This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017L1920
Commission Implementing Directive (EU) 2017/1920 of 19 October 2017 amending Annex IV to Council Directive 2000/29/EC as regards the movement of seeds of Solanum tuberosum L. originating in the Union
Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1920 tad-19 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Unjoni
Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1920 tad-19 ta' Ottubru 2017 li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Unjoni
C/2017/6947
ĠU L 271, 20.10.2017, p. 34–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000L0029 | Żieda | anness IV P. A kapitolu II PT 18.3.1 | 23/10/2017 | |
Modifies | 32000L0029 | Sostituzzjoni | anness IV P. A kapitolu II PT 18.3 | 23/10/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016R2031 | 14/12/0129 |
20.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/34 |
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1920
tad-19 ta' Ottubru 2017
li temenda l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward tal-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L. li joriġinaw fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-punt (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 18.3 tat-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, jipprevedi rekwiżiti speċjali fir-rigward tal-moviment ta' pjanti ta' speċi ta' bagħal jew li jiffurmaw it-tuberu ta' Solanum L., jew l-ibridi tagħhom, maħsuba għat-tħawwil, ħlief dawk tat-tuberi ta' Solanum tuberosum L. speċifikati fil-punti 18.1., 18.1.1. jew 18.2. tat-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, u oħrajn minbarra l-materjal tal-manutenzjoni ta' kultura li jkun miżmum f'banek tal-ġeni jew f'kollezzjonijiet ta' stokk ġenetiku. |
(2) |
Ċerti Stati Membri talbu għal aktar rekwiżiti speċifiċi għall-moviment ta' żrieragħ ta' Solanum tuberosum L., komunement imsejħa wkoll “żerriegħa vera tal-patata” , li joriġinaw fl-Unjoni (minn hawn' il quddiem “iż-żrieragħ speċifikati”). Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiżguraw il-ħarsien fitosanitarju tat-territorju tal-Unjoni minn organiżmi potenzjalment ospitati miż-żrieragħ speċifikati. |
(3) |
Żrieragħ li huma pjanti ta' speċi ta' bagħal, jew li jiffurmaw it-tuberu ta' Solanum L., jew l-ibridi tagħhom, maħsuba għat-tħawwil, li jkunu miżmuma f'banek ta' ġeni jew kollezzjonijiet ta' stokk ġenetiku, ma jenħtieġx li jitqiesu bħala żrieragħ speċifikati, minħabba li huma maħsuba għal skopijiet ta' riċerka u konservazzjoni. |
(4) |
Billi Synchytrium endobioticum (Schilbersky) Percival, Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckermann and Kotthoff) Davis et al., Ralstonia solanacearum (Smith) Yabuuchi et al. u l-vajrojd tat-tuberi mrekkla tal-patata jippreżentaw ir-riskju fitosanitarju prinċipali għaż-żrieragħ speċifikati, u filwaqt li titqies l-analiżi tar-riskju tal-pesti tal-Awtorità għas-Sigurtà tal-Prodotti tal-Ikel u l-Konsumaturi tan-Netherlands tal-2015 (2), huwa xieraq li jkun previst li jew iż-żrieragħ speċifikati jenħtieġ li joriġinaw minn żoni magħrufa li huma ħielsa minn dawk l-organiżmi, inkella ż-żrieragħ speċifikati u l-postijiet ta' produzzjoni tagħhom jenħtieġ li jkunu suġġetti għal rekwiżiti speċifiċi. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2018.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva, jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif trid issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) PRA EU internal movement of True Potato Seeds of official varieties, NVWA, Ġunju 2015.
ANNESS
Il-Parti II tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-punt 18.3 jinbidel b'li ġej:
|
(2) |
il-punt 18.3.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 18.3.:
|