Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0237

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/237 tal-10 ta' Frar 2017 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/0709

    ĠU L 36, 11.2.2017, p. 12–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/237/oj

    11.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 36/12

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/237

    tal-10 ta' Frar 2017

    li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Wara l-pubblikazzjoni tal-studju xjentifiku tal-2001 bl-isem “Use of permanent hair dyes and bladder cancer risk”, il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kożmetiċi u l-Prodotti li mhumiex tal-Ikel intenzjonati għal Konsumaturi, li wara ġie sostitwit mill-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (Scientific Committee on Consumer Products, SCCP), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (2), ikkonkluda li r-riskji potenzjali tal-użu taż-żebgħa tax-xagħar kienu ta' tħassib. L-SCCP fl-opinjonijiet tiegħu, irrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu iżjed passi biex tikkontrolla l-użu tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar.

    (2)

    L-SCCP irrakkomanda wkoll strateġija ta' valutazzjoni ġenerali tas-sikurezza għal sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar li tinkludi r-rekwiżiti għall-ittestjar ta' sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għall-ġenotossiċità jew il-karċinoġenità potenzjali tagħhom.

    (3)

    Skont l-opinjonijiet tal-SCCP, il-Kummissjoni qablet mal-Istati Membri u l-partijiet kkonċernati dwar strateġija globali biex tirregola s-sustanzi użati fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar skont kif l-industrija ntalbet tippreżenta fajls, bid-dejta xjentifika aġġornata dwar is-sikurezza tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar, biex l-SCCP iwettaq valutazzjoni tar-riskji.

    (4)

    L-SCCP, li wara nbidel bil-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (3), ivvaluta s-sikurezza tas-sustanzi individwali taż-żebgħa tax-xagħar li għalihom kienu tressqu fajls aġġornatimill-industrija.

    (5)

    Fl-opinjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2010 u fuq il-bażi tad-dejta disponibbli sa dak iż-żmien, l-SCCS ma qajjem l-ebda tħassib ewlieni fir-rigward tal-ġenotossicità u l-karċinoġeniċità taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti ta' reazzjoni tagħhom użati bħalissa fl-Unjoni, fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' riskji possibbli għas-saħħa tal-konsumatur minn prodotti ta' reazzjoni fformati minn sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi matul il-proċess taż-żbigħ tax-xagħar.

    (6)

    Sabiex tkun żgurata s-sikurezza tal-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar għas-saħħa tal-bniedem huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-konċentrazzjonijiet massimi ta' għaxar sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ivvalutati, billi jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet finali mogħtija mill-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom.

    (7)

    Minħabba li s-sustanzi N,N'-Bis-(2-Hydroxyethyl)-2-nitro-p-Phenylenediamine u 2,6-Dihydroxyethylaminotoluene bħalissa qed jiġu regolati taħt l-entrati ġeneriċi 8 u 9 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, għandhom jinħolqu numri separati ta' referenza għal dawn is-sustanzi, filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-SCCS dwar is-sikurezza tagħhom fl-opinjonijiet tas-SCCS 1572/16 u 1563/15

    (8)

    Id-definizzjoni ta' prodott tax-xagħar fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 eskludiet l-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq ix-xagħar tal-għajnejn. Din l-esklużjoni kienet motivata mill-fatt li l-livell ta' riskju huwa differenti meta l-prodotti kożmetiċi huma applikati fuq ix-xagħar tar-ras u x-xagħar tal-għajnejn rispettivament. Għalhekk kien hemm bżonn ta' valutazzjoni speċifika tas-sikurezza għall-applikazzjoni tas-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar fuq xagħar l-għajnejn.

    (9)

    L-SCCS, fl-opinjoni tiegħu dwar is-sustanzi taż-żebgħa ossidattivi tax-xagħar u l-perossidu tal-idroġenu użati fil-prodotti li jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn tal-25 ta' Marzu 2015(SCCS/1553/15) ikkonkluda li s-sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi Toluene-2,5-Diamine, p-Aminophenol, 2-Methylresorcinol, Tetraaminopyrimidine Sulfate, Hydroxyethyl-p-Phenylenediamine Sulfate and 2-Amino-3-Hydroxypyridine, elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u misjuba sikuri għall-użu fil-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar, jistgħu jintużaw b'mod sikur mill-professjonisti fil-prodotti intiżi biex jagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn.

    (10)

    Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika ta' dawk is-sustanzi, l-użu tagħhom għandu jkun permess fi prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn. Madankollu, sabiex ikun evitat kwalunkwe riskju konness mal-awtoapplikazzjoni tal-prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn mill-konsumaturi stess, dawn għandhom jitħallew biss għall-użu professjonali. Għandhom jiġu stampati twissijiet xierqa fuq it-tikketti tagħhom sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-effetti negattivi possibbli tal-applikazzjoni ta' prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn u biex jitnaqqas ir-riskju tas-sensibilizzazzoni tal-ġilda għal dawk il-prodotti.

    (11)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

    (12)

    Huwa xieraq li jingħataw perjodi ta' żmien raġonevoli sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda u jitneħħew gradwalment l-prodotti konċernati li mhumiex f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

    (13)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER

    (1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE tal-5 ta' Awwissu 2008 li twaqqaf struttura konsultattiva ta' Kumitati Xjentifiċi u esperti fil-qasam tas-sigurtà tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2004/210/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

    ANNESS

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-entrata li ġejja tiddaħħal bħala numru ta' referenza 8c:

    In-numru ta' referenza

    L-identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

    In-numru CAS

    In-numru KE

    It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem

    Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “8c

    Etanol, 2,2′-[(2-nitro-1,4-fenilen)diimino]bis-(9CI)

    N,N′-Bis-(2-Hydroxyethyl)-2-Nitro-p-Phenylenediamine

    84041-77-0

    281-856-4

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a)

    Mit-3 ta' Settembru 2017, wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż 1,0 %

    Għal (a) u (b), Mit-3 ta' Settembru 2017:

    Tużax ma' aġenti nitrosanti

    Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

    Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

    (a)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’”

    (b)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

    (b)

    Mit-3 ta' Settembru 2017: 1,5 %

    (2)

    it-test fl-entrata 9, il-kolonna b, tinbidel b'dan li ġej:

    “Il-metilfenilendiammini, id-derivattivi bin-N sostitwita u l-imluħa tagħhom (1), ħlief għas-sustanzi bin-numri ta' referenza 9a u 9b f'dan l-Anness u għas-sustanzi bin-numri ta' referenza 364, 1310 u 1313 fl-Anness II”;

    (3)

    l-entrata 9a tinbidel b'dan li ġej:

    In-numru ta' referenza

    L-identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

    In-numru CAS

    In-numru KE

    It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem

    Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “9 a

    Sulfat tal-1,4-Benżendiammina, 2-metil-

    2,5-Dijamminutoluwen

    Toluene-2,5-Diamine

    Toluene-2,5-Diamine Sulfate (1)

    95-70-5

    615-50-9

    202-442-1

    210-431-8

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a) (i)

    Użu ġenerali

    (a) (ii)

    Użu professjonali

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet. Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”

    Fih il-fenilendiammini (toluwendiammini)

    (a) (i)

    Tużahx biex tagħti kulur lix-xagħar tal-għajnejn.

    (a) (ii)

    Ilbes ingwanti adattati.

    Għall-użu professjonali biss.’

    (b)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.

    Fih il-fenilendiammini (toluwendiammini).

    Ilbes ingwanti adattati.

    Għall-użu professjonali biss.’”

    (b)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

    (b)

    Użu professjonali

    Għal (a) u (b): Wara taħlit f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar jew lix-xagħar tal-għajnejn ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (ikkalkulat bħala bażi libera) jew 3,6 % (ikkalkulat bħala melħ tas-sulfat).

    (4)

    L-entrata li ġejja tiddaħħal bħala numru ta' referenza 9b:

    In-numru ta' referenza

    L-identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

    In-numru CAS

    In-numru KE

    It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem

    Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “9b

    1-Metil-2,6-bis-(2-idrossietilamino)-benżen

    2,6-Dihydroxyethylaminotoluene

    149330-25-6

    443-210-1

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017, wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż 1,0 %

    Tużax ma' aġenti nitrosanti

    Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

    Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

    Minn 3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’”

    (5)

    L-entrati 200, 206, 211, 243 u 272 jinbidlu b'dan li ġej:

    In-numru ta' referenza

    L-identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

    In-numru CAS

    In-numru KE

    It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem

    Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “200

    Sulfat tal-2,4,5,6-Tetraaminopirimidina

    Tetraaminopyrimidine Sulfate

    5392-28-9

    226-393-0

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a) (c)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-3,4 % (ikkalkulat bħala sulfat).

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    (c)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”

    Għall-użu professjonali biss.

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’”

    (b)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

    (b)

    3,4 % (ikkalkulat bħala sulfat)

    (c)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

    (c)

    Użu professjonali

    “206

    Sulfat ta' 3-(2-Idrossietil)- p-fenylenejiammonju sulphate

    Hydroxyethyl-p- Phenylenediamine Sulfate

    93841-25-9

    298-995-1

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż it-2,0 % (ikkalkulata bħala sulfat)

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    (b)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

    Għall-użu professjonali biss.

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’”

    (b)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

    (b)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,75 % ((ikkalkulat bħala bażi libera)

    (b)

    Użu professjonali

    “211

    2-Aminopiridin-3-ol

    2-Amino-3- Hydroxypyridine

    16867-03-1

    240-886-8

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż il-1,0 %

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    (b)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

    Għall-użu professjonali biss.

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’”

    (b)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

    (b)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-0,5 %

    (b)

    Użu professjonali

    “243

    1,3-Benżenedjol, 2- methyl

    2-Methylresorcinol

    608-25-3

    210-155-8

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż il-1,8 %

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    (c)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

    Għall-użu professjonali biss.

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’”

    (b)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi.

    (b)

    1,8 %

    (c)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

    (c)

    Wara t-taħlita taħt kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż il-1,25 %

    (c)

    Użu professjonali

    “272

    4-Aminofenol

    p-Aminophenol

    123-30-8

    204-616-2

    (a)

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    (a) (b)

    Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi, il-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar ma għandhiex taqbeż iż-0,9 %

    (a)

    Għandu jiġi stampat fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    (b)

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta: Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageDan il-prodott jista' jikkawża reazzjonijiet allerġiċi qawwija. Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena. It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Ix-xagħar tal-għajnejn ma għandux jingħata kulur jekk il-konsumatur:

    għandu raxx fuq wiċċu jew il-ġilda tar-ras hija sensittiva, irritata u midruba,

    qatt kellu xi reazzjoni ħażina wara li jkun żeba' xagħru jew ix-xagħar tal-għajnejn,

    qatt kellu xi reazzjoni wara li għamel tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.

    Għall-użu professjonali biss.

    Laħlaħ l-għajnejn immedjatament jekk il-prodott jiġi f'kuntatt magħhom.’”

    (b)

    Prodotti intenzjonati biex jagħtu kulur lix-xagħar tal-għajnejn

    (b)

    Użu professjonali

    (6)

    jiżdiedu l-entrati 298 sa 305 li ġejjin:

    In-numru ta' referenza

    L-identifikazzjoni tas-sustanza

    Restrizzjonijiet

    Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

    Isem kimiku/INN

    L-isem tal-Glossarju ta' Ingredjenti Komuni

    In-numru CAS

    In-numru KE

    It-tip ta' prodott, il-partijiet tal-ġisem

    Il-konċentrazzjoni massima fi preparazzjoni lesta għall-użu

    Oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    g

    h

    i

    “298

    Di-[2-[4-[(E)-2-[4-[bis(2-idrossietil)aminofenil]vinil]piridin-1-ium]-butanoil]aminoetil]di-sulfanil diklorid

    HC Red No. 17

    1449471-67-3

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017: 0,5 %

    Mit-3 ta' Settembru 2017:

    Tużax ma' aġenti nitrosanti

    Kontenut massimu ta' nitrosammina: 50 μg/kg

    Żomm f'kontenituri ħielsa min-nitriti

    299

    Di-[2-[4-[(E)-2-[2,4,5-trimetossifenyl]vinil]piridinin-1-ium]butanojil]aminoetiyl]disulfanil diklorid

    HC Yellow No. 17

    1450801-55-4

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017: 0,5 %

    Mit-3 ta' Marzu 2018:

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    300

    1H-Pirażol -4,5-diammina, 1-eżil-, sulfat (2:1)

    1-Hexyl 4,5-Diamino Pyrazole Sulfate

    1361000-03-4

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017, wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż 1,0 %

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    301

    Sulfat tal-4-Idrossi-2,5,6-triaminopirimidina

    2,5,6-Triamino-4-Ppyrimidinol Sulfate

    1603-02-7

    216-500-9

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017, wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż 0,5 %

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    302

    2-[(3-Aminopirażolo[1,5-a]piridin-2-yl)ossi]etanol kloridrat

    Hydroxyethoxy Aminopyrazolopyridine HCl

    1079221-49-0

    695-745-7

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017, Wara t-taħlita f'kundizzjonijiet ossidattivi l-konċentrazzjoni massima applikata lix-xagħar m'għandhiex taqbeż 2,0 %

    Mit-3 ta' Marzu 2018, trid tiġi stampata fuq it-tikketta:

    Il-proporzjon tat-taħlita.

    ImageIl-koloranti tax-xagħar jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi qawwija.

    Aqra u segwi l-istruzzjonijiet.

    Dan il-prodott mhux intenzjonat biex jintuża fuq persuni ta' taħt is-16-il sena.

    It-tatwaġġi mhux permanenti bil-“ħenna sewda” jistgħu jżidu r-riskju li tiżviluppa allerġija.

    Tiżbogħx xagħrek:

    jekk għandek raxx fuq wiċċek jew il-ġilda ta' rasek sensittiva, irritata u midruba,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni ħażina wara li tkun żbajt xagħrek,

    jekk qatt kellek xi reazzjoni wara li għamilt tatwaġġ mhux permanenti bil-“ħenna sewda”.’

    303

    Fenol, 3-amino-2,6-dimetil

    3-Amino-2,6-Dimethylphenol

    6994-64-5

    230-268-6

    304

    2-Naftalenaminju, 8-[(4-amino-3-nitrofenil)azo]-7-idrossi-N,N,N-trimetil-, klorur

    Basic Brown 17

    68391-32-2

    269-944-0

    Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi

    Mit-3 ta' Settembru 2017: 2,0 %

    305

    Klorur tal-3-Amino-7-(dimetilamino)-2-metossifenoksażin-5-ium

    Basic Blue 124

    67846-56-4

    267-370-5

    Top