Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0667

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/667 tas-6 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

    ĠU L 94, 7.4.2017, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/667/oj

    7.4.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/45


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/667

    tas-6 ta' April 2017

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Koreau li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni PESK 2016/849.

    (2)

    Fid-dawl tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni kontinwi mwettqa mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (“ir-RDPK”), jenħtieġ li erba' persuni jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom stabbiliti fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. GRECH


    (1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


    ANNESS

    Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni stabbilita fit-Taqsima I.A. tal-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849:

    I.   Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

    A.   Persuni

     

    Isem

    Psewdonimu

    Data tat-twelid

    Data tad-deżinjazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

    31

    RI Myong Su

     

    Data tat-twelid: 1937

    Post tat-twelid: Myongchon, Hamgyong tat-Tramuntana

    7.4.2017

    ViċiPresident tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, Ri Myong Su jokkupa pożizzjoni ewlenija għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    32

    SO Hong Chan

     

    Data tat-twelid: 30.12.1957

    Post tat-twelid: Kangwon

    Passaport: PD836410105

    Data tal-għeluq tal-passaport: 27.11.2021

    7.4.2017

    L-ewwel Viċi Ministru tal-Forzi Armati Popolari, membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u Kurunell-Ġenerali fil-Forzi Armati Popolari. F'din il-kariga, So Hong Chan huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    33

    WANG Chang Uk

     

    Data tat-twelid: 29.5.1960

    7.4.2017

    Ministru għall-Industrija u l-Enerġija Atomika. F'din il-kariga, Wang Chang Uk huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva.

    34

    JANG Chol

     

    Data tat-twelid: 31.3.1961

    Post tat-twelid: Pyongyang,

    Numru tal-passaport: 563310042

    7.4.2017

    President tal-Akkademja tax-Xjenza tal-Istat, organizzazzjoni dedikata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u xjentifiċi tar-RDPK. F'din il-kariga, Jang Chol jokkupa pożizzjoni strateġika għall-iżvilupp tal-attivitajiet nukleari tar-RDPK u huwa responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra tal-qerda massiva.


    Top