This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0854
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/854 of 30 May 2016 authorising certain health claims made on foods, other than those referring to the reduction of disease risk and to children's development and health and amending Regulation (EU) No 432/2012 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/854 tat-30 ta' Mejju 2016 li jawtorizza ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/854 tat-30 ta' Mejju 2016 li jawtorizza ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/3153
ĠU L 142, 31.5.2016, p. 5–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0432 | Żieda | anness Test | 20/06/2016 |
31.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/854
tat-30 ta' Mejju 2016
li jawtorizza ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq l-ikel, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 432/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fih previst li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa fuq l-ikel huma pprojbiti ħlief meta tawtorizzahom il-Kummissjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament u jkunu inklużi f'lista ta' indikazzjonijiet permessi. |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ġie adottat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 (2) li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi li jsiru fuq l-ikel minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 fih previst ukoll li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jistgħu jitressqu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru. L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tibgħat l-applikazzjonijiet validi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), minn hawn “il quddiem 'l-Awtorità”, għal valutazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tinfurmahom. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa filwaqt li tqis l-opinjoni mogħtija mill-Awtorità. |
(5) |
L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika li tkun għadha kemm ġiet żviluppata u/jew li jkunu jinkludu talba għall-protezzjoni tad-dejta riżervata għandhom jgħaddu minn tip ta' awtorizzazzjoni mgħaġġla, sabiex tiġi stimulata l-innovazzjoni. |
(6) |
Wara applikazzjoni mingħand Roquette Frères, sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità intalbet għal opinjoni marbuta ma' indikazzjoni dwar is-saħħa fir-rigward ta' Nutriose® li għandu jissotitwixxi l-karboidrati fermentabbli fl-ikel jew ix-xarbiet sabiex jinkiseb l-effett indikat, jiġifieri ż-żamma tal-mineralizzazzjoni tas-snien billi jnaqqas id-demineralizzazzjoni tas-snien (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2013-00040 (3)). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Frequent consumption of sugars contributes to tooth demineralisation. Consumption of food/drinks containing Nutriose® instead of sugar may help maintain tooth mineralisation by decreasing tooth demineralisation”. |
(7) |
Fis-26 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità li kkonkludiet li l-karatteristika li hija l-iktar rilevanti għall-effett indikat (jiġifieri li l-pH tal-plakka dentali ma għandhiex tinżel taħt il-5,7 matul u sa 30 minuta wara l-konsum) mhix esklussiva għall-ikel soġġett għall-indikazzjoni (4), iżda komuni għal karboidrati mhux fermentabbli oħrajn (eż. polioli, D-tagatożju, iżomaltulożju, u polidestrożju). L-Awtorità żiedet tgħid li indikazzjoni fuq is-sostituti taz-zokkor ksilitol, sorbitol, mannitol, maltitol, lattitol, isomalt, eritritol, D-tagatożju, iżomaltulożju, sukralożju u polidestrożju u ż-żamma tal-mineralizzazzjoni tas-snien billi tonqos id-demineralizzazzjoni tas-snien diġà ġiet ivvalutata b'riżultat favorevoli (5). L-Awtorità kkonkludiet li ġiet stabbilita relazzjoni ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-ikel jew ix-xarbiet li fihom karboidrati fermentabbli bi frekwenza ta' esponiment ta' erba' darbiet jew iktar kuljum u ż-żieda fid-demineralizzazzjoni tas-snien, u li l-konsum tal-ikel jew ix-xarbiet li fihom karboidrati mhux fermentabbli minflok karboidrati fermentabbli jistgħu jżommu l-mineralizzazzjoni tas-snien billi jnaqqsu d-demineralizzazzjoni tas-snien, sakemm tali ikel jew xarbiet ma jwasslux għal erużjoni dentali. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi, stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 432/2012. |
(8) |
Wara applikazzjoni mingħand Beneo-Orafti SA, Sensus B.V. u Cosucra-Groupe Warcoing S.A., sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet għal opinjoni marbuta ma' indikazzjoni dwar is-saħħa fir-rigward ta' frutto-oligosakkaridi (FOS) mill-inulina u tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel (Mistqosija Nru EFSA-Q-2013-00615 (6)). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid, fost l-oħrajn, dan li ġej: “Consumption of foods/drinks containing oligofructose from chicory instead of sugars induces a lower blood glucose rise”. |
(9) |
Fl-10 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifka mill-Awtorità li nnutat li l-karatteristika li hija l-iktar rilevanti għall-effett indikat (jiġifieri tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel permezz tas-sostituzzjoni taz-zokkrijiet fl-ikel u x-xarbiet) mhix esklussiva għal FOS iżda komuni għal karboidrati mhux diġestibbli oħrajn (eżempju polisakkaridi mhux tal-lamtu, oligosakkaridi reżistenti, lamtu reżistenti) għaliex, bħal FOS, il-karboidrati mhux diġestibbli huma reżistenti għall-idroliżi u l-assorbiment fil-musrana ż-żgħira u għalhekk ma jikkontribwixxux għall-glikemija ta' wara l-ikel. L-Awtorità nnutat ukoll li indikazzjoni marbuta mas-sostituti taz-zokkor u tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel diġà kienet ivvalutata mill-Awtorità b'riżultat favorevoli (7). L-Awtorità kkonkludiet li abbażi tad-dejta ppreżentata, ġiet stabbilita relazzjoni ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-ikel jew ix-xarbiet li fihom karboidrati mhux diġestibbli minflok zokkrijiet u t-tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel kif imqabbel ma' ikel jew xarbiet li fihom iz-zokkor. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi, stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 432/2012. |
(10) |
Wara applikazzjoni mingħand Olygose, sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet għal opinjoni marbuta ma' indikazzjoni dwar is-saħħa fir-rigward ta' AlphaGOS® u tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel (Mistqosija Nru EFSA-Q-2014-00044 (8)). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Consumption of foods or drinks containing AlphaGOS® instead of sugar induces a lower blood glucose rise after their consumption compared to sugar-containing foods or drinks”. |
(11) |
Fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifka mill-Awtorità li nnutat li l-karatteristika li hija l-iktar rilevanti għall-effett indikat (jiġifieri tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel permezz tas-sostituzzjoni taz-zokkrijiet fl-ikel u x-xarbiet) mhix esklussiva għal α-galatto-oligosakkaridi (α-GOS) iżda komuni għal karboidrati mhux diġestibbli oħrajn (eżempju polisakkaridi mhux tal-lamtu, lamtu reżistenti) għaliex, bħal α-GOS, il-karboidrati mhux diġestibbli huma reżistenti għall-idroliżi u l-assorbiment fil-musrana ż-żgħira u għalhekk ma jikkontribwixxux għall-glikemja ta' wara l-ikel. F'dik l-opinjoni, l-Awtorità nnutat ukoll li indikazzjoni marbuta ma' karboidrati mhux diġestibbli u tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel diġà kienet ivvalutata mill-Awtorità b'riżultat favorevoli (9) u kkonkludiet li ġiet stabbilita relazzjoni ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-ikel jew ix-xarbiet li fihom karboidrati mhux diġestibbli u t-tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel kif imqabbel ma' ikel jew xarbiet li fihom iz-zokkor. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi, stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 432/2012. |
(12) |
Wara applikazzjoni minn Roquette Italia S.P.A. sottomessa skont l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, l-Awtorità ntalbet għal opinjoni marbuta ma' indikazzjoni dwar is-saħħa fir-rigward ta' Nutriose®06 u tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel (Mistqosija Nru EFSA-Q-2014-00073 (10)). L-indikazzjoni proposta mill-applikant kienet tgħid dan li ġej: “Consumption of foods/drinks containing Nutriose®06 instead of high glycaemic carbohydrates induces a lower blood glucose rise after their consumption compared to high glycaemic carbohydrates-containing foods/drinks”. |
(13) |
Fit-8 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni u l-Istati Membri rċevew l-opinjoni xjentifika mill-Awtorità li fiha nnutat li l-karatteristika li hija l-iktar rilevanti għall-effett indikat (jiġifieri tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel permezz tas-sostituzzjoni tal-karboidrati glikimiċi fl-ikel u x-xarbiet) hija n-nuqqas ta' diġestibbiltà tad-destrina reżistenti li tinsab fl-ikel suġġett għall-indikazzjoni (11). L-Awtorità kkunsidrat ukoll li din il-karatteristika, li hija rilevanti għall-effett indikat, mhix esklussiva għad-destrina reżistenti iżda hija komuni għal karboidrati mhux diġestibbli oħrajn (eż. polisakkaridi mhux tal-lamtu u oligosakkaridi reżistenti) għaliex, bħad-destrina reżistenti, il-karboidrati mhux diġestibbli huma reżistenti għall-idroliżi u l-assorbiment fil-musrana ż-żgħira u għalhekk ma jikkontribwixxux għall-glikemja ta' wara l-ikel. F'dik l-opinjoni, l-Awtorità nnutat li indikazzjoni marbuta ma' karboidrati mhux diġestibbli u tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel diġà kien ivvalutata mill-Awtorità b'riżultat favorevoli (12) u kkonkludiet li ġiet stabbilita relazzjoni ta' kawża u effett bejn il-konsum tal-ikel jew ix-xarbiet li fihom karboidrati mhux diġestibbli, u t-tnaqqis ta' reazzjonijiet glikimiċi ta' wara l-ikel kif imqabbel ma' ikel jew xarbiet li fihom karboidrati glikimiċi. Għaldaqstant, indikazzjoni dwar is-saħħa li tirrifletti din il-konklużjoni għandha titqies konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 u għandha tiddaħħal fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi, stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 432/2012. |
(14) |
Wieħed mill-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 huwa li jiżgura li l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari, affidabbli u utli għall-konsumatur, u li għal dan il-għan jitqiesu l-mod kif jitqiegħed il-kliem u l-preżentazzjoni. Għalhekk, meta l-kliem li juża l-applikant fl-indikazzjonijiet ikollu l-istess tifsira għall-konsumaturi bħal dik ta' indikazzjoni dwar is-saħħa awtorizzata, għaliex juri l-istess relazzjoni li teżisti bejn kategorija tal-ikel, tip ta' ikel jew xi wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa, dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-istess kundizzjonijiet tal-użu bħal dawk elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(15) |
Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, ir-Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u dwar is-saħħa li fih l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati kollha għandu jiġi aġġornat biex iqis dan ir-Regolament. |
(16) |
Il-kummenti mingħand wieħed mill-applikanti li rċeviet il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 ġew ikkunsidrati fit-tfassil tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament. |
(17) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 432/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
(18) |
L-Istati Membri kienu kkonsultati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-indikazzjonijiet dwar is-saħħa stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet permessi previsti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012 tas-16 ta' Mejju 2012 li jistabbilixxi lista ta' indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, 25.5.2012, p. 1).
(3) EFSA Journal 2013;11(7):3329.
(4) i.e. 85 % resistant dextrin, with an average degree of polymerisation from 12 to 25, and less than 0,5 % of mono- and disaccharides, which is relevant for the claimed effect (i.e. not lowering plaque pH below 5,7 during and up to 30 minutes after consumption).
(5) EFSA Journal 2011;9(4):2076.
(6) EFSA Journal 2014;12(1):3513.
(7) EFSA Journal 2011;9(4):2076.
(8) EFSA Journal 2014;12(10):3838.
(9) EFSA Journal 2014;12(1):3513.
(10) EFSA Journal 2014;12(10):3839.
(11) i.e. 85 % resistant dextrin with an average degree of polymerisation of 12-25, and less than 0,5 % mono- and disaccharides.
(12) EFSA Journal 2014;12(1):3513.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 432/2012, jiddaħlu l-entrati li ġejjin f'ordni alfabetika:
Nutrijent, sustanza, prodott tal-ikel jew kategorija tal-ikel |
Indikazzjoni |
Kundizzjonijiet tal-użu tal-indikazzjoni |
Kundizzjonijiet u/jew restrizzjonijiet tal-użu ta' tip ta' ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali |
Numru tal-EFSA Journal |
Numru tal-annotazzjoni rilevanti fil-Lista Konsolidata sottomessa lill-EFSA għall-valutazzjoni tagħha |
||||
“Karboidrati mhux fermentabbli |
Il-konsum ta' ikel/xarbiet li fihom <isem tal-karboidrati mhux fermentabbli użati kollha> minflok karboidrati fermentabbli jikkontribwixxi għaż-żamma tal-mineralizzazzjoni tas-snien. |
Sabiex isostnu din l-indikazzjoni, il-karboidrati fermentabbli (1**) għandhom jiġu sostituti fl-ikel jew fix-xarbiet b'karboidrati mhux fermentabbli (2***) f'tali ammonti li l-konsum ta' tali ikel jew xarbiet ma jniżżilx il-pH tal-plakka dentali taħt il-5,7 matul jew sa 30 minuta wara l-konsum.
|
|
2013;11(7):3329” |
|
||||
“Karboidrati mhux diġestibbli |
Il-konsum ta' ikel/xarbiet li fihom <isem tal-karboidrati mhux diġestibbli kollha użati> minflok zokkrijiet iwassal għal żieda aktar baxxa ta' glukożju fid-demm wara l-konsum tagħhom meta mqabbla ma' ikel/xarbiet li jkun fihom iz-zokkor. |
Sabiex isostnu l-indikazzjoni, iz-zokkrijiet għandhom jiġu sostituti fl-ikel jew fix-xarbiet b'karboidrati mhux diġestibbli, li huma karboidrati li la jiġu diġestiti u lanqas assorbiti fil-musrana ż-żgħira, sabiex l-ikel jew ix-xarbiet ikun fihom ammonti inqas ta' zokkrijiet minn tal-inqas l-ammont imsemmi fl-indikazzjoni IMNAQQAS [ISEM TAN-NUTRIJENT] kif elenkat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006. |
|
2014;12(1):3513 2014;12(10):3838 2014;12(10):3839” |
|