EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0178

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/178 tal-10 ta' Frar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 35, 11.2.2016, p. 6–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/178/oj

11.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 35/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/178

tal-10 ta' Frar 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tneħħija ta' ċerti sustanzi aromatizzanti mil-lista tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 25(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru, jew parti interessata, jressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-lista tal-Unjoni tal-aromatizzanti u tal-materjali tas-sors fiha għadd ta' sustanzi li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għadha ma temmitx l-evalwazzjoni tagħhom jew talbet dejta xjentifika addizzjonali sabiex tkun tista' tlesti l-evalwazzjoni tagħhom. Għal erbgħa minn dawn is-sustanzi, jiġifieri, vetiverol (FL No 02.214), vetiveril aċetat (FL No 09.821), 2-aċetil-1,4,5,6-tetraidropiridina (FL No 14.079), u 2-propjonil pirrolina 1 % trigliċeridi taż-żejt veġetali (FL No 14.168), il-persuni responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' dawn is-sustanzi aromatizzanti issa rtiraw din l-applikazzjoni. Għaldaqstant, dawn is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(5)

Fir-rigward tas-sustanza metil-2-merkaptopropjonat (FL No 12.266), il-persuna responsabbli għat-tqegħid tagħha fis-suq indikat li hija ma għadhiex tappoġġja l-użu tiegħu. Għaldaqstant, dawn is-sustanzi aromatizzanti għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni.

(6)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 (4) jistabbilixxi miżuri tranżitorji għall-ikel li fih sustanzi aromatizzanti li jitqiegħed fis-suq jew li jiġi ttikkettat legalment skont il-liġi qabel it-22 ta' Ottubru 2014 biex tiġi żgurata tranżizzjoni faċli fis-suq. Għaldaqstant, għandu jingħata perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali għall-ikel li fih dawk il-ħames sustanzi aromatizzanti sabiex l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ikel li fih sustanzi aromatizzanti vetiverol (FL No 02.214), vetiveril aċetat (FL No 09.821), metil-2-merkaptopropionat (FL No 12.266), 2-aċetil-1,4,5,6-tetraidropiridina (FL No 14.079), u 2-propionil pirrolina 1 % trigliċeridi taż-żejt veġetali (FL No 14.168), li jitqiegħed fis-suq jew jiġi ttikkettat qabel 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament iżda li ma jikkonformax mal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data ta' durabbiltà minima tiegħu jew sad-data “uża sa”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 873/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw il-lista ta' taħwiriet u materjali mis-sors stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 162).


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, jitħassru dawn l-annotazzjonijiet:

“02.214

Vetiverol

89-88-3

1866

10321

 

 

2

EFSA

09.821

Vetiverilaċetat

117-98-6

1867

11887

 

 

2

EFSA

12.266

Metil-2-merkaptopropjonat

53907-46-3

 

 

 

 

 

EFSA

14.079

2-aċetil-1,4,5,6-tetraidropiridina

27300-27-2

 

 

 

 

2

EFSA

14.168

2-propjonil pirrolina 1 % trigliċeridi taż-żejt veġetali

133447-37-7

1605

 

 

 

2

EFSA”


Top