This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1226
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/1226 of 4 May 2016 amending Annex IX to Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the optional reserved terms for olive oil
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1226 tal-4 ta' Mejju 2016 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1226 tal-4 ta' Mejju 2016 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa
C/2016/2693
ĠU L 202, 28.7.2016, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R1308 | Sostituzzjoni | anness IX | 31/07/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32016R1226R(01) | (CS, PT) |
28.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 202/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1226
tal-4 ta' Mejju 2016
li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini riżervati fakultattivi għaż-żejt taż-żebbuġa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 (2) jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt mir-residwi taż-żebbuġ u jistabbilixxi l-metodi għall-valutazzjoni ta' dawk il-karatteristiċi. Dawk il-metodi u l-valuri ta' limitu għall-karatteristiċi taż-żjut huma aġġornati regolarment biex jitqiesu l-żviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku skont il-ħidma mwettqa fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ. |
(2) |
Fis-26 ta' Novembru 2015, il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ adotta metodu ġdid għall-valutazzjoni organolettika taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jimmodifika t-terminoloġija fakultattiva għall-finijiet tat-tikkettar. |
(3) |
It-termini riżervati fakultattivi huma mniżżla fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(4) |
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1).
ANNESS
“ANNESS IX
TERMINI RIŻERVATI FAKULTATTIVI
Kategorija ta' prodott (b'referenza għall-klassifikazzjoni tan-nomenklatura magħquda) |
Terminu riżervat fakultattiv |
laħam tat-tjur (kodiċijiet NM 0207 u 0210 ) |
mitmugħa bi … % ta' … wiżż mitmugħ bil-ħafur trobbija fuq ġewwa/sistema intensiva trobbija fil-beraħ trobbija fil-beraħ tradizzjonali trobbija barra — libertà totali l-età tal-qatla it-tul tal-perjodu tat-tismin |
bajd (kodiċi NM 0407 ) |
frisk aktar min-normal jew frisk aktar min-normal indikazzjoni dwar il-metodu tal-għalf tat-tiġieġ li jbidu |
żejt taż-żebbuġa (kodiċi NM 1509 ) |
l-ewwel ippressar kiesaħ estrazzjoni kiesħa aċidità qawwi it-togħma tal-frott: misjur jew aħdar qares b'saħħtu medju delikat ibbilanċjat sew żejt ta' togħma mmoderata” |