Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0603

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/603 tat-18 ta' April 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 104, 20.4.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/603/oj

20.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/603

tat-18 ta' April 2016

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

Fl-14 ta' Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, laħqu ftehim mal-Iran dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni b'suċċess tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) ser tiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan u tipprovdi għat-tneħħija komprensiva tas-sanzjonijiet kollha relatati man-nuklear.

(3)

Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2231 (2015) li tapprova l-PAKK, tħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tagħha skont l-iskeda ta' żmien stabbilita fil-PAKK u tipprevedi azzjonijiet li għandhom isiru f'konformità mal-PAKK.

(4)

Il-PAKK, kif approvat mill-UNSCR 2231 (2015), jipprevedi b'mod partikolari li l-Unjoni għandha tneħħi l-miżuri restrittivi fis-seħħ kontra ċerti persuni u entitajiet f'Jum it-Tranżizzjoni (18 ta' Ottubru 2023), li hi d-data li tiġi 8 snin wara Jum l-Adozzjoni (18 ta' Ottubru 2015) jew f'mument qabel abbażi ta' rapport mid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) lill-Bord tal-Gvernaturi tal-IAEA u b'mod parallel lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jiddikjara li l-IAEA kkonkludiet li l-materjal nukleari kollu fl-Iran kien għadu jintuża f'attivitajiet paċifiċi (“Konklużjoni Aktar Ġenerali”).

(5)

Il-Kunsill irreveda d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet rigward entità waħda li għandha tkun soġġetta għal miżuri restrittivi sa Jum it-Tranżizzjoni u ddeċieda li għandha tiġi ssupplementata.

(6)

L-entrata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tapplika sat-22 ta' Ottubru 2016.

(7)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' April 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


ANNESS

L-entrata li ġejja tiddaħħal fil-parti I.B tal-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 sat-22 ta' Ottubru 2016:

I.   Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“7a. (*)

Bank Saderat Iran (inklużi l-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

Bank Saderat Tower, 43 Somayeh Ave, Tehran, Iran

Peress li ttratta ittri ta' kreditu tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) f'Marzu 2009, il-Bank Saderat kiser id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 li indikat id-DIO u għalhekk kienet teħtieġ l-iffriżar ta' fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi tagħha, u pprojbixxiet li jsiru disponibbli għaliha xi wieħed minn dawn. Billi ttrattat dawk l-ittri ta' kreditu, il-Bank Saderat assista wkoll lid-DIO fil-ksur tal-projbizzjoni li tinsab fil-UNSCR 1747 dwar l-akkwist u l-għoti mill-Iran ta' kwalunkwe arma u materjal relatat.

 

(a)

Bank Saderat PLC (London)

5 Lothbury, London, EC2R 7 HD, Renju Unit

Sussidjarja 100 % proprjetà tal-Bank Saderat

 


(*)  F'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/603, din l-entrata għandha tapplika sat-22 ta' Ottubru 2016.”


Top