This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0047
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/47 of 18 January 2016 amending for the 241st time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with the Al Qaida network
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/47 tat-18 ta' Jannar 2016 li jemenda għall-241 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/47 tat-18 ta' Jannar 2016 li jemenda għall-241 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
ĠU L 12, 19.1.2016, p. 42–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32002R0881 | Tħassir | anness I Test | 19/01/2016 | |
Modifies | 32002R0881 | Sostituzzjoni | anness I Test | 19/01/2016 |
19.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 12/42 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/47
tat-18 ta' Jannar 2016
li jemenda għall-241 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament. |
(2) |
Fit-30 ta' Diċembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda mil-lista tal-persuni, tal-gruppi u tal-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Fis-7 ta' Jannar 2016 ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 ġie emendat għall-240 darba. Għad hemm bżonn ta' aktar emendi sabiex jiġu aġġornati wħud minn dawn l-annotazzjonijiet. Barra minn hekk, fil-11 ta' Jannar 2016, il-KSNU ddeċieda li jneħħi annotazzjoni waħda minn din il-lista. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma emendati kif ġej:
|
(2) |
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mħassra: “Abd Al Wahab Abd Al Hafiz (magħruf bħala (a) Mouloud Ferdjani, (b) Abdelwahab Abdelhafid, (c) Abdel Wahab Abdelhafid, (d) Abdewahab Abdel Hafid, (e) Abedel Wahad Abdelhafio, (f) Abdelouahab Abdelhafid, (g) Mourad, (h) Said, (i) Rabah Di Roma). Data tat-twelid: 7.9.1967, (b) 30.10.1968. Post tat-twelid: (a) l-Alġier, l-Algerija; (b) l-Algerija, (c) El Harrach, l-Algerija. Nazzjonalità: In-numru tal-passaport Alġerin: 3525282 (in-numru Alġerin. Maħruġ taħt l-isem Abdelouahab Abdelhafid). Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.3.2004.” |