Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1461

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1461 tat-8 ta' Awwissu 2017 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2017) 5472) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/5472

    ĠU L 208, 11.8.2017, p. 46–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1461/oj

    11.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 208/46


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1461

    tat-8 ta' Awwissu 2017

    li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u tal-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati

    (notifikata bid-dokument C(2017) 5472)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttiva tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha (“il-prodotti bażiċi”).

    (2)

    Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti bażiċi, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti imsemmija f'dik il-Parti tal-Anness. Il-Parti 4 ta' dak l-Anness tistabbilixxi t-trattament “A” li mhuwiex speċifiku u t-trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi, imniżżlin f'ordni dekrexxenti tal-gravità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali li għandhom l-għan li jeliminaw.

    (3)

    Il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzati, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti imsemmija fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

    (4)

    Il-Bożnija-Ħerzegovina talbet li titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzata għat-tranżitu mill-Bulgarija ta' prodotti bażiċi li jkunu nkisbu minn annimali bovini domestiċi, sabiex dawn il-prodotti bażiċi jiġu esportati lejn it-Turkija.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-listi ta' pajjiżi terzi, ta' territorji jew ta' partijiet minnhom, li minnhom il-konsenji ta' laħam frisk maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 jawtorizza t-tranżitu ta' laħam frisk ta' annimali bovini domestiċi mill-Bożnija-Ħerzegovina mit-territorju tal-Unjoni u dak il-pajjiż terz huwa mniżżel kif suppost fil-Parti 1 tal-Anness II tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/777/KE tawtorizza wkoll it-tranżitu mill-Unjoni ta' konsenji mill-Bożnija-Ħerzegovina lejn it-Turkija, ta' prodotti bażiċi miksuba minn annimali bovini domestiċi, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop.

    (6)

    L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja talbet li titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jkunu nkisbu minn tjur.

    (7)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (4) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, il-listi ta' pajjiżi terzi, ta' territorji, ta' żoni jew ta' kompartimenti, li minnhom il-konsenji ta' tjur u ta' ċerti prodotti bażiċi tat-tjur jistgħu jiġu importati fl-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jawtorizza l-importazzjoni fl-Unjoni ta' laħam tat-tjur frisk għall-konsum mill-bniedem mill-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u dak il-pajjiż terz huwa mniżżel kif suppost fl-Anness I tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/777/KE tawtorizza wkoll l-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn tjur li jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku u jenħtieġ li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja titniżżel fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop.

    (8)

    L-Afrika t'Isfel hija awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku u li titniżżel kif suppost fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop. Fit-22 ta' Ġunju 2017, l-Afrika t'Isfel ikkonfermat il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tagħha u għaldaqstant ma tistax tibqa' titqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli mill-Afrika t'Isfel ikunu awtorizzati, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D”, kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (9)

    L-Afrika t'Isfel hija mniżżla wkoll fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzata għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “E”. Wara l-konferma tal-preżenza tal-HPAI fit-territorju tal-Afrika t'Isfel u sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi mill-Afrika t'Isfel, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D” kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (10)

    Iż-Żimbabwe huwa awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom trattament “A” li mhuwiex speċifiku u li jitniżżel kif suppost fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għal dak l-iskop. Fl-1 ta' Ġunju 2017, iż-Żimbabwe kkonferma l-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fit-territorju tiegħu u għaldaqstant ma jistax jibqa' jitqies bħala pajjiż ħieles minn dik il-marda. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ta' prodotti bażiċi li jinkisbu minn ratiti mrobbija fl-azjendi agrikoli miż-Żimbabwe jkunu awtorizzati, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D”, kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (11)

    Iż-Żimbabwe huwa mniżżel ukoll fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzat għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “E”. Wara l-konferma tal-preżenza tal-HPAI fit-territorju taż-Żimbabwe u sabiex jiġi evitat li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu awtorizzati l-importazzjonijiet ta' biltong/jerky u ta' prodotti tal-laħam pasturizzati li jikkonsistu minn jew li fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi miż-Żimbabwe, diment li dawn il-prodotti bażiċi jkun sarilhom it-trattament speċifiku “D” kif stabbilit fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

    (12)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE jiġu emendati skont dan.

    (13)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Partijiet 2 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-Parti 2, l-entrata li ġejja għall-Bożnija-Ħerzegovina tiddaħħal bejn l-entrata għall-Awstralja u l-entrata għall-Bahrain:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Annimali ovini/kaprini domestiċi

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali solipedi domestiċi

    1.

    Tjur

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

    Ratiti mrobbija

    Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

    Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Ħnieżer selvaġġi

    Annimali solipedi selvaġġi

    Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

    Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

    “BA

    Il-Bożnija-Ħerzegovina (3)

    A

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX”

    (2)

    fil-Parti 2, l-entrata għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja hija sostitwita b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Annimali ovini/kaprini domestiċi

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali solipedi domestiċi

    1.

    Tjur

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

    Ratiti mrobbija

    Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

    Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Ħnieżer selvaġġi

    Annimali solipedi selvaġġi

    Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

    Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

    “MK

    L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (**)

    A

    A

    B

    A

    A

    XXX

    A

    B

    B

    XXX

    A

    XXX

    XXX”

    (3)

    fil-Parti 2, l-entrata għall-Afrika t'Isfel tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Annimali ovini/kaprini domestiċi

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali solipedi domestiċi

    1.

    Tjur

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

    Ratiti mrobbija

    Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

    Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Ħnieżer selvaġġi

    Annimali solipedi selvaġġi

    Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

    Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

    “ZA

    L-Afrika t'Isfel

    C

    C

    C

    A

    D

    D

    A

    C

    C

    A

    A

    D

    XXX”

    (4)

    fil-Parti 2, l-entrata għaż-Żimbabwe tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Annimali ovini/kaprini domestiċi

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali solipedi domestiċi

    1.

    Tjur

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief ir-ratiti)

    Ratiti mrobbija

    Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

    Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Ħnieżer selvaġġi

    Annimali solipedi selvaġġi

    Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

    Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

    “ZW

    Iż-Żimbabwe (1)

    C

    C

    B

    A

    D

    D

    A

    B

    B

    XXX

    A

    D

    XXX”

    (5)

    fil-Parti 3, l-entrata għall-Afrika t'Isfel tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Annimali ovini/kaprini domestiċi

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali solipedi domestiċi

    1.

    Tjur

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija

    Ratiti

    Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

    Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Ħnieżer selvaġġi

    Annimali solipedi selvaġġi

    Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

    Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

    “ZA

    L-Afrika t'Isfel

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    A

    A

    D

    XXX

    L-Afrika t'Isfel ZA-1

    E

    E

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    E

    XXX

    A

    A

    D

    XXX”

    (6)

    fil-Parti 3, l-entrata għaż-Żimbabwe tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    Kodiċi ISO

    Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu

    1.

    Annimali bovini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Annimali ovini/kaprini domestiċi

    1.

    Annimali porċini domestiċi

    2.

    Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer)

    Annimali solipedi domestiċi

    1.

    Tjur

    2.

    Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija

    Ratiti

    Fniek domestiċi u leporidi mrobbija

    Annimali tal-kaċċa selvaġġi bid-difer mifruq (ħlief il-ħnieżer)

    Ħnieżer selvaġġi

    Annimali solipedi selvaġġi

    Leporidi selvaġġi (fniek u liebri)

    Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

    Mammiferi tal-art selvaġġi (ħlief l-ungulati, is-solipedi u l-leporidi)

    “ZW

    Iż-Żimbabwe

    XXX

    XXX

    XXX

    XXX

    D

    D

    A

    XXX

    XXX

    E

    A

    D

    XXX”


    Top