This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0026
Commission Regulation (EU) 2016/26 of 13 January 2016 amending Annex XVII to Regulation (EC) No 1907/2006 of the European Parliament and of the Council concerning the Registration, Evaluation, Authorisation and Restriction of Chemicals (REACH) as regards nonylphenol ethoxylates (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/26 tat-13 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-etossilati tan-nonilfenol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/26 tat-13 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-etossilati tan-nonilfenol (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 9, 14.1.2016, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R1907 | Żieda | anness XVII Test | 03/02/2016 |
14.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 9/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/26
tat-13 ta' Jannar 2016
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (“REACH”) fir-rigward tal-etossilati tan-nonilfenol
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta' Awwissu 2013, ir-Renju tal-Iżvezja ppreżenta dossier (“id-dossier tal-Anness XV”) lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) skont l-Artikolu 69(4) tar- Regolament (KE) Nru 1907/2006, sabiex tinbeda l-proċedura ta' restrizzjoni stabbilita fl-Artikoli 69 sa 73 ta' dak ir-Regolament. Inizjalment, id-dossier tal-Anness XV kien jindika li l-esponiment għan-nonilfenol (“NP”) u għall-etossilati tan-nonilfenol (“NPE”) joħloq riskju għall-ambjent, speċifikament għall-ispeċijiet akkwatiċi li jgħixu fl-ilma tal-wiċċ. Sabiex jiġi limitat dan ir-riskju, id-dossier ippropona li jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti tessili li jistgħu jinħaslu fl-ilma, jekk dawn ikun fihom l-NP jew l-NPE f'konċentrazzjonijiet ugwali għal 100 mg/kg (0,01 % skont il-piż) jew aktar. Id-dossier tal-Anness XV wera li tinħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
Matul il-konsultazzjoni pubblika dwar id-dossier tal-Anness XV, l-Iżvezja rrakkomandat it-tneħħija tal-NP mill-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta ta' restrizzjoni billi mhuwiex użat intenzjonalment fl-ipproċessar tat-tessuti. L-esklużjoni tal-NP tqieset bħala ġġustifikata mill-Kumitati tal-Aġenzija għall-Istima tar-Riskji (“RAC”) u għall-Analiżi Soċjoekonomika (“SEAC”) meta ġiet evalwata f'termini tal-effikaċja, tal-prattiċità u tas-sorveljanza tar-restrizzjoni. Għalhekk, l-NPE biss għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjoni proposta. |
(3) |
Fid-dossier tal-Anness XV l-NPE huma ddefiniti bħala etossilati tan-nonilfenol ramifikati u lineari li jkopru s-sustanzi definiti min-numri tas-CAS jew tal-KE u mis-sustanzi UVCB, polimeri u omologi. Is-sustanzi f'dak il-grupp huma identifikati mill-formula molekulari (C2H4O)nC15H24O. |
(4) |
Diversi stħarriġiet tas-suq, imsemmija fid-dossier tal-Anness XV, identifikaw il-preżenza tal-NPE fl-oġġetti tessili, f'konċentrazzjonijiet differenti. It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-NPE, bħala sustanzi jew f'taħlitiet, għall-fini ta' pproċessar ta' tessuti u ta' ġlud diġà huma ristretti bl-entrata 46 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Madankollu, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli ta' ħasil tal-oġġetti tessili fl-ilma, ir-rilaxx tal-NPE fl-ambjent akkwatiku joħloq riskji għall-ispeċijiet akkwatiċi. |
(5) |
Għal raġuni ta' koerenza mar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-restrizzjoni proposta dwar l-oġġetti tessili għandha tkopri prodotti li jikkonsistu f'mill-inqas 80 % ta' fibri tessili skont il-piż u prodotti oħra li fihom parti li tikkonsisti f'mill-inqas 80 % ta' fibri tessili skont il-piż. Barra minn hekk, għal raġuni ta' ċarezza, jaqbel li jiġi indikat li l-oġġetti tessili jkopru oġġetti mhux lesti, nofshom lesti u lesti, inklużi prodotti bħal ħwejjeġ (eż. għan-nies, għal ġugarelli u għall-annimali), aċċessorji, tessuti għal ġewwa, fibri, ħajt, drappijiet u pannelli nnittjati. |
(6) |
Fit-3 ta' Ġunju 2014, l-RAC adotta b'kunsens l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni ssuġġerita fid-dossier tal-Anness XV, li tikkonferma li hemm riskju dovut għall-esponiment għall-prodotti ta' degradazzjoni tal-NPE. L-RAC hu wkoll tal-parir li restrizzjoni hija l-aktar miżura xierqa fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji maħluqa mill-NPE fl-oġġetti tessili, kemm f'termini ta' effikaċja kif ukoll ta' prattikabbiltà. |
(7) |
Fid-9 ta' Settembru 2014, l-SEAC adotta b'kunsens l-opinjoni tiegħu dwar ir-restrizzjoni ssuġġerita fid-dossier tal-Anness XV, fejn jindika li r-restrizzjoni proposta dwar l-NPE hija l-aktar miżura xierqa fil-livell tal-Unjoni biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati f'termini tal-proporzjonalità tal-benefiċċji soċjoekonomiċi mal-ispejjeż soċjoekonomiċi. |
(8) |
Skont id-dossier tal-Anness XV u kif ikkonfermat mill-RAC u mill-SEAC, il-limitu ta' 0,01 % skont il-piż huwa l-aktar konċentrazzjoni baxxa li hija proporzjonata mat-trattament intenzjonat tat-tessuti bl-NPE. Il-kummenti li waslu matul il-konsultazzjoni pubblika kkonfermaw li limitu aktar baxx minn 0,01 % skont il-piż għandu mnejn jippreżenta diffikultajiet konsiderevoli ta' infurzar billi t-tessuti jistgħu jiġu kkontaminati bl-NPE f'konċentrazzjonijiet baxxi bħal dawn minħabba esponiment inċidentali waqt il-proċess ta' produzzjoni. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-limitu ta' 0,01 % b'fattur ta' ħamsa (għal 0,002 % skont il-piż) inaqqas l-emissjonijiet biss b'fattur ta' madwar 1,25, u dan inaqqas il-konċentrazzjonijiet tal-NPE fl-ilma tal-wiċċ b'żieda ta' 5 % meta mqabbel mal-limitu ta' 0,01 % skont il-piż. |
(9) |
Il-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar ġie kkonsultat u ġew ikkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. |
(10) |
Fl-1 ta' Ottubru 2014, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kkonkludiet li l-preżenza tal-NPE fl-oġġetti tessili toħloq riskju inaċċettabbli għall-ambjent li jeħtieġ jiġi indirizzat fuq bażi mifruxa mal-Unjoni kollha. Ġie kkunsidrat l-impatt soċjoekonomiku ta' din ir-restrizzjoni, inkluża d-disponibbiltà ta' alternattivi. |
(11) |
Huwa preżunt li tessuti użati (second-hand) normalment ikunu nħaslu diversi drabi qabel kwalunkwe provvista jew qabel ma jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' parti terza u għalhekk ikun fihom ammonti negliġibbli ta' NPE, jekk ikun il-każ. Għaldaqstant, it-tqegħid fis-suq ta' oġġetti tessili użati għandu jiġi eżentat mir-restrizzjoni. Bl-istess mod, jista' jkun preżunt li t-tessuti riċiklati fihom ammonti negliġibbli ta' NPE, jekk ikun il-każ, u, għalhekk ir-restrizzjoni ma għandhiex tapplika għal oġġetti tessili ġodda, fejn dawn ikunu nħadmu bl-użu esklussiv ta' tessili riċiklati u mingħajr ma ntużaw l-NPE. |
(12) |
Il-partijiet ikkonċernati għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu miżuri ta' konformità xierqa, b'mod partikolari biex tiġi żgurata komunikazzjoni adegwata fi ħdan il-katina kumplessa tal-provvista globali. Ir-restrizzjoni l-ġdida għandha għalhekk tapplika biss minn data aktar tard. |
(13) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Jannar 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta' fibri ta' tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta' prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 272, 18.10.2011, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tiddaħħal l-annotazzjoni 46a ġdida li ġejja:
|
|