Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2264

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2264 tas-7 ta' Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

ĠU L 324, 8.12.2017, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2264/oj

8.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2264

tas-7 ta' Diċembru 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/219/PESK (1).

(2)

Fil-11 ta' Jannar 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/50 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK li testendi l-mandat għal perijodu ta' sentejn, sal-14 ta' Jannar 2019, u li tistipula ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Jannar 2018.

(3)

Id-Deċiżjoni 2014/219/PESK għandha tiġi emendata biex tistipula ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-15 ta' Jannar 2018 sal-14 ta' Jannar 2019.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/219/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni 2014/219/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(1)   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' April 2014 sal-14 ta' Jannar 2015 għandu jkun ta' EUR 5 500 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali mill-15 ta' Jannar 2015 sal-14 ta' Jannar 2016 għandu jkun ta' EUR 11 400 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2016 u l-14 ta' Jannar 2017 għandu jkun ta' EUR 19 775 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2017 u l-14 ta' Jannar 2018 għandu jkun ta' EUR 29 800 000.

L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-EUCAP Sahel Mali bejn il-15 ta' Jannar 2018 u l-14 ta' Jannar 2019 għandu jkun ta' EUR 28 450 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ANVELT


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/219/PESK tal-15 ta' April 2014 dwar il-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea f'Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 113, 16.4.2014, p. 21).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/50 tal-11 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/219/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) (ĠU L 7, 12.1.2017, p. 18).


Top