Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1984

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1984 tal-14 ta' Novembru 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    ĠU L 305I, 14.11.2016, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/1984/oj

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 305/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1984

    tal-14 ta' Novembru 2016

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (2)

    Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja li qed tmur għall-agħar, tmintax-il persuna jenħtieġ li jinżiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. MOGHERINI


    (1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


    ANNESS

    Il-persuni li ġejjin jinżiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

    Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 14, 15(1)(a) u 15(1a).

    A.   Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “217.

    Atef Naddaf

    Data tat-twelid: 1956

    Post tat-twelid: Fil-kampanja ta' Damasku

    Ministru għall-Edukazzjoni Għolja. Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    218.

    Hussein Makhlouf (magħruf ukoll bħala Makhluf)

    Data tat-twelid: 1964

    Post tat-twelid: Lattakia

    Eks Gvernatur tal-Provinċja ta' Damasku

    Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    Kuġin ta' Rami Makhlouf.

    14.11.2016

    219.

    Ali Al-Zafir (magħruf ukoll bħala al-Dafeer)

    Data tat-twelid: 1962

    Post tat-twelid: Tartous

    Ministru għall-Komunikazzjoni u t-Teknoloġija.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    220.

    Ali Ghanem

    Data tat-twelid: 1963

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    221.

    Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) Ramez Tourjman (magħruf ukoll bħala Tourjuman)

    Data tat-twelid: 1966

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru għall-Informazzjoni.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    222.

    Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) al-Ahmed (magħruf ukoll bħala al-Ahmad)

    Data tat-twelid: 1961

    Post tat-twelid: Lattakia

    Ministru għall-Kultura.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    223.

    Ali Hamoud (magħruf ukoll bħala Hammoud)

    Data tat-twelid: 1964

    Post tat-twelid: Tartous

    Ministru għat-Trasport.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    224.

    Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) Kharboutli

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru għall-Elettriku.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    225.

    Maamoun Hamdan

    Data tat-twelid: 1958

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru għall-Finanzi.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    226.

    Nabil al-Hasan (magħruf ukoll bħala al-Hassan)

    Data tat-twelid: 1963

    Post tat-twelid: Aleppo

    Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    227.

    Ahmad al-Hamu (magħruf ukoll bħala al-Hamo)

    Data tat-twelid: 1947

    Ministru għall-Industrija.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    228.

    Abdullah al-Gharbi (magħruf ukoll bħala al-Qirbi)

    Data tat-twelid: 1962

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    229.

    Abdullah Abdullah

    Data tat-twelid: 1956

    Ministru tal-Istat.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    230.

    Salwa Abdullah

    Data tat-twelid: 1953

    Post tat-twelid: Quneitra

    Ministru tal-Istat.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    231.

    Rafe'a Abu Sa'ad (magħruf ukoll bħala Saad)

    Data tat-twelid: 1954

    Post tat-twelid: Raħal Habran (provinċja ta' Sweida)

    Ministru tal-Istat.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    232.

    Wafiqa Hosni

    Data tat-twelid: 1952

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru tal-Istat.

    Maħtur f'Lulju 2016.

    14.11.2016

    233.

    Rima Al-Qadiri (magħruf ukoll bħala Al-Kadiri)

    Data tat-twelid: 1963

    Post tat-twelid: Damasku

    Ministru għall-Affarijiet Soċjali (minn Awwissu 2015)

    14.11.2016

    234.

    Duraid Durgham

     

    Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

    Responsabbli għall-għoti ta' appoġġ ekonomiku u finanzjarju lir-reġim Sirjan permezz tal-funzjonijiet tiegħu bħala l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja, li huwa wkoll elenkat.

    14.11.2016”.


    Top