EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017L2096
Commission Directive (EU) 2017/2096 of 15 November 2017 amending Annex II to Directive 2000/53/EC of the European Parliament and of the Council on end-of life vehicles (Text with EEA relevance. )
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/2096 tal-15 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/2096 tal-15 ta' Novembru 2017 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7498
ĠU L 299, 16.11.2017, p. 24–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000L0053 | Sostituzzjoni | anness II | 06/12/2017 |
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 299/24 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2096
tal-15 ta' Novembru 2017
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE jipprojbixxi l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju u tal-kromju eżavalenti f'materjali u f'komponenti tal-vetturi mqiegħda fis-suq wara l-1 ta' Lulju 2003. |
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jelenka materjali u komponenti tal-vetturi li huma eżenti mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(2)(a) tagħha. Dak l-Anness għandu jiġi emendat fuq bażi regolari skont il-progress tekniku u xjentifiku u l-eżenzjonijiet 2(c), 3 u 5 dwar l-użu taċ-ċomb għandhom jiġu rieżaminati. |
(3) |
Valutazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku wriet li għall-materjali u għall-komponenti koperti mill-eżenzjoni 2(c), l-użu taċ-ċomb għadu ma jistax jiġi evitat. Madankollu, informazzjoni attwali tissuġġerixxi li fil-futur qrib jista' jkun hemm disponibbli sostituti għaċ-ċomb għall-dawk il-materjali u l-komponenti. Għal xi materjali u komponenti, huwa mistenni li s-sostituti għaċ-ċomb isiru disponibbli qabel milli għal oħrajn, u għalhekk huwa xieraq li l-eżenzjoni 2(c) tinqasam f'żewġ subentrati b'dati ta' rieżami differenti skont il-progress fl-iżvilupp ta' sostituti bħal dawn. |
(4) |
Il-valutazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku wriet ukoll li għall-materjali u għall-komponenti koperti mill-eżenzjoni 3, l-użu taċ-ċomb għadu ma jistax jiġi evitat. Jeżistu sostituti possibbli iżda jridu jiġu żviluppati aktar. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ġdida għar-rieżami għal dik l-eżenzjoni, filwaqt li jitqies il-progress fl-iżvilupp tas-sostituti. |
(5) |
Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku wriet li għal xi materjali u komponenti koperti mill-eżenzjoni 5 diġà jeżistu xi alternattivi għaċ-ċomb iżda dawn ma jistgħux jintużaw fil-vetturi kollha koperti minn dik l-eżenzjoni. Għall-materjali u għall-komponenti l-oħra koperti mill-eżenzjoni 5, l-użu taċ-ċomb għadu inevitabbli. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tinqasam f'żewġ subentrati. Għall-materjali u għall-komponenti li għalihom jeżistu alternattivi, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta' skadenza li tippermetti ħin biżżejjed biex ikun żgurat li l-użu taċ-ċomb jista' jiġi evitat fil-vetturi kollha kkonċernati. Għall-eżenzjoni li tkopri materjali u komponenti li għalihom l-użu taċ-ċomb għadu inevitabbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ġdida għar-rieżami, filwaqt li jitqies il-progress fl-iżvilupp tas-sostituti. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit mill-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sas-6 ta' Ġunju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.
(2) ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.
ANNESS
ANNESS II
Materjali u komponenti eżenti mill-Artikolu 4(2)(a)
Għandu jiġi ttollerat valur massimu ta' konċentrazzjoni ta' mhux aktar minn 0,1 % tal-piż f'materjal omoġenu, għaċ-ċomb, għall-kromju eżavalenti u għall-merkurju u ta' mhux aktar minn 0,01 % tal-piż f'materjal omoġenu għall-kadmju.
L-ispare parts imqiegħda fis-suq wara l-1 ta' Lulju 2003 li jintużaw għal vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2003, għajr għall-piżijiet għall-ibbilanċjar tar-roti, għall-brushes tal-karbonju għall-muturi elettriċi u għall-firrodi tal-brejkijiet, għandhom jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE.
Materjali u komponenti |
L-ambitu u d-data tal-iskadenza tal-eżenzjoni |
Li għandu jkollu tikketta jew ikun magħmul identifikabbli skont l-Artikolu 4(2)(b)(iv) |
||||||
Iċ-ċomb bħala element ta' lligar |
||||||||
|
|
|
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2005 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2008 |
|
||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
|
|||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2008 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2011 |
|
||||||
Iċ-ċomb u l-komposti taċ-ċomb fil-komponenti |
||||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
X |
|||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2005 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-1 ta' Lulju 2006 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2009 |
|
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2011 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2013 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2015 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
X (4) |
|||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2017 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
X (4) |
|||||||
|
X (4) |
|||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2020 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X (4) |
||||||
|
Bħala spare parts għal tipi ta' magni żviluppati qabel l-1 ta' Lulju 2003 |
|
||||||
|
|
X (5) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni) |
||||||
|
|
|
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2016 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2017 u wara dik id-data bħala l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 2006 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
|
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Jannar 2019 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
Il-kromju eżavalenti |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2007 |
|
||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel l-1 ta' Lulju 2008 |
|
||||||
|
|
X |
||||||
Merkurju |
||||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
|
Vetturi b'approvazzjoni tat-tip maħruġa qabel l-1 ta' Lulju 2012 u l-ispare parts għal dawn il-vetturi |
X |
||||||
Kadmju |
||||||||
|
Bħala spare parts għall-vetturi mqiegħda fis-suq qabel il-31 ta' Diċembru 2008 |
|
(1) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2021.
(1a) |
Tapplika għal-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiġix introdott b'mod intenzjonat iżda huwa preżenti minħabba l-użu ta' aluminju riċiklat. |
(2) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2024.
(2a) |
Is-sistemi li għandhom vultaġġ ta' > 75VDC kif iddefinit fid-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10). |
(3) Din l-eżenzjoni għandha tiġi riveduta fl-2019.
(4) Iż-żarmar fil-każ li, f'korrelazzjoni mal-entrata 10(a), jinqabeż limitu medju ta' 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta' din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.
(5) Iż-żarmar jekk, f'korrelazzjoni mal-entrati 8(a) sa 8(j), jinqabeż limitu medju ta' 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta' din il-klawżola, ma għandhomx jitqiesu apparati elettroniċi mhux installati mill-manifattur fuq il-linja tal-produzzjoni.