This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017B1642
Decision (EU) 2017/1642 of the European Parliament of 27 April 2017 on discharge in respect of the implementation of the budget of the European Centre for the Development of Vocational Training for the financial year 2015
Deċiżjoni (UE) 2017/1642 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015
Deċiżjoni (UE) 2017/1642 tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2017 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015
ĠU L 252, 29.9.2017, p. 176–176
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/176 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1642 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta' April 2017
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta taċ-Ċentru (1), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 — C8-0048/2017), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0145/2017), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2015; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Antonio TAJANI
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 449, 1.12.2016, p. 32.
(2) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.
(3) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.