This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0067
Commission Delegated Regulation (EU) 2017/67 of 4 November 2016 amending Annex II to Regulation (EU) No 652/2014 of the European Parliament and of the Council laying down provisions for the management of expenditure relating to the food chain, animal health and animal welfare, and relating to plant health and plant reproductive material by supplementing the list of animal diseases and zoonoses in that Annex
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/67 tal-4 ta' Novembru 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, billi tiġi ssupplimentata l-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi f'dak l-Anness
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/67 tal-4 ta' Novembru 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, billi tiġi ssupplimentata l-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi f'dak l-Anness
C/2016/7007
ĠU L 9, 13.1.2017, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32021R0690
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0652 | Żieda | anness II Test | 14/01/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R0690 | 01/01/2021 |
13.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/67
tal-4 ta' Novembru 2016
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, billi tiġi ssupplimentata l-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi f'dak l-Anness
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jitqiesu kif imsemmi fl-Artikolu 10(2)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 huma sodisfatti għall-pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż, elenkati mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bħala pesta tar-ruminanti ż-żgħar, il-ġidri tan-nagħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u l-marda tal-infafet fil-ġilda li huma elenkati biss fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, li jinkludi mardiet li jikkwalifikaw għal finanzjament skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament rigward miżuri ta' emerġenza. |
(2) |
Il-pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż hija marda virali tan-nagħaġ u tal-mogħoż li tittieħed ħafna, endemika fl-Afrika tal-Lvant, il-Peniżola Għarbija, il-pajjiżi fil-Lvant Nofsani u l-Indja. Hija komuni ħafna fl-Afrika u l-Asja u ġiet rappurtata fit-Turkija u fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq sa mill-2014. |
(3) |
Il-pesta tan-nagħaġ u tal-mogħoż hija trażmessa permezz ta' kuntatt dirett, u l-marda normalment tiġi trasferita għal żoni ħielsa mill-infezzjoni permezz tat-trasport ta' annimali infettati. Filwaqt li l-mogħoż huma meqjusa li huma aktar suxxettibbli minn nagħaġ, l-infezzjoni f'dawn tal-aħħar tista' tgħaddi minn ġo fihom mingħajr ma jinduna ħadd. |
(4) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż huwa mard serju u mard li jittieħed malajr ħafna tan-nagħaġ u l-mogħoż ikkawżat minn viruses tal-ġidri tal-kaprini b'impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tan-nagħaġ u tal-mogħoż, li toħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
(5) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huma endemiċi fil-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq, fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u Asjatiċi, b'inkursjonijiet rikorrenti fil-Greċja u fil-Bulgarija minn pajjiż terz ġar. |
(6) |
Il-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda virali infettiva ħafna tal-baqar li tista' tiġi trażmessa permezz tal-insetti u li jista' jkollha impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali u tikkawża xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni u għall-esportazzjoni għall-pajjiżi terzi. Hija endemika f'ħafna pajjiżi Afrikani, u fis-snin 2012 u 2013, hija nfirxet lejn il-Lvant Nofsani u t-Turkija. Bosta tifqigħat seħħew fil-Greċja sa minn Awwissu 2015 u l-marda xterdet fil-Bulgarija f'Marzu 2016, u sussegwentement għal għadd ta' pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
(7) |
Is-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda tal-ġidri tan-ngħaġ, tal-ġidri tal-mogħoż u tal-marda tal-infafet fil-ġilda qed tevolvi b'mod rapidu wkoll fit-territorju tal-Unjoni b'impatt negattiv sinifikanti fuq il-produzzjoni u l-kummerċ tal-bhejjem. |
(8) |
Barra minn hekk, kif mitlub mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat opinjoni xjentifika fir-rigward ta' miżuri ta' sorveljanza li għandhom jiġu implimentati mill-Unjoni għall-identifikazzjoni bikrija tal-pesta tal-annimali żgħar li jixtarru (2), il-ġidri tan-nagħaġ, il-ġidri tal-mogħoż (3) u l-marda tal-infafet fil-ġilda (4) biex jirreaġixxu kif xieraq sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-mard u sabiex dan il-mard jinqered f'perjodu ta' żmien qasir. |
(9) |
Għalhekk, sabiex jiġu implimentati programmi ta' sorveljanza annwali jew pluriennali għall-identifikazzjoni bikrija tal-mard imsemmi hawn fuq, jinħtieġ li jiżdiedu l-pesta tan-ngħaġ u tal-mogħoż, il-ġidri tan-ngħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u l-marda tal-infafet fil-ġilda fil-lista tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 652/2014. L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta l-lista ta' mard tal-annimali u taż-żoonożi stabbilita fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tissupplimenta l-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 biss billi jiġi emendat dak l-Anness. |
(10) |
Għalhekk l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, jiżdied dan il-mard tal-annimali li ġej: “il-pesta tan-ngħaġ u tal-mogħoż, il-ġidri tan-ngħaġ, il-ġidri tal-mogħoż u l-marda tal-infafet fil-ġilda”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.
(2) EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2015. Scientific Opinion on peste des petits ruminants EFSA Journal 2015;13 (1):3985.
(3) EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2014. Scientific Opinion on sheep and goat pox. EFSA Journal 2014;12(11):3885.
(4) EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2016. Urgent advice on lumpy skin disease. EFSA Journal 2016;14(8):4573.