This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2293
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2293 of 16 December 2016 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2293 tas-16 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2293 tas-16 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
C/2016/8439
ĠU L 344, 17.12.2016, p. 79–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987R2658 | Sostituzzjoni | anness I P. II SECTION XII kapitolu 64 TEXT | 01/01/2017 | |
Modifies | 31987R2658 | Sostituzzjoni | anness I P. II SECTION XVI kapitolu 84 TEXT | 01/01/2017 |
17.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/79 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2293
tas-16 ta' Diċembru 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(d),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti, (minn hawn 'il quddiem imsejħa “in-NM”), biex fl-istess waqt jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni u politiki oħrajn tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta' oġġetti. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1885 (2), il-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”). Il-Ftehim jipprovdi għal tnaqqis fid-dazji doganali għal żewġ kategoriji ta' prodotti. L-Unjoni u ċ-Ċina nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u l-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2017. |
(3) |
Jeħtieġ li jiġu implimentati l-miżuri previsti fid-Deċiżjoni (UE) 2016/1885 fit-Tariffa Doganali Komuni. Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-bidliet fir-rata tad-dazji doganali għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan japplika mill-1 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1885 tat-18 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskeda tar-Repubblika tal-Kroazja matul l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 291, 26.10.2016, p. 7).
ANNESS
It-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija emendata kif ġej:
(1) |
fit-Taqsima XII, fil-Kapitolu 64, ir-ringiela dwar il-kodiċi NM 6404 19 90 tinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
fit-Taqsima XVI, fil-Kapitolu 84, ir-ringiela dwar il-kodiċi NM 8415 10 90 tinbidel b'dan li ġej:
|