This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2162
Council Decision (CFSP) 2017/2162 of 20 November 2017 amending Decision 2013/233/CFSP on the European Union Integrated Border Management Assistance Mission in Libya (EUBAM Libya)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2162 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2162 tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)
ĠU L 304, 21.11.2017, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013D0233 | Żieda | artikolu 13 paragrafu 1 L | 01/12/2017 |
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/2162
tal-20 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya). |
(2) |
Fis-17 ta' Lulju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1342 (2) li testendi l-mandat ta' EUBAM Libya sal-31 ta' Diċembru 2018 u tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja sat-30 ta' Novembru 2017. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK jenħtieġ li tiġi emendata biex tipprevedi ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018. |
(4) |
EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata ma' EUBAM Libya għall-perijodu mill-1 ta' Diċembru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018 għandu jkun ta' EUR 31 200 000,00.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta' Diċembru 2017.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. REPS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1342 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 60).