This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0153
Council Decision (CFSP) 2017/153 of 27 January 2017 amending Decision 2011/72/CFSP concerning restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Tunisia
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153 tas-27 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153 tas-27 ta' Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
ĠU L 23, 28.1.2017, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011D0072 | Sostituzzjoni | anness Test | 28/01/2017 | |
Modifies | 32011D0072 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 28/01/2017 | |
Extended validity | 32011D0072 | 28/01/2017 | 31/01/2018 |
28.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/153
tas-27 ta' Jannar 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija. |
(2) |
Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK japplikaw sal-31 ta' Jannar 2017. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Jannar 2018. Barra minn hekk jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni identifikattiva rigward żewġ persuni fuq il-lista. |
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/72/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/72/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Jannar 2018. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Tista' tiġġedded jew tiġi emendata, skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”; |
(2) |
L-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SCICLUNA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta' Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62).
ANNESS
L-entrati għall-persuni li ġejjin li jinsabu fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK huma sostitwiti bl-entrati ta' hawn taħt:
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
“27. |
Sirine (Cyrine) Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda BEN ALI |
Tuneżina, twieldet f'Le Bardo, fil-21 ta' Awwissu 1971, bint Naïma EL KEFI, miżżewġa lil Mohamed Marwan MABROUK, detentur tal-NIC Nru 05409131. Detentriċi ta' Passaport Tuneżin Nru x599070 maħruġ f'Novembru 2016 u li jiskadi fil-21.11.2021. |
Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil persuna terza u jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra. |
28. |
Mohamed Marwan Ben Ali Ben Mohamed MABROUK |
Tuneżin, twieled f'Tuneż fil-11 ta' Marzu 1972, iben Jaouida El BEJI, miżżewweġ lil Sirine BEN ALI, CEO, jirresjedi fi 8 rue du Commandant Béjaoui — Carthage — Tuneż, detentur tal-NIC Nru 04766495. Detentur ta' Passaport Franċiż Nru 11CK51319 li jiskadi fl-1.8.2021. |
Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal kompliċità f'misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' kariga pubblika, kompliċità fl-abbuż mill-kariga minn detentur ta' kariga pubblika biex jagħti vantaġġ mhux ġustifikat lil persuna terza u jikkawża ħsara lill-amministrazzjoni, u l-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' kariga pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.” |