This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0139
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/139 of 2 February 2016 renewing the approval of the active substance metsulfuron-methyl, as a candidate for substitution, in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market, and amending the Annex to Implementing Regulation (EU) No 540/2011 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta' Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/139 tat-2 ta' Frar 2016 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 27, 3.2.2016, p. 7–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0540 | Tħassir | anness P. A punt 7 | 23/02/2016 | |
Modifies | 32011R0540 | Tlestija | anness P. E punt 3 | 23/02/2016 |
3.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/139
tat-2 ta' Frar 2016
li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 flimkien mal-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, kif stipulata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2), tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016. |
(2) |
Bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (3), fil-perjodu stipulat fl-istess Artikolu, tressqet applikazzjoni għat-tiġdid tal-inklużjoni tal-metsulfuron-metil, fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4). |
(3) |
L-applikant ressaq il-fajls supplimentari meħtieġa skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1141/2010. L-Istat Membru relatur sab li l-applikazzjoni kienet kompluta. |
(4) |
L-Istat Membru relatur ħejja rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid b'konsultazzjoni mal-Istat Membru korelatur u ppreżentah lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem: “l-Awtorità”) u lill-Kummissjoni fit-8 ta' Awwissu 2013. |
(5) |
L-Awtorità bagħtet ir-rapport ta' valutazzjoni tat-tiġdid lill-applikant u lill-Istati Membri għall-kummenti tagħhom, u għaddiet il-kummenti li waslulha lill-Kummissjoni. L-Awtorità qiegħdet ukoll is-sommarju tad-dossier supplimentari għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
(6) |
Fil-5 ta' Diċembru 2014, l-Awtorità bagħtet lill-Kummissjoni l-konklużjoni tagħha (5) dwar jekk il-metsulfuron-metil tistax tkun mistennija tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Fid-29 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ressqet l-abbozz tar-rapport tal-evalwazzjoni għall-metsulfuron-metil, lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(7) |
Dwar l-użu rappreżentattiv, wieħed jew aktar, ta' mill-inqas prodott wieħed tal-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, ġie stabbilit li l-kriterji għall-approvazzjoni stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawk il-kriterji għall-approvazzjoni jitqiesu li ntlaħqu. |
(8) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-metsulfuron-metil hija msejsa fuq għadd limitat ta' użi rappreżentattivi, li madankollu ma jillimitawx l-użi li fil-każ tagħhom jistgħu jiġu awtorizzati l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metsulfuron-metil. Għaldaqstant, jixraq li r-restrizzjoni għall-użu bħala erbiċida ma tibqax fis-seħħ. |
(9) |
Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-metsulfuron-metil huwa kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Il-metsulfuron-metil hija sustanza persistenti u tossika skont il-punti 3.7.2.1 u 3.7.2.3 rispettivament tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, peress li n-nofs ħajja fl-ilma ħelu hija iktar minn 40 jum u l-konċentrazzjoni bla effett osservat fit-tul għall-organiżmi tal-ilma ħelu hija inqas minn 0,01 mg/L. Għalhekk, il-metsulfuron-metil, jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(10) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jinħtieġ li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet. B'mod partikolari, jixraq li tintalab aktar informazzjoni ta' konferma. |
(11) |
Għaldaqstant, jixraq li l-approvazzjoni tal-metsulfuron-metil bħala kandidat għas-sostituzzjoni tiġġedded. |
(12) |
Skont l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, flimkien mal-Artikolu 13(4) tiegħu, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
(13) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 (6) estenda d-data ta' skadenza tal-metsulfuron-metil sat-30 ta' Ġunju 2016 sabiex il-proċess tat-tiġdid ikun jista' jitlesta qabel l-approvazzjoni ta' din is-sustanza. Minħabba li deċiżjoni dwar it-tiġdid ittieħdet qabel din id-data ta' skadenza estiża, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2016. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tiġdid tal-approvazzjoni ta' sustanza attiva bħala kandidat għas-sostituzzjoni
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva metsulfuron-metil, bħala kandidat għas-sostituzzjoni, tiġġedded kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 2
Emendi lir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' April 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).
(5) EFSA Journal (2015); 13(1):3936. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1885 tal-20 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,4-D, aċibenżolar-s-metil, amitrol, bentażon, ċjalofop-butil, dikwat, esfenvalerat, famoksadon, flumjoksażina, DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), glifosat, iprovalikarb, isoproturon, lambda-ċjalotrina, metalaksil-M, metsulfuron-metil, pikolinafen, prosulfuron, pimetrożina, piraflufen-etil, tijabendażol, tifensulfuron-metil u triasulfuron (ĠU L 276, 21.10.2015, p. 48).
ANNESS I
Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||
Metsulfuron-metil Nru tal-CAS 74223-64-6 Nru CIPAC 441.201 |
2-(4-metossi-6-metil-1,3,5,-triazin-2-ilkarbamojlsulfamojl) benżoat tal-metil |
967 g/kg |
fl-1 ta' April 2016. |
fil-31 ta' Marzu 2023. |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' rieżami dwar il-metsulfuron-metil, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F'din il-valutazzjoni kumplessiva, l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Meta jixraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju. Sat-30 ta' Settembru 2016, l-applikant għandu jissottometti lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità, informazzjoni ta' konferma dwar il-potenzjal ġenotossiku tal-metabolit triażinammina (IN-A 4098) biex jikkonferma li dan il-metabolit mhuwiex ġenotossiku u mhux rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport ta' rieżami.
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-parti A, titħassar l-entrata 7 dwar il-metsulfuron-metil; |
(2) |
fil-Parti E, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta' rieżami.