This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0534
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/534 of 31 March 2016 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/534 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/534 tal-31 ta' Marzu 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
C/2016/2043
ĠU L 89, 6.4.2016, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987R2658 | Żieda | anness I P. II kapitolu 4 NOTE 3 | 26/04/2016 | |
Modifies | 31987R2658 | Żieda | anness I P. II kapitolu 4 NOTE 4 | 26/04/2016 |
6.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/534
tal-31 ta' Marzu 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-prodotti tal-ħalib tal-Kapitolu 4 jinkludu l-permeati tal-prodotti tal-ħalib, li huma prodotti tal-ħalib ikkaratterizzati minn kontenut kbir ta' lattożju li jinkisbu bit-tneħħija tax-xaħmijiet u tal-proteini tal-ħalib mill-ħalib, mix-xorrox, mill-krema u/jew mix-xorrox ħelu tal-butir u/jew minn materja prima simili permezz tal-ultrafiltrazzjoni jew ta' tekniki tal-ipproċessar oħrajn. |
(3) |
Hemm ideat diverġenti dwar il-klassifikazzjoni tal-permeati tax-xorrox u tal-ħalib taħt is-sottointestaturi tal-intestatura 0404. Għaldaqstant, fl-interess taċ-ċertezza legali, jeħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tas-sottointestaturi 0404 10 u 0404 90 dwar dawn il-prodotti. |
(4) |
Id-distinzjoni bejn “permeat tax-xorrox” u “permeat tal-ħalib” tista' ssir permezz tas-sejba jew tan-nuqqas ta' sejba ta' sustanzi li huma assoċjati mal-produzzjoni tax-xorrox. Għalhekk għandu jintuża dan il-kriterju, flimkien ma' kriterju organolettiku, biex issir distinzjoni bejn il-permeati tax-xorrox u dawk tal-ħalib. |
(5) |
Is-sottointestatura 0404 10 għandha tinkludi “il-permeat tax-xorrox” li huwa prodott li ġeneralment ikollu riħa kemmxejn qarsa, li jinkiseb permezz tal-ultrafiltrazzjoni tax-xorrox jew ta' taħlitiet tal-kostitwenti naturali tax-xorrox. Il-klassifikazzjoni tal-permeati tal-prodotti tal-ħalib f'dik is-sottointestatura għandha tiddependi mill-preżenza ta' sustanzi assoċjati mal-produzzjoni tax-xorrox (eż. l-aċidu lattiku, il-lattati u l-glikomakropeptidi) fil-prodott. |
(6) |
Is-sottointestatura 0404 90 għandha tinkludi “il-permeat tal-ħalib”, li huwa prodott li jinkiseb permezz tal-ultrafiltrazzjoni tal-ħalib, u li ġeneralment ikollu riħa ta' ħalib. Il-klassifikazzjoni tal-permeati tal-prodotti tal-ħalib f'dik is-sottointestatura għandha tiddependi mil-livell limitat tal-kwantità ta' sustanzi assoċjati mal-produzzjoni tax-xorrox f'dak il-prodott, jew min-nuqqas ta' dawn is-sustanzi. |
(7) |
Il-metodu ta' referenza għas-sejba tal-aċidu lattiku u tal-lattati (il-metodu ISO 8069:2005) huwa previst fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 (2) u l-metodu ta' referenza biex jinsab ix-xorrox tal-kimożina (jiġifieri l-preżenza ta' makropeptidi tal-kaseina, bħalma huma l-glikomakropeptidi) huwa stabbilit fl-Anness XII ta' dak ir-Regolament. Dawk il-metodi għandhom jintużaw ukoll għall-klassifikazzjoni korretta tal-prodotti li jikkonċerna dan ir-Regolament. |
(8) |
Biex tkun assigurata l-klassifikazzjoni korretta tal-prodotti kkonċernati, għandhom jiddaħħlu Noti Addizzjonali ġodda fil-Kapitolu 4 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda biex l-interpretazzjoni tagħha żgur tkun uniformi madwar l-Unjoni. |
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-Kumitat dwar il-Kodiċijiet tad-Dwana ma ħariġx opinjoni fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Kapitolu 4 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jiddaħħlu n-Noti Addizzjonali 3 u 4 li ġejjin:
“3. |
Il-prodotti tal-ħalib tal-Kapitolu 4 jinkludu l-permeati tal-prodotti tal-ħalib, li huma prodotti tal-ħalib ikkaratterizzati minn kontenut kbir ta' lattożju li jinkisbu bit-tneħħija tax-xaħmijiet u tal-proteini tal-ħalib mill-ħalib, mix-xorrox, mill-krema u/jew mix-xorrox ħelu tal-butir u/jew minn materja prima simili permezz tal-ultrafiltrazzjoni jew ta' tekniki tal-ipproċessar oħrajn. |
4. |
Għall-għanijiet tas-sottointestaturi 0404 10 u 0404 90 japplika dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 273/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta' metodi għall-analiżi u għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 88, 29.3.2008, p. 1).