Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0075

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/75 tal-21 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-fosetil f'ċerti prodotti jew fuqhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 16, 23.1.2016, p. 8–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/75/oj

    23.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 16/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/75

    tal-21 ta' Jannar 2016

    li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-fosetil f'ċerti prodotti jew fuqhom

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għas-sustanza fosetil, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (2)

    Id-definizzjoni tar-residwu għall-monitoraġġ applikabbli għall-fosetil tinkludi l-kompost oriġinarju fosetil, l-aċidu fosforuż li huwa il-prodott ta' degradazzjoni u l-imluħa tagħhom. L-imluħa tal-aċidu fosforuż jissejħu fosfonati.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2014 (2) emenda l-Anness III tar- Regolament (KE) Nru 396/2005, li jistabbilixxi MRLs temporanji għall-fosetil sabiex jiġi evitat tfixkil serju tas-suq fil-kummerċ ta' ċerti prodotti. Dawk l-MRLs temporanji kienu bbażati fuq id-dejta disponibbli ta' monitoraġġ u dikjarazzjoni (3) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn' il quddiem “l-Awtorità”, li fiha kkonkludiet li l-MRLs temporanji proposti huma mistennija li jipproteġu biżżejjed lill-konsumaturi.

    (4)

    Xi MRLs temporanji stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 991/2014 japplikaw biss sal-31 ta' Diċembru 2015, u wara din id-data japplika l-MRL preċedenti ta' 2 mg/kg li jikkorrispondi għal-limitu ta' determinazzjoni, billi kien mistenni li sa dakinhar ikunu fis-seħħ il-miżuri maħsuba biex jipprevjenu l-okkorrenza tar-residwi tal-fosfonati f'għelejjel rilevanti fi staġuni ta' tkabbir aktar 'il quddiem. Madankollu, il-Kummissjoni rċeviet tagħrif mill-operaturi tan-negozji tal-ikel li juri li għal ċerti prodotti li jappartjenu għall-grupp tal-ġewż tas-siġar, il-perjodu li ngħata ma kienx biżżejjed biex dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ. Id-dejta ta' monitoraġġ tindika l-preżenza kontinwa ta' fosfonati fl-ikel jew fuq dawk il-prodotti f'livelli ogħla minn 2 mg/kg.

    (5)

    L-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni informaw lill-Kummissjoni dwar l-isforzi li għaddejjin u dwar l-iskedi ta' żmien biex jiġġeneraw dejta tal-provi ssorveljati dwar ir-residwi bil-għan li jippreżentaw applikazzjoni dwar MRLs għal prodotti li jagħmlu parti mill-grupp tal-ġewż tas-siġar skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (6)

    Sabiex jiġi evitat tfixkil serju tas-suq fil-kummerċ tal-prodotti kkonċernati, li jagħmlu parti mill-grupp tal-ġewż tas-siġar, u billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi identifikati mid-dejta xjentifika attwali, huwa xieraq li tinbidel id-data ta' tmiem tal-applikabbiltà ta' dawk l-MRLs temporanji għall-fosetil. Dawk l-MRLs temporanji għandhom japplikaw sakemm tiġi evalwata l-applikazzjoni għall-MRLs u tintlaħaq deċiżjoni dwarhom skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. B'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni li waslet dwar il-provi ssorveljati tar-residwi li għaddejjin bħalissa u s-sottomissjoni ppjanata ta' tali applikazzjoni, id-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni dwar dik l-applikazzjoni hija mistennija mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2019.

    (7)

    Abbażi tal-istqarrija tal-Awtorità u meqjusal-fatturi rilevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata, il-modifika xierqa tal-MRL tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    (8)

    Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

    (9)

    L-MRLs għal bosta prodotti, inkluż ċerti prodotti li jappartjenu għall-grupp tal-ġewż tas-siġar, ġew modifikati bir-Regolament (UE) Nru 991/2014, bid-data tal-31 ta' Diċembru 2015 bħala d-data ta' tmiem tal-applikabbiltà ta' dawk l-MRLs temporanji. Għal dawk il-prodotti li jagħmlu parti mill-grupp tal-ġewż tas-siġar, dan ir-Regolament jistabbilixxi MRLs fl-istess livell kif previst fir-Regolament (UE) Nru 991/2014 għal perjodu addizzjonali. Fl-interess taċ-ċertezza legali, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    (10)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2014 tad-19 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-fosetil f'ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 279, 23.9.2014, p. 1).

    (3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Statement on the dietary risk assessment for proposed temporary maximum residue levels (t-MRLs) for fosetyl-Al in certain crops”. EFSA Journal 2014;12(5):3695, 22 pp.


    ANNESS

    Fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-kolonna għall-fosetil tinbidel b'li ġej:

    “Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (f'mg/kg)

    Numru tal-kodiċi

    Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

    Fosetil-Al (somma ta' fosetil, aċidu fosfoniku u l-imluħa tagħhom, espressi bħala fosetil)

    (1)

    (2)

    (3)

    0100000

    FROTT, FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

     

    0110000

    Frott taċ-ċitru

    75

    0110010

    Grejpfrut

     

    0110020

    Larinġ

     

    0110030

    Lumi

     

    0110040

    Xkomp

     

    0110050

    Mandolin

     

    0110990

    Oħrajn

     

    0120000

    Ġewż tas-siġar

     

    0120010

    Lewż

    75 (+)

    0120020

    Ġewż tal-Brażil

    2 (*)

    0120030

    Ġewż tal-anakardju

    75 (+)

    0120040

    Qastan

    2 (*)

    0120050

    Ġewż tal-Indi

    2 (*)

    0120060

    Ġellewż/ġellewż Ewropew

    75 (+)

    0120070

    Macadamia

    75 (+)

    0120080

    Ġewż Amerikan

    2 (*)

    0120090

    Qlub tal-ġewż tal-arżnu

    2 (*)

    0120100

    Pistaċċi

    75 (+)

    0120110

    Ġewż

    75 (+)

    0120990

    Oħrajn

    2 (*)

    0130000

    Pomu

    75

    0130010

    Tuffieħ

     

    0130020

    Lanġas

     

    0130030

    Sfarġel

     

    0130040

    Naspli

     

    0130050

    Naspli tal-Ġappun

     

    0130990

    Oħrajn

     

    0140000

    Frott tal-għadma

    2 (*)

    0140010

    Berquq

     

    0140020

    Ċiras (ħelu)

     

    0140030

    Ħawħ

     

    0140040

    Għanbaqar

     

    0140990

    Oħrajn

     

    0150000

    Frott irqiq u frott żgħir

     

    0151000

    (a)

    għeneb

    100

    0151010

    Għeneb tal-mejda

     

    0151020

    Għeneb għall-inbid

     

    0152000

    (b)

    frawli

    75

    0153000

    (c)

    frott tal-kannamiela

    2 (*)

    0153010

    Tut

     

    0153020

    Ċawsli iswed [Dewberries]

     

    0153030

    Lampun (aħmar u isfar)

     

    0153990

    Oħrajn

     

    0154000

    (d)

    frott żgħir u berries oħrajn

    2  (*)

    0154010

    Mirtill

     

    0154020

    Cranberries

     

    0154030

    Passolina (ħamra, sewda u bajda)

     

    0154040

    Ribes (ħodor, ħomor u sofor)

     

    0154050

    Warda skoċċiża

     

    0154060

    Ċawsli (suwed u bojod)

     

    0154070

    Għanżalor/naspli tal-Mediterran

     

    0154080

    Frott tas-sebuqa

     

    0154990

    Oħrajn

     

    0160000

    Frott mixxelanju li għandu

     

    0161000

    (a)

    qoxra li tittiekel

    2 (*)

    0161010

    Tamal

     

    0161020

    Tin

     

    0161030

    Żebbuġ tal-mejda

     

    0161040

    Larinġ tal-qsari

     

    0161050

    Karambola

     

    0161060

    Kaki

     

    0161070

    Jambolan

     

    0161990

    Oħrajn

     

    0162000

    (d)

    qoxra li ma tittikilx, żgħar

     

    0162010

    Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar u isfar)

    150

    0162020

    Liċċi

    2 (*)

    0162030

    Frotta tal-passjoni

    2 (*)

    0162040

    Bajtar tax-xewk/frotta tal-kaktus

    2 (*)

    0162050

    Tuffieħ stilla

    2 (*)

    0162060

    Kaki Amerikan/Kaki tal-Virġinja

    2 (*)

    0162990

    Oħrajn

    2 (*)

    0163000

    (c)

    qoxra li ma tittikilx, kbar

     

    0163010

    Avokado

    50

    0163020

    Banana

    2 (*)

    0163030

    Mango

    2 (*)

    0163040

    Papaja

    2 (*)

    0163050

    Rummien

    2 (*)

    0163060

    Ċerimoja

    2 (*)

    0163070

    Gwava

    2 (*)

    0163080

    Ananas

    50

    0163090

    Frotta tas-siġra tal-ħobż

    2 (*)

    0163100

    Durjan

    2 (*)

    0163110

    Il-frotta tal-annona

    2 (*)

    0163990

    Oħrajn

    2 (*)

    0200000

    ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

     

    0210000

    Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

     

    0211000

    (a)

    patata

    30

    0212000

    (b)

    ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

    2 (*)

    0212010

    Għeruq tal-kassava

     

    0212020

    Patata ħelwa

     

    0212030

    Jammijiet

     

    0212040

    Ararut

     

    0212990

    Oħrajn

     

    0213000

    (c)

    ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

     

    0213010

    Pitravi

    2 (*)

    0213020

    Zunnarija

    2 (*)

    0213030

    Krafes bl-għeruq / krafes Ġermaniżi

    2 (*)

    0213040

    Għerq tal-mustarda

    2 (*)

    0213050

    Artiċokks

    2 (*)

    0213060

    Zunnarija bajda

    2 (*)

    0213070

    Tursin tuberuż

    2 (*)

    0213080

    Ravanell

    25

    0213090

    Sassefrika

    2 (*)

    0213100

    Swedes/liftija

    2 (*)

    0213110

    Lift/nevew

    2 (*)

    0213990

    Oħrajn

    2 (*)

    0220000

    Ħxejjex tal-basla

     

    0220010

    Tewm

    2 (*)

    0220020

    Basal

    50

    0220030

    Xalotti

    2 (*)

    0220040

    Basal tar-rebbiegħa / basal aħdar u basal tax-xitwa

    30

    0220990

    Oħrajn

    2 (*)

    0230000

    Ħxejjex tal-frott

     

    0231000

    (a)

    solanacea

     

    0231010

    Tadam

    100

    0231020

    Bżar ħelu / kapsikum

    130

    0231030

    Brunġiel

    100

    0231040

    Okra

    2 (*)

    0231990

    Oħrajn

    2 (*)

    0232000

    (b)

    kukurbiti tal-qoxra li tittiekel

    75

    0232010

    Ħjar

     

    0232020

    Ħjar tal-pikles

     

    0232030

    Qargħabagħli

     

    0232990

    Oħrajn

     

    0233000

    (c)

    kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

    75

    0233010

    Bettieħ

     

    0233020

    Qargħa ħamra

     

    0233030

    Dulliegħ

     

    0233990

    Oħrajn

     

    0234000

    (d)

    qamħirrum

    5

    0239000

    (e)

    Ħxejjex tal-frott oħrajn

    5

    0240000

    Ħxejjex tal-brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-għelejjel tal-brassika tal-weraq żgħar)

    10

    0241000

    (a)

    brassika li tagħmel il-fjuri

     

    0241010

    Brokkli

     

    0241020

    Pastard

     

    0241990

    Oħrajn

     

    0242000

    (b)

    brassika bir-ras

     

    0242010

    Kaboċċi ta' Brussell

     

    0242020

    Kaboċċa bir-ras

     

    0242990

    Oħrajn

     

    0243000

    (c)

    brassika mwerrqa

     

    0243010

    Kaboċċi Ċiniżi

     

    0243020

    Kale

     

    0243990

    Oħrajn

     

    0244000

    (d)

    ġdur

     

    0250000

    Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

     

    0251000

    (a)

    ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

    75

    0251010

    Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

     

    0251020

    Ħass

     

    0251030

    Escaroles / Indivja tal-weraq wiesa'

     

    0251040

    Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

     

    0251050

    Krexxuni tal-art

     

    0251060

    Aruka

     

    0251070

    Mustarda ħamra

     

    0251080

    Ħxejjex tal-weraq żgħar (fosthom speċijiet ta' brassika)

     

    0251990

    Oħrajn

     

    0252000

    (b)

    spinaċi u weraq simili

     

    0252010

    Spinaċi

    75

    0252020

    Burdlieq

    2 (*)

    0252030

    Weraq tal-pitravi

    15

    0252990

    Oħrajn

    2 (*)

    0253000

    (c)

    weraq tad-dwieli u speċijiet simili

    2 (*)

    0254000

    (d)

    krexxuni

    2 (*)

    0255000

    (e)

    ċikwejra

    75

    0256000

    (f)

    ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

    75

    0256010

    Maxxita

     

    0256020

    Kurrat selvaġġ

     

    0256030

    Weraq tal-karfus

     

    0256040

    Tursin

     

    0256050

    Salvja

     

    0256060

    Klin

     

    0256070

    Sagħtar

     

    0256080

    Ħabaq u fjuri li jittieklu

     

    0256090

    Weraq tar-rand

     

    0256100

    Stragun

     

    0256990

    Oħrajn

     

    0260000

    Legumi

    2  (*)

    0260010

    Fażola (bil-miżwed)

     

    0260020

    Fażola (bla miżwed)

     

    0260030

    Piżelli (bil-miżwed)

     

    0260040

    Piżelli (bla miżwed)

     

    0260050

    Għads

     

    0260990

    Oħrajn

     

    0270000

    Ħxejjex biz-zokk

     

    0270010

    Asparagu

    2 (*)

    0270020

    Kardun

    2 (*)

    0270030

    Krafes

    2 (*)

    0270040

    Bużbież ta' Firenze

    2 (*)

    0270050

    Qaqoċċ

    50

    0270060

    Kurrat

    30

    0270070

    Rabarbru

    2 (*)

    0270080

    Rimi tal-pjanta tal-bambu

    2 (*)

    0270090

    Qlub tal-palm

    2 (*)

    0270990

    Oħrajn

    2 (*)

    0280000

    Faqqiegħ, ħażiż u likeni

    2 (*)

    0280010

    Faqqiegħ ikkultivat

     

    0280020

    Faqqiegħ salvaġġ

     

    0280990

    Ħażiż u likeni

     

    0290000

    Alka u organiżmi prokarjoti

    2 (*)

    0300000

    ŻRIERAGĦ IMNIXXFIN TAL-LEGUMI

    2 (*)

    0300010

    Fażola

     

    0300020

    Għads

     

    0300030

    Piżelli

     

    0300040

    Lupini

     

    0300990

    Oħrajn

     

    0400000

    ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

    2 (*)

    0401000

    Żrieragħ żejtnija

     

    0401010

    Żerriegħa tal-kittien

     

    0401020

    Karawett

     

    0401030

    Żerriegħa tal-peprin

     

    0401040

    Ġulġlien

     

    0401050

    Żerriegħa tal-ġirasol

     

    0401060

    Żerriegħa tal-lift

     

    0401070

    Fażola tas-sojja

     

    0401080

    Żerriegħa tal-mustarda

     

    0401090

    Żerriegħa tal-qoton

     

    0401100

    Żerriegħa tal-qargħa ħamra

     

    0401110

    Żrieragħ tal-għosfor

     

    0401120

    Żerriegħa tal-fidloqqom

     

    0401130

    Żerriegħa tal-camelina sativa

     

    0401140

    Żerriegħa tal-qanneb

     

    0401150

    Riġnu

     

    0401990

    Oħrajn

     

    0402000

    Frott taż-żejt

     

    0402010

    Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

     

    0402020

    Il-qlub taż-żerriegħa tal-palm taż-żejt

     

    0402030

    Il-frott tal-palm taż-żejt

     

    0402040

    Kapok

     

    0402990

    Oħrajn

     

    0500000

    ĊEREALI

    2 (*)

    0500010

    Xgħir

     

    0500020

    Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

     

    0500030

    Qamħirrum

     

    0500040

    Millieġ komuni

     

    0500050

    Ħafur

     

    0500060

    Ross

     

    0500070

    Segala

     

    0500080

    Sorgu

     

    0500090

    Qamħ

     

    0500990

    Oħrajn

     

    0600000

    TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

     

    0610000

    Tejiet

    2 (*)

    0620000

    Żrieragħ tal-kafè

    2 (*)

    0630000

    Infużjonijiet erbali minn

    500

    0631000

    (a)

    fjuri

     

    0631010

    Kamomilla

     

    0631020

    Ibisku

     

    0631030

    Ward

     

    0631040

    Ġiżimin

     

    0631050

    Tilju

     

    0631990

    Oħrajn

     

    0632000

    (b)

    weraq u ħxejjex aromatiċi

     

    0632010

    Frawli

     

    0632020

    Rooibos

     

    0632030

    Te tal-Paragwaj

     

    0632990

    Oħrajn

     

    0633000

    (c)

    għeruq

     

    0633010

    Valerjana

     

    0633020

    Ġinseng

     

    0633990

    Oħrajn

     

    0639000

    (d)

    kwalunkwe parti oħra tal-pjanta

     

    0640000

    Żerriegħa tal-kawkaw

    2 (*)

    0650000

    Ħarrub

    2 (*)

    0700000

    ĦOPS

    1 500

    0800000

    ĦWAWAR

     

    0810000

    Ħwawar taż-żerriegħa

    400

    0810010

    Ħlewwa

     

    0810020

    Ħlewwa sewda/kemmun iswed

     

    0810030

    Karfus

     

    0810040

    Kosbor

     

    0810050

    Kemmun

     

    0810060

    Xibt

     

    0810070

    Bużbież

     

    0810080

    Fienu

     

    0810090

    Noċemuskata

     

    0810990

    Oħrajn

     

    0820000

    Ħwawar tal-frott

    400

    0820010

    Bżar tal-Ġamajka/piment

     

    0820020

    Bżar tas-Sichuan

     

    0820030

    Ħlewwa Ġermaniża

     

    0820040

    Kardamomu

     

    0820050

    Frott tal-ġnibru

     

    0820060

    Bżar (iswed, aħdar u abjad)

     

    0820070

    Vanilja

     

    0820080

    Tamarind

     

    0820990

    Oħrajn

     

    0830000

    Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

    400

    0830010

    Kannella

     

    0830990

    Oħrajn

     

    0840000

    Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

     

    0840010

    Għud is-sus

    400

    0840020

    Ġinġer

    400

    0840030

    Żagħfran tal-Indja

    400

    0840040

    Għerq tal-mustarda

    (+)

    0840990

    Oħrajn

    400

    0850000

    Ħwawar tal-blanzuni

    400

    0850010

    Imsiemer tal-qronfol

     

    0850020

    Kappar

     

    0850990

    Oħrajn

     

    0860000

    Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

    400

    0860010

    Żagħfran

     

    0860990

    Oħrajn

     

    0870000

    Ħwawar tal-aril

    400

    0870010

    Qoxra barranija tan-noċemuskata

     

    0870990

    Oħrajn

     

    0900000

    PJANTI TAZ-ZOKKOR

     

    0900010

    Pitravi taz-zokkor

    2 (*)

    0900020

    Kannamieli

    2 (*)

    0900030

    Għeruq taċ-Ċikwejra

    75

    0900990

    Oħrajn

    2 (*)

    1000000

    PRODOTTI TA' ORIĠINI TAL-ANNIMALI — ANNIMALI TERRESTRI

     

    1010000

    Tessuti minn

    0,5 (*)

    1011000

    (a)

    ħnieżer

     

    1011010

    Muskolu

     

    1011020

    Tessut xaħmi

     

    1011030

    Fwied

     

    1011040

    Kliewi

     

    1011050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1011990

    Oħrajn

     

    1012000

    (b)

    bovini

     

    1012010

    Muskolu

     

    1012020

    Tessut xaħmi

     

    1012030

    Fwied

     

    1012040

    Kliewi

     

    1012050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1012990

    Oħrajn

     

    1013000

    (c)

    nagħaġ

     

    1013010

    Muskolu

     

    1013020

    Tessut xaħmi

     

    1013030

    Fwied

     

    1013040

    Kliewi

     

    1013050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1013990

    Oħrajn

     

    1014000

    (d)

    mogħoż

     

    1014010

    Muskolu

     

    1014020

    Tessut xaħmi

     

    1014030

    Fwied

     

    1014040

    Kliewi

     

    1014050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1014990

    Oħrajn

     

    1015000

    (e)

    ekwini

     

    1015010

    Muskolu

     

    1015020

    Tessut xaħmi

     

    1015030

    Fwied

     

    1015040

    Kliewi

     

    1015050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1015990

    Oħrajn

     

    1016000

    (f)

    tjur

     

    1016010

    Muskolu

     

    1016020

    Tessut xaħmi

     

    1016030

    Fwied

     

    1016040

    Kliewi

     

    1016050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1016990

    Oħrajn

     

    1017000

    (g)

    annimali terrestri oħrajn tar-razzett

     

    1017010

    Muskolu

     

    1017020

    Tessut xaħmi

     

    1017030

    Fwied

     

    1017040

    Kliewi

     

    1017050

    Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

     

    1017990

    Oħrajn

     

    1020000

    Ħalib

    0,1 (*)

    1020010

    Bhejjem tal-ifrat

     

    1020020

    Nagħaġ

     

    1020030

    Mogħoż

     

    1020040

    Żwiemel

     

    1020990

    Oħrajn

     

    1030000

    Bajd tat-tjur

    0,1 (*)

    1030010

    Tiġieġ

     

    1030020

    Papri

     

    1030030

    Wiżż

     

    1030040

    Summien

     

    1030990

    Oħrajn

     

    1040000

    Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura

    0,5 (*)

    1050000

    Amfibji u Rettili

    0,5 (*)

    1060000

    Annimali terrestri invertebrati

    0,5 (*)

    1070000

    Annimali vertebrati terrestri slavaġ

    0,5 (*)


    (*)  Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika

    (1)  Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.

    Fosetil-Al (somma ta' fosetil, aċidu fosfoniku u l-imluħa tagħhom, espressi bħala fosetil)

    (+)

    L-MRL huwa applikabbli sal-1 ta' Marzu 2019, wara dik id-data jkun applikabbli 2 (*) sakemm ma jiġix modifikat permezz ta' Regolament.

    0120010

    Lewż

    0120030

    Ġewż tal-anakardju

    0120060

    Ġellewż/ġellewż Ewropew

    0120070

    Macadamia

    0120100

    Pistaċċi

    0120110

    Ġewż

    (+)

    Il-livell massimu ta' residwi applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (il-kodiċi 0840040) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħxejjex, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (il-kodiċi 0213040) filwaqt li jitqies it-tibdil fil-livelli permezz tal-ipproċessar (it-tnixxif) skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

    0840040

    Għerq tal-mustarda”


    Top