EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1254
Commission Decision (EU) 2017/1254 of 4 July 2017 on the proposed citizens' initiative entitled ‘Stop TTIP’ (notified under document C(2017) 4725)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1254 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop TTIP” (notifikata bid-dokument C(2017) 4725)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1254 tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop TTIP” (notifikata bid-dokument C(2017) 4725)
C/2017/4725
ĠU L 179, 12.7.2017, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1254
tal-4 ta' Lulju 2017
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop TTIP”
(notifikata bid-dokument C(2017) 4725)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)6501 tal-10 ta' Settembru 2014, ir-reġistrazzjoni ta' inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Stop TTIP” ġiet irrifjutata. Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tal-10 ta' Mejju 2017 fil-kawża T-754/14, annullat din id-Deċiżjoni. Sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex tiġi rrispettata s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, trid tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida dwar it-talba għar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta. |
(2) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta intitolata “Stop TTIP” issir referenza għalih kif ġej: “Aħna nistiednu lill-Kummissjoni Ewropea biex tirrakkomanda lill-Kunsill biex jirrevoka l-mandat ta' negozjar għas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) u li ma jikkonkludix il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA)”. |
(3) |
L-objettivi ddikjarati tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta huma: “Aħna nixtiequ nipprevjenu t-TTIP u s-CETA billi dawn jinkludu diversi kwistjonijiet kritiċi bħas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investituri u l-Istati u regoli dwar il-kooperazzjoni regolatorja li huma ta' theddida għad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Irridu nevitaw li l-istandards tal-impjiegi, soċjali, ambjentali u tal-konsumatur jitbaxxew u li s-servizzi pubbliċi (bħall-ilma) u l-assi kulturali jiġu dderegolati f'negozjati mhux trasparenti. L-ECI tappoġġa politika tal-kummerċ u tal-investiment alternattiva fl-UE”. |
(4) |
Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jawtorizzaw il-ftuħ tan-negozjar ta' ftehimiet internazzjonali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, bħas-Sħubija Trans-Atlantika tal-Kummerċ u l-Investiment u l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (CETA), kif ukoll deċiżjonijiet tal-Kunsill li jawtorizzaw l-iffirmar jew il-konklużjoni ta' tali ftehimiet huma atti legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Trattati, adottati fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni jew proposta mill-Kummissjoni. Dawn l-atti legali jistgħu għalhekk ikunu suġġett ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
(5) |
Madankollu, is-CETA ġie ffirmat fit-30 ta' Ottubru 2016 wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 (2). Għaldaqstant, l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma għadx għandha skop billi għandha l-għan ta' proposta mill-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill biex ma jiġix iffirmat is-CETA. |
(6) |
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
(7) |
Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini jenħtieġ li jkunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonali man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. |
(8) |
Għal dawn ir-raġunijiet, ikun adegwat li wieħed jikkunsidra li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni, li permezz tagħhom hija tista' tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
(9) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop TTIP” jenħtieġ li għaldaqstant tiġi rreġistrata. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jenħtieġ li jinġabru biss sa fejn hija mmirata għal proposti jew rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni għal atti legali għajr deċiżjoni tal-Kunsill biex ma jiġix iffirmat is-CETA. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem ta' “Stop TTIP” hija rreġistrata.
2. Id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta jistgħu jinġabru, abbażi ta' fehim li hija mmirata għal proposti jew rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni għal atti legali għajr deċiżjoni tal-Kunsill li ma jiġix iffirmat il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (CETA).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta “Stop TTIP”, irrappreżentati minn Michael EFLER u [Id-data personali tħassret wara konsultazzjoni mal-organizzaturi] li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-ewwel Viċi President
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 tat-28 ta' Ottubru 2016, dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 1).