Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1459

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1459 tal-10 ta' Awwissu 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

    ĠU L 208, 11.8.2017, p. 38–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/1459/oj

    11.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 208/38


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1459

    tal-10 ta' Awwissu 2017

    li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

    (2)

    Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li żiedet disa' persuni u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittiviu emendat l-entrati għal żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

    A.   Persuni

     

    Isem

    Alias

    Identifikaturi

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    54.

    Choe Chun Yong

    Ch'oe Ch'un-yo'ng

    Ċittadinanza: RDPK

    Numru tal-passaport: 654410078

    Sess: raġel

    4.8.2017

    Rappreżentant għal Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

    55.

    Han Jang Su

    Chang-Su Han

    Data tat-twelid: 08.11.1969

    Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK

    Ċittadinanza: RDPK

    Nru tal-Passaport: 745420176, jiskadi fid-19.10.2020

    Sess: raġel

    4.8.2017

    Kap Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank.

    56.

    Jang Song Chol

     

    Data tat-twelid: 12.3.1967

    Ċittadinanza: RDPK

    4.8.2017

    Jang Song Chol huwa rappreżentant tal-Korea Mining Development Corporation (KOMID) barra mill-pajjiż.

    57.

    Jang Sung Nam

     

    Data tat-twelid: 14.7.1970

    Ċittadinanza: RDPK

    Nru tal-Passaport: 563120368, maħruġ fit-22.3.2013; Data ta' skadenza tal-passaport: 22.3.2018

    Sess: raġel

    4.8.2017

    Kap ta' fergħa barra mill-pajjiż ta' Tangun Trading Corporation, li hija primarjament responsabbli għall-akkwist ta' prodotti bażiċi u teknoloġiji għall-appoġġ tar-riċerka tad-difiża u l-programmi ta' żvilupp tar-RDPK.

    58.

    Jo Chol Song

    Cho Ch'o'l-so'ng

    Data tat-twelid: 25.9.1984

    Ċittadinanza: RDPK

    Numru tal-passaport: 654320502, jiskadi fis-16.9.2019

    Sess: raġel

    4.8.2017

    Deputat Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation, li tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u l-Korea Hyoksin Trading, entità li taqa' taħt il-Korea Ryonbong General Corporation.

    59.

    Kang Chol Su

     

    Data tat-twelid: 13.2.1969

    Ċittadinanza: RDPK

    Nru tal-Passaport: 472234895

    4.8.2017

    Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ barra mill-pajjiż marbut mal-militar tar-RDPK. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.

    60.

    Kim Mun Chol

    Kim Mun-ch'o'l

    Data tat-twelid: 25.3.1957

    Ċittadinanza: RDPK

    4.8.2017

    Rappreżentat għall-Korea United Development Bank.

    61.

    Kim Nam Ung

     

    Ċittadinanza: RDPK

    Nru tal-Passaport: 654110043

    4.8.2017

    Rappreżentant għal Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.

    62.

    Pak Il Kyu

    Pak Il-Gyu

    Ċittadinanza: RDPK

    Nru tal-Passaport: 563120235

    Sess: raġel

    4.8.2017

    Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ marbuta mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK.

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Alias

    Lokalità

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU

    Informazzjoni oħra

    47.

    Foreign Trade Bank

     

    FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, RDPK

    4.8.2017

    Il-Foreign Trade Bank huwa bank proprjetà tal-Istat u jaġixxi bħala l-kummerċjant primarju tal-bank f'valuta barranija tar-RDPK u pprovda appoġġ finanzjarju prinċipali lill-Korea Kwangson Banking Corporation.

    48.

    Korean National Insurance Company (KNIC)

    Korea National Insurance Corporation (KNIC)

    Korea Foreign Insurance Company

    Central District, Pyongyang, RDPK

    4.8.2017

    Il-Korea National Insurance Company hija kumpanija finanzjarja u tal-assigurazzjoni tar-RDPK u hija affiljata mal-Uffiċċju 39.

    49.

    Koryo Credit Development Bank

    Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank

    Pyongyang, RDPK

    4.8.2017

    Koryo Credit Development Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tar-RDPK.

    50.

    Mansudae Overseas Project Group of Companies

    Mansudae Art Studio

    Pyongyang, RDPK

    4.8.2017

    Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut, iffaċilita, jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta' ħaddiema mir-RDPK lejn nazzjonijiet oħra għal attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġġeneraw dħul għall-Gvern tar-RDPK jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel negozju f'pajjiżi fl-Afrika u l-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malasja, il-Mozambique, il-Madagascar, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo u ż-Żimbabwe.

    L-entrati li ġejjin għall-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma sostitwiti kif jidher hawn taħt:

     

    Isem

    Alias

    Identifikaturi

    Data tad-deżinjazzjoni min-NU

    Informazzjoni oħra

    16.

    Jang Bom Su

    Jang Pom Su

    Jang Hyon U

    Data tat-twelid: 15.4.1957 jew 22.2.1958

    Nru tal-Passaport Diplomatiku: 836110034; Data ta' skadenza: 01.1.2020;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja.

    18.

    Jon Myong Guk

    Cho'n Myo'ng-kuk

    Jon Yong Sang

    Data tat-twelid: 18.10.1976 jew 25.8.1976;

    Nru tal-Passaport: 4721202031; Data ta' skadenza: 21.2.2017

    Nru tal-Passaport Diplomatiku: 836110035; Data ta' skadenza: 01.1.2020;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja.


    Top