This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0321
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2017/321 of 21 February 2017 on the appointment of the EU Force Commander for the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta) and repealing Decision (CFSP) 2016/940 (ATALANTA/1/2017)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/321 tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (ATALANTA/1/2017)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/321 tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (ATALANTA/1/2017)
ĠU L 47, 24.2.2017, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 26/07/2017; Imħassar b' 32017D1356
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32016D0940 | 24/02/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32017D1356 | 27/07/2017 |
24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/321
tal-21 ta' Frar 2017
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (ATALANTA/1/2017)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
(2) |
Fid-9 ta' Ġunju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 (2) li taħtar lill-Komodor René LUYCKX bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tar-Rear Admiral Rafael FERNÁNDEZ-PINTADO MUÑOZ-ROJAS bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex jissuċċiedi lill-Komodor René LUYCKX mill-24 ta' Frar 2017. |
(4) |
Fid-19 ta' Jannar 2017, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 titħassar. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rear Admiral Rafael FERNÁNDEZ-PINTADO MUÑOZ-ROJAS huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mill-24 ta' Frar 2017.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/940 hija mħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Frar 2017.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Frar 2017.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/940 tad-9 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/395 (ATALANTA/3/2016) (ĠU L 155, 14.6.2016, p. 27).