This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1338
Council Decision (CFSP) 2017/1338 of 17 July 2017 amending Decision (CFSP) 2015/1333 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1338 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1338 tas-17 ta' Lulju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ĠU L 185, 18.7.2017, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015D1333 | Sostituzzjoni | artikolu 10 | 19/07/2017 |
18.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1338
tas-17 ta' Lulju 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1). |
(2) |
Il-Kunsill preċedentement innota l-importanza tal-istabbiltà fil-Libja u offra li jipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet Libjani, kif rikonoxxuti taħt il-Ftehim Politiku Libjan, biex jikkumbattu l-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin. |
(3) |
Il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin jikkontribwixxu biex jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà fil-Libja. |
(4) |
Jenħtieġ li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti lejn il-Libja li jistgħu jintużaw għall-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 hija sostitwita b'dan li ġej:
“Artikolu 10
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u d-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fil-Libja jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Libja, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom, bil-għan li jiġi pprevenut negozju li jista' jikkontribwixxi għall-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili.
2. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' ċerti bastimenti u muturi lil-Libja li jistgħu jintużaw fil-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin, minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' Stati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kemm jekk joriġinaw fit-territorju tiegħu kif ukoll jekk le.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m'għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2 jekk ikollhom raġunijiet fondati biex jemmnu li l-oġġett jintuża fil-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali u t-traffikar ta' bnedmin.
4. Il-paragrafu 2 ma għandux tapplika għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Membri lill-gvern Libjan jew lill-aġenziji tiegħu.
L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).