Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R2105

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2105 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formola li għandha tintuża għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura

    C/2016/7660

    ĠU L 327, 2.12.2016, p. 19–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2105/oj

    2.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/19


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2105

    tal-1 ta' Diċembru 2016

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formola li għandha tintuża għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (2) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati li għandhom x'jaqsmu mal-formola, il-kontenut u dettalji oħra għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat. Dan jistipula li l-informazzjoni supplimentari meħtieġa għall-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna skont ir-regolamenti, il-linji gwida, l-oqfsa u test ieħor applikabbli għall-għajnuna mill-Istat għandha tiġi pprovduta fil-formoli ta' informazzjoni supplimentari stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I għal dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 jistipula wkoll li kull meta jiġu modifikati jew sostitwiti l-linji gwida jew l-oqfsa rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadatta l-formoli korrispondenti u l-formoli tal-informazzjoni.

    (3)

    Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Linji Gwida għall-eżaminazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura (3), inbidlu r-regoli applikati mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern. Għalhekk hemm bżonn li tinbidel il-formola tal-informazzjoni supplimentari għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fis-settur tas-sajd u f'dak tal-akkwakultura li hija stabbilita fil-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

    (4)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

    (3)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji gwida għall-eżaminazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU C 217, 2.7.2015, p. 1).


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, il-Parti III.14 tinbidel b'dan li ġej:

    “PARTI III.14

    FORMULA TA' INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI GĦALL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT GĦAS-SETTUR TAS-SAJD U L-AKKWAKULTURA

    Din il-formula ta'informazzjoni supplimentari għandha tintuża fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li hija koperta mil-Linji Gwida għall-Eżami tal-Għajnuniet mill-Istat intenzjonati għas-Settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura  (1) (“il-Linji Gwida”).

    1.   Prinċipji komuni tal-valutazzjoni

    1.1.   Il-miżura ta' għajnuna tissodisfa dawn il-prinċipji komuni tal-valutazzjoni? Jekk iva, jew jekk il-miżura ta' għajnuna mhijiex meħtieġa sabiex ikun issodisfat il-prinċipju tal-effett ta' inċentiv stabbilit f'Taqsima 3.6 tal-Linji Gwida, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa xierqa:

    il-miżura ta' għajnuna tikkontribwixxi għal objettiv definit sew ta' interess komuni;

    ħtieġa ta' intervent mill-Istat: il-miżura ta' għajnuna mill-Istat hija maħsuba għal ċirkostanzi meta l-għajnuna tkun tista' ġġib magħha titjib materjali li s-suq waħdu mhux kapaċi jikseb, pereżempju billi ssewwi falliment tas-suq;

    l-adegwatezza tal-miżura ta' għajnuna: il-miżura ta' għajnuna hija għodda politika xierqa li tindirizza l-objettiv ta' interess komuni;

    l-effett ta' inċentiv: l-għajnuna tibdel l-imġiba tal-impriża/i kkonċernata/i b'tali mod li tinvolvi ruħha f'attività addizzjonali li kieku ma kinitx tagħmel mingħajr l-għajnuna jew li kienet tagħmilha b'mod jew post ristrett jew differenti; jew l-għajnuna mhijiex meħtieġa li jkollha effett ta' inċentiv taħt punt (52) tal-Linji Gwida;

    il-proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-bżonn minimu): l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għall-minimu meħtieġ biex jipprokura l-investiment jew l-attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata;

    l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri: l-effetti negattivi tal-għajnuna huma limitati biżżejjed, sabiex il-bilanċ ġenerali tal-miżura jkun pożittiv;

    it-trasparenza tal-għajnuna: l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għall-atti u għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-għajnuna li tingħata fil-qafas tagħhom.

    1.2.   Il-miżura ta' għajnuna jew xi kundizzjoni marbuta magħha, inkluż il-metodu tal-finanzjament tagħha meta dak il-metodu jikkostitwixxi parti integrali mill-miżura, timplika ksur tal-liġi tal-Unjoni?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    1.3.   L-għajnuna għall-attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri hija għajnuna relatata direttament mal-kwantitajiet esportati, mal-istabbiliment u tħaddim ta' netwerk ta' distribuzzjoni, jew ma' spejjeż oħra relatati mal-attività tal-esportazzjoni, jew l-għajnuna li tiffavorixxi l-użu ta' prodotti domestiċi minn dawk importati?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk jogħġbok innota li, jekk it-tweġiba għall-mistoqsijiet stipulati fit-Taqsimiet 1.2 u 1.3 hija iva, l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq intern, kif stipulat fil-punti (26) u (27) tal-Linji Gwida.

    1.4.   L-għajnuna hija mogħtija lil impriża li hija soġġetta għal ordni ta' rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala waħda illegali u inkompatibbli mas-suq intern?

    Jekk jogħġbok innota li dan ma japplikax għall-għajnuna li tikkumpensa għad-danni kkawżati minn diżastri naturali skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-Trattat.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok uri d-deċiżjoni tal-Kummissjoni rilevanti:

     

    2.   Prinċipji speċifiċi għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura

    2.1.   Fil-każ ta' skema ta' għajnuna, l-applikazzjonijiet huma inammissibbli jekk huma mingħand operaturi li wettqu offiża jew reat wieħed jew aktar stipulati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew frodi kif stipulat fl-Artikolu 10(3) ta' dak ir-Regolament matul il-perjodu stipulat fl-atti delegati adottati abbażi tal-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament?

    Jekk jogħġbok innota li dan il-prinċipju ma japplikax fil-każ ta' għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.3 u 5.4 tal-Linji Gwida.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok uri d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-inammissabbiltà:

     

     

    2.2.   Fil-każ ta' għajnuna individwali, jekk jogħġbok ikkonferma li l-operatur ikkonċernat ma wettaqx offiża jew reat wieħed jew aktar stipulati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jew frodi kif stipulat fl-Artikolu 10(3) ta' dak ir-Regolament matul il-perjodu stipulat fl-atti delegati abbażi tal-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament.

    Jekk jogħġbok innota li dan il-prinċipju ma japplikax fil-każ ta' għajnuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fit-Taqsimiet 4, 5.3 u 5.4 tal-Linji Gwida.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    2.3.   Il-miżura ta' għajnuna tipprevedi espliċitament li kull impriża għandha tikkonforma mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġett u għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar ħlas għall-benefiċjarju?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    2.4.   Jekk jogħġbok ikkonferma li benefiċjarju li wettaq offiża waħda jew aktar stipulati fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-proġett u għal perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar ħlas lill-benefiċjarju għandu jirrimborża l-għajnuna.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    2.5.   Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ebda għajnuna ma tingħata għal attivitajiet li jikkorrispondu għal operazzjonijiet ineliġibbli skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    2.6.   Jekk it-tweġiba għall-mistoqsijiet stipulati fit-Taqsimiet 2.3, 2.4 u 2.5 ta' din il-Formula ta' Informazzjoni Supplimentari hija iva, jekk jogħġbok uri d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-att jew atti legali nazzjonali rilevanti li jistipulaw il-kundizzjonijiet imsemmija f'dawn il-mistoqsijiet:

     

     

     

    2.7.   Jekk il-miżura ta' għajnuna hija tal-istess tip bħal operazzjoni li tkun eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, tista' titqies bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament għal dik it-tip ta' operazzjoni, b'mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet dwar l-intensità tal-għajnuna pubblika?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk le, jekk jogħġbok uri l-ġustifikazzjoni u l-indispensabbiltà tal-għajnuna:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    3.   Kontribuzzjoni għal objettiv komuni

    3.1.   Il-miżura ta' għajnuna taqa' taħt it-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3 jew 5.4 tal-Linji Gwida u tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima rilevanti?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura ta' għajnuna tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' objettiv ta' interess komuni u injora t-Taqsimiet 3.2 u 3.3.

    3.2.   Jekk jogħġbok identifika l-objettiv jew objettivi ta' interess komuni stipulati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat li l-miżura ta' għajnuna tikkontribwixxi għall-kisba tagħhom:

     

     

    3.3.   Jekk jogħġbok identifika l-objettiv jew objettivi tal-PKS li l-miżura ta' għajnuna tikkontribwixxi għall-ilħuq tagħhom u uri b'mod ċar kif il-miżura ta' għajnuna tikkontribwixxi għall-ilħuq ta' dan l-objettiv jew dawn l-objettivi mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin l-objettivi (3) tal-PKS oħrajn:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    4.   Ħtieġa ta' intervent mill-istat

    4.1.   Il-miżura ta' għajnuna taqa' taħt it-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3 jew 5.4 tal-Linji Gwida u tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima rilevanti?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa għal intervent mill-Istat u injora t-Taqsimiet 4.2, 4.3 u 4.4.

    4.2.   Jekk jogħġbok iddeskrivi l-problema li għandha tiġi indirizzata bil-miżura ta' għajnuna u spjega kif l-għajnuna hija mmirata lejn sitwazzjonijiet fejn tista' ġġib titjib materjali li s-suq ma jistax iġib waħdu:

     

     

     

     

     

    4.3.   Jekk jogħġbok spjega jekk u kif il-miżura ta' għajnuna se ssewwi l-fallimenti tas-suq u għalhekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti ta' swieq u għat-titjib tal-kompetittività jew jekk u kif, fil-każ tar-riżultati tas-suq li mhumiex sodisfaċenti minn perspettiva ta' ekwità jew koeżjoni, l-għajnuna tintuża sabiex jinkiseb riżultat tas-suq mixtieq ekwitabbli:

     

     

     

     

     

     

     

     

    4.4.   Jekk jogħġbok spjega jekk u kif l-għajnuna tippromwovi r-razzjonalizzazzjoni u l-effiċjenza tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura u timmira għal titjib permanenti sabiex is-settur jiffunzjona abbażi ta' fatturi tas-suq:

     

     

     

     

     

    5.   Adegwatezza tal-għajnuna

    5.1.   L-għajnuna taqa' taħt it-Taqsimiet 4, 5.1, 5.3 jew 5.4 tal-Linji Gwida u tissodisfa kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima rilevanti?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura ta' għajnuna hija strument ta' politika xieraq u injora t-Taqsimiet 5.2 sa 5.5.

    5.2.   Jekk jogħġbok uri għaliex ma jeżisti l-ebda strument ta' politika inqas distortiv ieħor li jipprovdi l-istess kontribut pożittiv għall-ilħuq tal-objettivi tal-PKS u għaliex għażliet ta' politika oħrajn ġew imwarrba:

     

     

     

     

     

    5.3.   Saret valutazzjoni tal-impatt tal-miżura ta' għajnuna notifikata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok agħti sommarju tal-konklużjonijiet ewlenin tagħha:

     

     

     

     

     

    5.4.   Jekk jogħġbok uri l-forma ta' għajnuna u spjega għalfejn dik il-forma għandha probabbiltà li tiġġenera l-anqas distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ?

     

     

     

    5.5.   Meta l-għajnuna tingħata f'forom li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f'imposti obbligatorji oħrajn), jekk jogħġbok uri għaliex forom ta' għajnuna oħrajn li jkunu potenzjalment anqas distorsivi, bħal self bil-quddiem li jrid jitħallas lura jew bħal forom ta' għajnuna li huma bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (pereżempju, self b'imgħax baxx jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-gvern jew forniment alternattiv ta' kapital b'termini favorevoli), huma inqas adegwati:

     

     

     

     

     

     

     

    6.   Effett ta' inċentiv

    6.1.   L-għajnuna hija kumpensatorja fin-natura, bħall-għajnuna li taqa' taħt it-Taqsima 4, 5.3 jew 5.4, u tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima rilevanti, jew taqa' taħt it-Taqsima 5.6 tal-Linji Gwida u tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dik it-Taqsima?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-għajnuna mhux meħtieġ li jkollha effett ta' inċentiv u injora t-Taqsimiet 6.2 sa 6.6.

    6.2.   Jekk jogħġbok uri kif l-għajnuna tbiddel l-imġiba ta' impriża b'tali mod li din tinvolvi ruħha f'attività addizzjonali li ma kinitx twettaq mingħajr l-għajnuna, jew kienet twettaqha b'mod ristrett jew differenti:

     

     

     

     

     

    6.3.   L-għajnuna tissussidja l-ispejjeż ta' attività li l-benefiċjarju kien iġġarrab xorta jew tikkumpensa għar-riskju normali tan-negozju ta' attività ekonomika?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata li għandha effett ta' inċentiv (punt (49) tal-Linji Gwida).

    6.4.   L-għajnuna tingħata fir-rigward ta' operazzjoni li l-benefiċjarju jkun diġà beda jimplimenta qabel ma tressqet l-applikazzjoni għall-għajnuna mill-benefiċjarju lill-awtoritajiet nazzjonali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok innota li skont il-punt (51) tal-Linji Gwida, l-għajnuna ma tistax tiġi kkunsidrata li għandha effett ta' inċentiv.

    6.5.   L-għajnuna qed topera l-għajnuna (4) jew għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-kisba ta' standards obbligatorji?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok innota li skont il-punt (50) tal-Linji Gwida għajnuna bħal din fil-prinċipju mhijiex kompatibbli mas-suq intern, sakemm ma jiġux espressament stipulati eċċezzjonijiet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew f'dawn il-Linji Gwida u f'każijiet oħrajn debitament iġġustifikati.

    Jekk iva, jekk jogħġbok semmi d-dispożizzjonijiet li jawtorizzaw espressament din l-għajnuna jew ipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata għal tali għajnuna:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    6.6.   Jekk l-għajnuna hija fil-forma ta' benefiċċji tat-taxxa, il-miżura ta' għajnuna tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni mill-Istat Membru?

    Jekk jogħbok innota li r-rekwiżit imsemmi l-aħħar ma japplikax fil-każ ta' skemi tas-suċċessur fiskali dment li l-attività diġà tkun koperta mill-iskemi ta' qabel fil-forma ta' benefiċċji tat-taxxa.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    7.   Il-proporzjonalità tal-għajnuna

    7.1.   L-għajnuna hija kumpensatorja fin-natura, bħall-għajnuna li taqa' taħt it-Taqsima 4, 5.3 jew 5.4, u tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima rilevanti, jew taqa' taħt it-Taqsima 5.6 tal-Linji Gwida u tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f'dik it-Taqsima?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-għajnuna hija meqjusa li hi proporzjonata u injora l-punti 7.2 sa 7.4.

    7.2.   Jekk jogħġbok uri jekk u kif l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-ispejjeż addizzjonali netti ta' implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel max-xenarju kontrafattwali li fih ma tingħatax l-għajnuna:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    7.3.   Jekk il-miżura ta' għajnuna tkun tal-istess tip bħal operazzjoni li tkun eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, l-ammont tal-għajnuna jaqbeż l-intensità massima applikabbli ta' għajnuna pubblika stabbilita fl-Artikolu 95 u fl-Anness I ta' dak ir-Regolament?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok uri l-ġustifikazzjoni għall-għajnuna u l-indispensabbiltà tagħha:

     

     

     

     

     

    7.4.   L-għajnuna se tingħata fl-istess waqt ma' bosta skemi oħrajn jew flimkien ma' għajnuna ad hoc?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, l-ammont totali tal-finanzjament pubbliku għal attività jaqbeż l-intensitajiet massimi tal-għajnuna rilevanti msemmija fil-Linji Gwida?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    8.   L-effetti fuq il-kompetizzjoni u n-negozju

    8.1.   L-għajnuna taqa' taħt it-Taqsima 4, 5.1, 5.3 jew 5.4 tal-Linji Gwida u tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima rilevanti?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni tikkunsidra li l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u n-negozju huma limitati u injora t-Taqsimiet 8.2 u 8.3.

    8.2.   Jekk jogħġbok uri kif l-effetti negattivi tal-miżura ta' għajnuna f'termini ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u inferjuri għall-effetti pożittivi f'dak li jikkonċerna l-kontribuzzjoni għall-objettiv ta' interess komuni. Fil-każ ta' skema ta' għajnuna, jekk jogħġbok ikkunsidra l-livelli ta' distorsjoni fuq bażi kumulattiva minflok fuq livell individwali biss kif ukoll il-qies tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti ta' għajnuna individwali u kumulattivi, il-benefiċjarji mistennija, kif ukoll il-karatteristiċi tas-settur fil-mira. Fil-każ ta' għajnuna individwali, jekk jogħġbok indirizza l-effetti negattivi relatati mal-prevenzjoni tal-ħruġ mis-suq u l-qawwa tas-suq sostanzjali u pprovdi evidenza li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suq tal-prodott rilevanti, is-suq ġeografiku, il-kompetituri, kif ukoll il-klijenti u l-konsumaturi kkonċernati:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    8.3.   Saret valutazzjoni tal-impatt tal-miżura ta' għajnuna notifikata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok agħti sommarju tal-konklużjonijiet ewlenin tagħha:

     

     

     

     

     

    9.   Trasparenza

    9.1.   L-Istat Membru sejjer jippubblika mill-anqas l-informazzjoni li ġejja fuq sit tal-Internet komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, f'livell nazzjonali jew reġjonali?

    (a)

    it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha, jew il-bażi ġuridika għall-għajnuna individwali, jew link għaliha;

    (b)

    l-awtorità jew l-awtoritajiet li jagħtu l-għajnuna;

    (c)

    l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont ta' għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għoti tal-għajnuna, it-tip ta' impriża (SME/intrapriża kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju (fil-livell II tal-NUTS) u s-settur ekonomiku ewlieni fejn il-benefiċjarju għandu l-attivitajiet tiegħu (fil-livell tal-grupp tal-NACE). (Rekwiżit tal-pubblikazzjoni bħal dan jista' jiġi rrinunzjat fir-rigward ta' għotjiet ta' għajnuna individwali li ma jaqbżux it-EUR 30 000. Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna fil-forma ta' benefiċċji tat-taxxa, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta fil-meded li ġejjin (f'miljuni ta' EUR): 0,03-0,5; aktar minn 0,5-1; aktar minn 1 sa 2; aktar minn 2.)

    ☐ Iva

    ☐ Le

    9.2.   Jekk jogħġbok ikkonferma li din l-informazzjoni se:

    (a)

    tkun ippubblikata wara li tittieħed id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna;

    (b)

    tinżamm għal mill-inqas 10 snin;

    (c)

    tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet (5).

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk jogħġbok innota li l-Istati Membri mhux se jkun jeħtiġilhom jippubblikaw din l-informazzjoni qabel is-Sibt l-1 ta' Lulju 2017  (6)

    10.   Kategoriji ta' għajnuna

    10.1.   Jekk jogħġbok agħżel it-Taqsima tal-Linji Gwida li taħtha l-għajnuna għandha tiġi aċċessata u pprovdi informazzjoni dettaljata għall-għażla magħżula fit-Taqsimiet 11 sa 18 ta' din il-Formula ta' Informazzjoni Supplimentari:

    Taqsima 4.1 tal-Linji Gwida: Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali u avvenimenti straordinarji

    Taqsima 5.1 tal-Linji Gwida: Għajnuna għall-kategoriji ta' miżuri koperti minn regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija

    Taqsima 5.2 tal-Linji Gwida: Għajnuna li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti linji gwida orizzontali

    Taqsima 5.3 tal-Linji Gwida: Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi

    Taqsima 5.4 tal-Linji Gwida: Għajnuna għall-ispejjeż ta' prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' mard tal-annimali fl-akkwakultura

    Taqsima 5.5 tal-Linji Gwida: Għajnuna ffinanzjata permezz ta' tariffi parafiskali

    Taqsima 5.6 tal-Linji Gwida: Għajnuna operatorja fir-reġjuni ultraperiferiċi

    Taqsima 5.7 tal-Linji Gwida: Għajnuna għal miżuri oħra

    11.   Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali u avvenimenti straordinarji

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li hija mfassla apposta biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew okkorrenzi straordinarji, kif stipulat fit-Taqsima 4.1 tal-Linji Gwida.

    11.1.   Il-miżura ta' għajnuna hija skema ta' qafas ex-ante sabiex tikkumpensa għad-dannu kkawżat minn terremoti, valangi, tiġrif tal-art, għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjoni vulkanika u nirien fil-foresti ta' oriġini naturali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok injora t-Taqsimiet 11.3., 11.4, 11.5, 11.7 u 11.8.)

    11.2.   Liema tip ta' diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali kkawżaw (jew li jistgħu jikkawżaw, fil-każ ta' skema qafas tal-għajnuna ex-ante) ħsara u li allura hemm bżonn kumpens?

     

    11.3.   Meta seħħ l-avveniment speċifikat f'Taqsima 11.1?

     

    11.4.   Jekk jogħġbok indika l-aħħar data meta tista' titħallas l-għajnuna.

     

    11.5.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet b'mod formali l-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali jew avveniment straordinarju?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.6.   L-għajnuna hija mħallsa direttament lill-impriża kkonċernata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.7.   Jekk jogħġbok uri r-rabta ta' kawżalità diretta bejn id-diżastru naturali jew l-avveniment straordinarju u d-dannu mġarrab mill-impriża:

     

     

     

    11.8.   Jekk jogħġbok ippreżenta valutazzjoni mill-aktar preċiża tal-ħsara li ġarrbet l-impriża:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    11.9.   Jekk jogħġbok speċifika liema tip ta' ħsara hija kkumpensata (pereżempju, ħsara materjali għal assi, telf ta' dħul):

     

     

     

     

     

    11.10.   Għall-għajnuna huma eliġibbli biss dawk l-ispejjeż tal-ħsara li jiġġarrbu bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali jew tal-okkorrenza eċċezzjonali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.11.   L-ispejjeż tal-ħsara huma vvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut minn awtorità tal-għotja jew minn impriża tal-assigurazzjoni?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema entità tivvaluta l-ispejjeż.

     

    11.12.   Jekk jogħġbok iddeskrivi kif il-ħsara ġiet ikkalkolata:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    11.13.   Fil-każ tal-ħsara materjali f'assi, din tiġi kkalkulata skont l-ispiża tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.14.   Fil-każ ta' ħsara materjali f'assi, din taqbeż l-ispiża tat-tiswija jew in-nuqqas tal-valur tas-suq ġust ikkawżat mid-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.15.   Fil-każ ta' telf ta' dħul, hija kkalkulata billi jitnaqqas:

    (a)

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fis-sena tad-diżastru naturali jew tal-avveniment straordinarju, jew f'kull sena ta' wara affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta' produzzjoni, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena,

    (b)

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fil-perjodu ta' tliet snin qabel id-diżastru naturali jew l-avveniment straordinarju jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta' ħames snin qabel id-diżastru naturali jew l-avveniment straordinarju, esklużl-ogħla u l-inqas entrata, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.16.   Il-ħsara hija kkalkulata fil-livell tal-benefiċjarju individwali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.17.   L-għajnuna, flimkien ma' kull pagament ieħor riċevut bħala kumpens għad-dannu, inklużi pagamenti minn poloz tal-assigurazzjoni, hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.18.   Fil-każ ta' skemi ta' qafas ex-ante, jekk jogħġbok ikkonferma li l-Istat Membru se jikkonforma mal-obbligu ta' rappurtar stipulat fil-punt (130) tal-Linji Gwida.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    11.19.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

    12.   Għajnuna għall-kategoriji ta' miżuri koperti minn Regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ ta' notifika ta' miżura ta' għajnuna li hija tal-istess tip ta' għajnuna li taqa' fil-kategorija ta' għajnuna li tista' titqies kompatibbli mas-suq intern taħt wieħed mir-Regolamenti dwar eżenzjonijiet ta' grupp imsemmija f'punt (19)(a) tal-Linji Gwida, kif stipulat fit-Taqsima 5.1 tal-Linji Gwida. Fil-każ ta' miżura ta' għajnuna li hija tal-istess tip ta' għajnuna li taqa' fil-kategorija ta' għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni(UE) Nru 1388/2014  (7) , jekk jogħġbok imla t-Taqsima 11.

    12.1.   L-għajnuna hija tal-istess tip ta' għajnuna li taqa' f'kategorija ta' għajnuna li tista' titqies kumpatibbli mas-suq intern taħt wieħed mir-Regolamenti dwar eżenzjonijiet tal-grupp imsemmija fil-punt 19(a) tal-Linji Gwida?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk jogħġbok uri r-Regolament applikabbli u l-Artikoli rilevanti ta' dak ir-Regolament:

     

     

     

    12.2.   L-għajnuna tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikoli rilevanti tar-Regolament applikabbli?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija le, jekk jogħġbok uri l-ġustifikazzjoni għall-indispensabbiltà tal-għajnuna:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    12.3.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

    13.   Għajnuna li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti linji gwida orizzontali

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li taqa' fl-ambitu ta' ċerti linji gwida orizzontali jew strumenti oħrajn adottati mill-Kummissjoni, kif stipulat fit-Taqsima 5.2 tal-Linji Gwida.

    13.1.   L-għajnuna taqa' fl-ambitu ta' ċerti linji gwida orizzontali jew strumenti oħrajn adottati mill-Kummissjoni (8)?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok uri l-linji gwida orizzontali jew strumenti rilevanti u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn l-atti u uri li l-għajnuna tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn l-atti.

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    13.2.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

    14.   Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li hija ddenominata sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi, kif stipulat fit-Taqsima 5.3 tal-Linji Gwida. Fil-każ ta' għajnuna tal-istess tip bħall-għajnuna li taqa' taħt il-kategorija ta' għajnuna għal fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi negattivi msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014, jekk jogħġbok imla t-Taqsima 12.

    14.1.   Il-miżura ta' għajnuna hija skema ta' qafas ex-ante sabiex tikkumpensa għad-dannu kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    (Jekk iva, injora t-Taqsimiet 14.3 sa 14.6 u 14.9.)

    14.2.   Liema tip ta' avveniment klimatiku negattiv ikkawża (jew li jista' jikkawża, fil-każ ta' skema qafas tal-għajnuna ex-ante) ħsara u li allura hemm bżonn kumpens?

     

    14.3.   Meta seħħ l-avveniment speċifikat fit-Taqsima 14.1?

     

    14.4.   Jekk jogħġbok indika l-aħħar data meta tista' titħallas l-għajnuna.

     

    14.5.   Id-dannu kkważat mill-avveniment klimatiku negattiv jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali medju, ikkalkulat fuq il-bażi tat-tliet snin kalendarji preċedenti jew fuq medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta' ħames snin ta' qabel l-avveniment klimatiku negattiv, esklużi l-ogħla u l-anqas entrata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dettaljata li turi li l-kundizzjoni stipulata fit-Taqsima 14.5 hija ssodisfata:

     

     

     

     

    14.6.   Jekk jogħġbok uri r-rabta ta' kawżalità diretta bejn l-avveniment klimatiku negattiv u d-dannu mġarrab mill-impriża:

     

     

     

    14.7.   fil-każ ta' telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi msemmija fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, jekk jogħġbok iġġustifika għaliex l-Istat Membru beħsiebu jagħti l-għajnuna minflok ma jitħallas kumpens finanzjarju permezz ta' fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi negattivi skont l-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament:

     

     

     

     

     

    14.8.   L-għajnuna hija mħallsa direttament lill-impriża kkonċernata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.9.   Jekk jogħġbok ippreżenta valutazzjoni mill-aktar preċiża tal-ħsara li ġarrbu l-benefiċjarji potenzjali:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    14.10.   Jekk jogħġbok speċifika liema tip ta' ħsara hija kkumpensata (pereżempju, ħsara materjali għal assi, telf ta' dħul):

     

     

     

     

     

    14.11.   L-ispejjeż tal-ħsara li jiġġarrbu bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali jew tal-okkorrenza eċċezzjonali huma eliġibbli għall-għajnuna?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.12.   Id-dannu huwa vvalutat minn awtorità pubblika, espert indipendenti rikonoxxut minn awtorità tal-għotja jew minn impriża tal-assigurazzjoni?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema entità tivvaluta l-ispejjeż:

     

    14.13.   Jekk jogħġbok iddeskrivi kif il-ħsara ġiet ikkalkolata:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    14.14.   Fil-każ ta' dannu materjali f'assi, huwa kkalkulat abbażi tal-ispiża tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment dannuż?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.15.   Fil-każ ta' dannu materjali f'assi, dan jaqbeż l-ispiża tat-tiswija jew in-nuqqas fil-valur tas-suq ġust ikkawżat minn avveniment klimatiku negattiv?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.16.   Fil-każ ta' dannu materjali f'assi, id-dannu rriżulta f'telf ta' produzzjoni li jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat medju, ikkalkolat fuq il-bażi tat-tliet snin kalendarji preċedenti jew fuq medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta' ħames snin ta' qabel l-avveniment klimatiku negattiv, esklużi l-ogħla u l-anqas entrata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dettaljata li turi li l-kundizzjoni stipulata f'punt 14.15 ġiet issodisfata:

     

     

     

     

    14.17.   Fil-każ ta' telf ta' dħul, huwa kkalkulat billi jitnaqqas:

    (a)

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fis-sena tal-avveniment klimatiku negattiv, jew f'kull sena ta' wara affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta' produzzjoni, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena,

    (b)

    ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fil-perjodu ta' tliet snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv jew medja ta' tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta' ħames snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv, esklużi l-ogħla u l-inqas entrata bil-prezz medju tal-bejgħ miksub?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.18.   Il-ħsara hija kkalkulata fil-livell tal-benefiċjarju individwali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.19.   L-għajnuna, flimkien ma' kull pagament ieħor riċevut bħala kumpens għad-dannu, inklużi pagamenti minn poloz tal-assigurazzjoni, għandha tkun limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.20.   Fil-każ ta' skemi ta' qafas ex-ante, jekk jogħġbok ikkonferma li l-Istat Membru se jikkonforma mal-obbligu ta' rappurtar stipulat f'punt (130) tal-Linji Gwida.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    14.21.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

    15.   Għajnuna għall-ispejjeż ta' prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' mard tal-annimali fl-akkwakultura

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li timmira li tappoġġja spejjeż relatati mal-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' mard tal-annimali fl-akkwakultura, kif stipulat fit-Taqsima 5.4 tal-Linji Gwida. Fil-każ ta' għajnuna tal-istess tip bħall-għajnuna li taqa' taħt il-kategorija ta' għajnuna għall-miżuri relatati mas-saħħa u l-benesseri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014, jekk jogħġbok imla t-Taqsima 12.

    15.1.   Il-miżura ta' għajnuna hija skema ta' qafas ex-ante li tappoġġja spejjeż marbutin mal-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' mard tal-annimali fl-akkwakultura?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    (Jekk iva, jekk jogħġbok injora t-Taqsimiet 15.5, 15.6 u 15.9.)

    15.2.   Jekk jogħġbok uri fir-rigward ta' liema mard inkluż fil-lista ta' mard tal-annimali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), jew il-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (10), qed tingħata l-għajnuna:

    Jekk jogħġbok innota li fil-każ ta' marda jew mard inkluż fil-lista ta' mard tal-annimali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, tapplika l-verżjoni tal-lista fis-seħħ fiż-żmien tan-notifika tal-miżura ta' għajnuna. Jekk l-għajnuna tkun diġà ngħatat jew tħallset, fil-każ ta' għajnuna individwali, tapplika l-verżjoni tal-lista ppubblikata fiż-żmien li tingħata jew titħallas l-għajnuna u, fil-każ ta' skema ta' għajnuna, tapplika l-lista ppubblikata fiż-żmien tal-bidu tal-iskema.

     

     

     

    15.3.   L-għajnuna tingħata bħala parti minn programm fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni, il-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok uri l-programm rilevanti u d-dispożizzjonijiet speċifiċi:

     

     

    15.4.   L-għajnuna tingħata bħala parti minn miżuri ta' emerġenza imposti mill-awtorità nazzjonali kompetenti?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok uri l-miżura rilevanti u d-dispożizzjonijiet speċifiċi:

     

     

    15.5.   Meta seħħew l-ispejjeż relatati mal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' mard tal-annimali fl-akkwakultura?

     

    15.6.   Jekk jogħġbok indika l-aħħar data meta tista' titħallas l-għajnuna.

     

    15.7.   L-għajnuna hija mħallsa direttament lill-impriża kkonċernata?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    15.8.   Jekk jogħġbok ikkonferma li l-ebda għajnuna ma tingħata jekk jiġi stabbilit li l-benefiċjarju kkawża l-marda deliberatament jew b'negliġenza:

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok uri d-dispożizzjonijiet li stipulaw il-kundizzjoni msemmija fit-Taqsima 15.8:

     

    15.9.   Jekk jogħġbok ippreżenta valutazzjoni mill-aktar preċiża tal-ħsara li ġarrbu l-benefiċjarji potenzjali:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    15.10.   Jekk jogħġbok uri liema mill-ispejjeż li ġejjin huma eliġibbli għall-kumpens. Spejjeż marbuta ma':

    ☐ (a)

    kontrolli tas-saħħa, analiżijiet, testijiet u miżuri oħra ta' skrinjar;

    ☐ (b)

    ix-xiri, il-ħażna, l-għoti jew it-tqassim ta' vaċċini, mediċini, u sustanzi għat-trattament tal-annimali;

    ☐ (c)

    it-tbiċċir, il-qtil u l-qerda tal-annimali;

    ☐ (d)

    il-qerda ta' prodotti tal-annimali u ta' prodotti marbuta magħhom;

    ☐ (e)

    it-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u tat-tagħmir;

    ☐ (f)

    id-dannu mġarrab minħabba tbiċċir, qtil jew qerda ta' annimali, prodotti tal-annimali u prodotti marbuta magħhom, limitat għall-valur fis-suq ta' tali annimali u prodotti li kieku ma ntlaqtux mill-marda;

    ☐ (g)

    telf ta' dħul minħabba d-diffikultajiet fl-istokkjar mill-ġdid;

    ☐ (h)

    spejjeż oħrajn imġarrba minħabba mard tal-annimali tal-akkwakultura.

    Fil-każ ta' (h), jekk jogħġbok speċifika l-ispejjeż u ġġustifika għalfejn dawn l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli.

    Jekk jogħġbok innota li taħt il-punt (110)(h) tal-Linji Gwida, l-ispejjeż, apparti dawk imsemmija f'(a) sa (g), huma eliġibbli biss f'każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati.

     

     

     

     

     

    15.11.   L-għajnuna meħuda flimkien ma' kull pagament ieħor riċevut bħala kumpens għad-dannu, inklużi pagamenti minn poloz tal-assigurazzjoni, hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    15.12.   Fil-każ ta' skemi ta' qafas ex ante, jekk jogħġbok ikkonferma li l-Istat Membru se jikkonforma mal-obbligu ta' rappurtar stipulat fil-punt (130) tal-Linji Gwida.

    ☐ Iva

    ☐ Le

    15.13.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

    16.   Għajnuna ffinanzjata permezz ta' tariffi parafiskali

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li hija ffinanzjata minn spejjeż speċjali imposti fuq ċerti prodotti tas-sajd jew l-akkwakultura irrispettivament mill-oriġini tagħhom, b'mod partikolari spejjeż parafiskali, kif stipulat fit-Taqsima 5.5 tal-Linji Gwida.

    16.1.   L-iskema ta' għajnuna hija ffinanzjata minn spejjeż speċjali imposti fuq ċerti prodotti tas-sajd jew l-akkwakultura irrispettivament mill-oriġini tagħhom, b'mod partikolari spejjeż parafiskali?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji dwar kif l-iskema ta' għajnuna hija ffinanzjata:

     

     

     

     

     

    16.2.   L-għajnuna hija ta' benefiċċju ugwali kemm għal prodotti domestiċi kif ukoll importati?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok uri kif l-iskema hija ta' benefiċċju kemm għal prodotti domestiċi kif ukoll importati:

     

     

     

     

    16.3.   Jekk jogħġbok uri kif il-fondi miksuba permezz ta' spejjeż parafiskali huma użati:

     

     

     

     

     

    16.4.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

    17.   Għajnuna operatorja fir-reġjuni ultraperiferiċi

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li tikkostitwixxi għajnuna operatorja mogħtija fir-reġjuni ultraperiferiċi bil-ħsieb li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet speċifiċi f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tal-iżolament, insularità u bogħod estrem tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 5.6 tal-Linji Gwida.

    17.1.   L-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna operatorja mogħtija f'reġjuni ultraperiferiċi bil-ħsieb li ttaffi r-restrizzjonijiet speċifiċi f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat tal-iżolament, insularità u bogħod estrem tagħhom?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk it-tweġiba hija iva, jekk jogħġbok iddeskrivi t-tip ta' għajnuna operatorja li ngħatat u uri r-reġjun jew reġjuni fil-mira:

     

     

     

    17.2.   Jekk jogħġbok uri r-restrizzjonijiet speċifiċi tar-reġjun jew reġjuni li l-għajnuna timmira li ttaffi u ddeskrivi kif l-għajnuna għandha l-intenzjoni li tilħaq dan il-għan.

    Jekk jogħġbok innota li taħt il-punt (113) tal-Linji Gwida restrizzjonijiet li jirriżultaw mill-iżolazzjoni, insularità u bogħod estrem tar-reġjuni ultraperiferiċi biss jistgħu jiġu kkunsidrati.

     

     

     

     

     

     

    17.3.   Jekk jogħġbok iddetermina l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet speċifiċi u l-metodu tal-kalkolazzjoni tagħhom u uri li l-għajnuna mhux se tmur lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi.

     

     

     

     

     

     

    17.4.   Sabiex jiġi evitat kumpens eċċessiv, l-Istat Membru jqis tipi oħrajn ta' intervent pubbliku, inkluż, jekk applikabbli, il-kumpens ta' spejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura skont l-Artikoli 70, 71 u 72 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u l-għajnuna għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' kumpens skont l-Artikolu 73 ta' dak ir-Regolament?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika kif il-kumpens eċċessiv huwa evitat:

     

     

     

     

     

     

    17.5.   Jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra kkunsidrata rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura ta' għajnuna taħt din it-Taqsima:

     

     

     

     

     

     

     

     

    18.   Għajnuna għal miżuri oħrajn

    Din it-Taqsima għandha timtela fil-każ tan-notifika ta' miżura ta' għajnuna li ma tikkorrispondix ma' waħda mit-tipi ta' għajnuna msemmija fit-Taqsimiet 4 jew 5.1 sa 5.6 tal-Linji Gwida, iżda li l-Istat Membru xorta beħsiebu jipprovdi jew jipprovdi diġà, kif stipulat fit-Taqsima 5.7 tal-Linji Gwida.

    18.1.   L-Istat Membru beħsiebu jipprovdi jew jipprovdi għajnuna li ma tikkorrispondix ma' waħda mit-tipi ta' għajnuna msemmija fit-Taqsimiet 4 jew 5.1 sa 5.6 tal-Linji Gwida?

    ☐ Iva

    ☐ Le

    18.2.   Jekk jogħġbok iddeskrivi l-miżura ta' għajnuna u l-objettivi tagħha fid-dettall:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    18.3.   Barra mill-informazzjoni pprovduta fit-Taqsimiet 1 sa 9, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni oħra li turi biċ-ċar li l-għajnuna tikkonforma mal-prinċipji stipulati fit-Taqsima 3 tal-Linji Gwida:

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     



    Top