This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0822
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/822 of 21 April 2016 amending Delegated Regulation (EU) No 153/2013 as regards the time horizons for the liquidation period to be considered for the different classes of financial instruments (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/822 tal-21 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 fir-rigward tal-orizzonti ta' żmien għall-perjodu ta' likwidazzjoni li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta' strumenti finanzjarji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/822 tal-21 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 fir-rigward tal-orizzonti ta' żmien għall-perjodu ta' likwidazzjoni li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta' strumenti finanzjarji (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/2302
ĠU L 137, 26.5.2016, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R0153 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 1 | 15/06/2016 | |
Modifies | 32013R0153 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 2 | 15/06/2016 | |
Modifies | 32013R0153 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 4 punt (b) | 15/06/2016 |
26.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/822
tal-21 ta' April 2016
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 fir-rigward tal-orizzonti ta' żmien għall-perjodu ta' likwidazzjoni li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta' strumenti finanzjarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 (2) jistipula standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għal kontropartijiet ċentrali (CCPs) rigward orizzonti ta' żmien għall-perjodu ta' likwidazzjoni li għandhom jitqiesu għall-klassijiet differenti ta' strumenti finanzjarji Jeħtieġ li dawn l-istandards tekniċi regolatorji jinżammu aġġornati mal-iżviluppi regolatorji rilevanti. |
(2) |
Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti tal-marġini meħtieġ biex ikopri l-iskopertura tas-CCPs għar-riskju tas-suq, ċerti strutturi ta' kontijiet ibbażati fuq minimu ta' perjodu ta' likwidazzjoni ta' jum wieħed ikkalkulat fuq bażi gross jipprovdu livell suffiċjenti ta' kopertura għas-CCPs u jipproteġu aħjar lill-klijenti u jimmitigaw ir-riskji sistemiċi. Għaldaqstant, dan il-perjodu ta' likwidazzjoni minimu għandu kun permess perjodu għall-ikklirjar tal-pożizzjonijiet tal-klijenti fuq strumenti finanzjarji għajr derivattivi barra l-Borża (over-the-counter, OTC) meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. |
(3) |
Meta jitqies li kontijiet segregati individwali jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni għall-klijenti mill-kontijiet omnibus gross, il-kontijiet segregati individwali għandhom igawdu minn perjodu ta' likwidazzjoni minimu għall-kalkolu tal-marġinijiet li jkun twil daqs dak tal-kontijiet omnibus gross. |
(4) |
Għas-CCPs li matul il-ġurnata ma jallokawx in-negozji għal kull klijent, it-tnaqqis tal-perjodu ta' likwidazzjoni minimu minn jumejn għal jum wieħed jista' jimplika li, għan-negozji l-ġodda kklirjati matul il-jum u mhux allokati għal klijenti individwali, is-CCP qed tagħmel marġini fuqhom ta' jum wieħed fuq bażi netta. Dan jista' jesponi s-CCP għal telf sinifikanti f'każ ta' movimenti tal-prezzijiet tal-istess ġurnata li ma jiskattawx l-eżerċizzju ta' marġnijiet tal-istess ġurnata. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu speċifiku biex jiġi żgurat li s-CCPs jeżerċitaw marġinijiet tal-istess ġurnata u jibqgħu protetti biżżejjed minkejja t-tnaqqis fil-perjodu tal-likwidazzjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 għandu jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. |
(7) |
Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 26 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 jiġi emendat hekk:
(1) |
il-paragrafi 1 u 2 jiġu ssostitwiti b'dan: “1. Għall-finijiet tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP għandha tiddetermina l-orizzonti ta' żmien xierqa għall-perjodu ta' likwidazzjoni u tqis il-karatteristiċi tal-istrument finanzjarju kklirjat, it-tip ta' kont li fih jinżamm l-istrument finanzjarju, tas-suq fejn l-istrument finanzjarju huwa nnegozjat, u dawn l-orizzonti ta' żmien minimi għall-perjodu ta' likwidazzjoni li ġejjin:
2. Fil-każijiet kollha, sabiex jiġu determinati l-orizzonti ta' żmien xierqa għall-perjodu ta' likwidazzjoni, is-CCP għandha tevalwa u tgħodd flimkien mill-inqas:
|
(2) |
fil-paragrafu 4, il-punt (b) jiġi sostitwit b'dan:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, il-21 ta' April 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 52, 23.2.2013, p. 41)
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).