Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R0195

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta' tiġdid AIR IV) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/0512

    ĠU L 31, 4.2.2017, p. 21–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/195/oj

    4.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/21


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/195

    tat-3 ta' Frar 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni ta' bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta' tiġdid AIR IV)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin bħala li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (2)

    L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi inklużi f'dan ir-Regolament ġew ippreżentati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3). Madankollu, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi tista' tiskadi, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu estiżi l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (3)

    Minħabba ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex titlesta l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tal-għadd kbir ta' sustanzi attivi li l-approvazzjoniet tagħhom jiskadu bejn l-2019 u l-2021, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)6104 (4) stabbiliet programm ta' ħidma li jiġbor flimkien sustanzi attivi simili u li jistabbilixxi l-prijoritajiet abbażi ta' tħassib dwar is-sigurtà għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jew għall-ambjent kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (4)

    Is-sustanzi meqjusa bħala sustanzi ta' riskju baxx għandhom jingħataw prijorità, skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016)6104. Għalhekk, l-approvazzjoni ta' dawk is-sustanzi għandha tiġi estiża bl-iqsar perjodu possibbli. B'kont meħud tad-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet, dan il-perjodu għandu jkun ta' sena fil-każ ta' dawn is-sustanzi attivi: sulfat tal-ammonju tal-aluminju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, dijossidu tal-karbonju, l-estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, l-aċidi grassi C7 sa C20, l-estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellin, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-dijatoma), ir-residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar (PDER), żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ir-ramel kwarzuż, żejt tal-ħuta, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħag, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat, ripellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall, silikat tal-aluminju tas-sodju, feromoni tal-lepidopteri ta' katina dritta, u urea.

    (5)

    Għal sustanzi attivi li ma jaqgħux fil-kategoriji prijoritizzati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni C(2016)6104, il-perjodu ta' approvazzjoni għandu jiġi estiż jew b'sentejn jew bi tliet snin, fejn jitqiesu d-data ta' skadenza, il-fatt li skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 id-dossier supplimentari (fajl addizzjonali) għal sustanza attiva għandu jitressaq mhux aktar tard minn 30 xahar qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, il-ħtieġa li tiġi żgurata distribuzzjoni bilanċjata tar-responsabbiltajiet u tal-ħidma bejn l-Istati Membri li jaġixxu bħala relaturi u korelaturi u r-riżorsi disponibbli meħtieġa għall-valutazzjoni u t-teħid ta' deċiżjonijiet. Huwa għalhekk xieraq li l-perjodi ta' approvazzjoni għall-bifenthrin, cymoxanil u metazachlor jiġu estiżi b'sentejn, u li l-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, aclonifen, aluminium phosphide, calcium carbide, calcium phosphide, denathonium benzoate, dodemorph, ethylene, imidacloprid, magnesium phosphide, metamitron, żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, u sulcotrione jiġu estiżi bi tliet snin.

    (6)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, f'każijiet fejn qabel ma jgħaddu 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ma jitressaqx dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012, il-Kummissjoni tistabbilixxi d-data ta' skadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

    (7)

    Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma hemmx konformità mal-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa data ta' skadenza bħall-istess data prevista qabel dan ir-Regolament jew inkella, jekk din id-data tiġi aktar tard, fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx. Fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula t-tiġdid ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tistabbilixxi, kif xieraq u skont iċ-ċirkostanzi, l-aktar data ta' applikazzjoni kmieni possibbli.

    (8)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Frar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta' programm ta' ħidma għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi li jiskadu fl-2019, fl-2020 u fl-2021 skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 357, 29.9.2016, p. 9).


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 qed jiġi emendat kif ġej:

    (A)

    Il-Parti A tiġi emendata kif ġej:

    (1)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 215, Aclonifen, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2022”;

    (2)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 216, Imidacloprid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2022”;

    (3)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 217, Metazachlor, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2021”;

    (4)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 218, Aċidu aċetiku, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (5)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-ammonju tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (6)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (7)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 222, Smida tad-demm, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (8)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 223, Calcium carbide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (9)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 224, Karbonat tal-Kalċju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (10)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 225, Diossidu tal-karbonju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (11)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 226, Denathonium benzoate, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (12)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 227, Ethylene, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (13)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (14)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (15)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (16)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 231, Estratt tat-tewm, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (17)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (18)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (19)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Hydrolysed proteins, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (20)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (21)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 236, Kieselgur (Trab tad-dijatoma), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (22)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 239, Residwu tal-estrazzjoni tat-trab tal-bżar (PDER), id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (23)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 240, Żjut tal-pjanti/żejt taċ-ċitronella, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (24)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 241, Żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (25)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (26)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 243, Żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (27)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 244, Karbonat idroġenu tal-Potassju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (28)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 246, Piretrini, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (29)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 247, Ir-ramel tal-kwarz, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (30)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 248, Żejt mill-ħut, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (31)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 249, Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt mill-ħut, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (32)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 250, Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żejt tat-tall mhux raffinat, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (33)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 251, Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/żift taż-żejt tat-tall, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (34)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 253, Silikat tal-aluminju tas-sodju, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (35)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 255, Feromoni tal-Lepidopteri ta' Katina Dritta, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (36)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2020”;

    (37)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 260, Aluminium phosphide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (38)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 261, Calcium phosphide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (39)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 262, Magnesium phosphide, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (40)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 263, Cymoxanil, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2021”;

    (41)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 264, Dodemorph, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (42)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 265, 2,5-Dichlorobenzoic acid methylester, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (43)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 266, Metamitron, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (44)

    fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 267, Sulcotrione, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Awwissu 2022”;

    (B)

    Fil-Parti B, fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 23, Bifenthrin, id-data tinbidel bid-data “31 ta' Lulju 2021”;


    Top