) |
“Ghalib Adbullah al-Zaidi (magħruf ukoll bħala: a) Ghalib Abdallah al-Zaydi b) Ghalib Abdallah Ali al-Zaydi c) Ghalib al Zaydi). Data tat-twelid: a) 1975 b) 1970. Post tat-twelid: Ir-Reġjun ta' Raqqah, il-Governatorat ta' Marib, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.” |
|
(d) |
“Nayif Salih Salim Al-Qaysi (magħruf ukoll bħala: a) Naif Saleh Salem al Qaisi b) Nayif al-Ghaysi). Data tat-twelid: 1983. Post tat-twelid: Il-Governatorat ta' Al-Baydah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Numru tal-passaport: Jemen 04796738. Indirizz: a) Il-Governatorat Al-Baydah, il-Jemen; b) Sana'a, il-Jemen (post preċedenti). Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.” |