This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1768
Council Implementing Decision (EU) 2017/1768 of 25 September 2017 authorising the Republic of Croatia to introduce a special measure derogating from Article 287 of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1768 tal-25 ta' Settembru 2017 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Kroazja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1768 tal-25 ta' Settembru 2017 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Kroazja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
ĠU L 250, 28.9.2017, p. 71–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/11/2020
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Validity extended by | 32020D1661 | 04/11/2020 | 31/12/2024 | ||
Modified by | 32020D1661 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 04/11/2020 |
28.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/71 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1768
tal-25 ta' Settembru 2017
li tawtorizza lir-Repubblika tal-Kroazja tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont il-punt (19) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kroazja tista' teżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) lil persuni taxxabbli li jkollhom dħul annwali ta' mhux aktar mill-ekwivalenti ta' EUR 35 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha. |
(2) |
B'ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-20 ta' Diċembru 2016, il-Kroazja talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE (“il-miżura speċjali”), li tippermettilha, mill-1 ta' Jannar 2018, li teżenta mill-VAT lil persuni taxxabbli li jkollhom dħul annwali ta' mhux aktar mill-ekwivalenti ta' EUR 45 000 fil-munita nazzjonali. |
(3) |
Limitu ogħla biex tiġi applikata l-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar huwa miżura ta' simplifikazzjoni, billi dan jista' jnaqqas b'mod sinifikanti l-obbligi tal-VAT għall-intrapriżi ż-żgħar. |
(4) |
B'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba li għamlet il-Kroazja, permezz ta' ittra datata t-13 ta' Marzu 2017. B'ittra datata l-14 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Kroazja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra t-talba. |
(5) |
Mill-informazzjoni li pprovdiet il-Kroazja, potenzjalment, madwar 9 000 persuna taxxabbli jistgħu jagħmlu użu mill-miżura speċjali biex inaqqsu l-obbligi tal-VAT tagħhom kif stipulat fil-Kapitolu 2 tat-Titolu XI tad-Direttiva 2006/112/KE. Dan ser inaqqas ukoll il-piż fuq l-awtorità tat-taxxa u jissimplifika l-ġbir tat-taxxa. |
(6) |
Minħabba li l-miżura speċjali ser tirriżulta f'obbligi mnaqqsin tal-VAT għall-intrapriżi ż-żgħar, il-Kroazja għandha tkun awtorizzata li tapplikaha għal perijodu limitat. Il-persuni taxxabbli xorta waħda ser ikunu jistgħu jagħżlu l-arranġamenti normali tal-VAT. |
(7) |
Billi l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE li jirregolaw l-iskema speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar huma soġġetti għal reviżjoni, huwa possibbli li ser tidħol fis-seħħ direttiva li temenda dawk id-dispożizzjonijiet qabel jiskadi l-perijodu ta' validità tad-deroga. |
(8) |
Mill-informazzjoni li pprovdiet il-Kroazja, iż-żieda fil-limitu ser ikollha impatt negliġibbli fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali. |
(9) |
Id-deroga mhu ser ikollha l-ebda impatt fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li ġejjin mill-VAT, billi l-Kroazja ser twettaq kalkolu ta' kumpens skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (2), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Permezz ta' deroga mill-punt (19) tal-Artikolu 287 tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kroazja hija awtorizzata li teżenta mill-VAT persuni taxxabbli li d-dħul annwali tagħhom mhuwiex ogħla mill-ekwivalenti ta' EUR 45 000 fil-munita nazzjonali bir-rata tal-konverżjoni fil-jum tal-adeżjoni tagħha.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tan-notifika tagħha.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020, jew sad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li temenda l-Artikoli 281 sa 294 tad-Direttiva 2006/112/KE, skont liema data tiġi l-ewwel.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9).