Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016L0802

    Direttiva (UE) 2016/802 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi (kodifikazzjoni)

    ĠU L 132, 21.5.2016, p. 58–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/802/oj

    21.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/58


    DIRETTIVA (UE) 2016/802 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-11 ta' Mejju 2016

    dwar tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi

    (kodifikazzjoni)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b'mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, dik id-Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    (2)

    Il-politika ambjentali tal-Unjoni, kif stabbilita fil-programmi ta' azzjoni dwar l-ambjent u b'mod partikolari fis-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali li ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fis-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali li ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għandha bħala wieħed mill-għanijiet tagħha l-kisba ta' livelli ta' kwalità tal-arja li ma joħolqux impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u li ma jkunux ta' riskju għalihom.

    (3)

    L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha timmira biex ikun hemm livell għoli tal-protezzjoni li tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni.

    (4)

    Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kontenut massimu permess ta' kubrit fiż-żejt karburant tqil, fil-gażojl, fil-gażojl ghal użu marittimu u fiż-żejt diżil ghal użu marittimu użati fl-Unjoni.

    (5)

    L-emissjonijiet mit-trasport marittimu minħabba l-kombustjoni ta' karburanti għal użu marittimu b'kontenut għoli ta' kubrit jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja fil-forma ta' diossidu tal-kubrit u materja partikulata, li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent u jikkontribwixxu għad-depożitu aciduż. Mingħajr il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva, l-emissjonijiet mill-bastimenti kienu jkunu fi żmien qasir ogħla mill-emissjonijiet mis-sorsi l-oħra kollha bbażati fuq l-art.

    (6)

    L-aċidifikazzjoni u d-diossidu tal-kubrit atmosferiku jagħmlu ħsara lill-ekosistemi sensittivi, inaqqsu l-biodiversità u jnaqqsu l-valuri tal-amenitajiet u jaffettwaw ħażin il-produzzjoni tal-uċuħ u t-tkabbir ta' foresti. Ix-xita aċida li tinżel fl-ibliet tista' tikkawża ħsarat sinifikanti għall-bini u wirt arkitettoniku. It-tniġġiż mill-aċidu solforiku jista' wkoll ikollu effett sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, b'mod partikolari fost dawk is-setturi tal-popolazzjoni li jsofru minn mard respiratorju.

    (7)

    L-aċidifikazzjoni hija fenomenu li jaqsam il-fruntieri li jeħtieġ kemm soluzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll soluzzjonijiet nazzjonali jew lokali.

    (8)

    L-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta' materja partikolari fl-atmosfera.

    (9)

    It-tniġġis tal-arja kkawżat minn bastimenti rmiġġati huwa kawża maġġuri ta' tħassib għal ħafna bliet li għandhom portijiet fil-kuntest tal-isforzi tagħhom biex jirrispettaw il-valuri ta' limitu tal-Unjoni għall-kwalità tal-arja.

    (10)

    L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tal-elettriku minn sorsi terrestri, billi l-elettriku ghall-bastimenti ta' llum normalment jiġi pprovdut minn magni awżiljarji.

    (11)

    L-Unjoni u l-Istati Membri individwali huma Partijiet Kontrattwali għall-Konvenzjoni tal-UN-ECE tat-13 ta' Novembru 1979 dwar Tniġġiż tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Twila. It-tieni Protokoll tal-UN-ECE dwar tniġġiż transkonfini bid-diossidu tal-kubrit jistipula li l-Partijiet Kontrattwali għandhom inaqqsu l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit bi 30 % jew iktar tat-tnaqqis speċifikat fl-ewwel Protokoll, u t-tieni Protokoll tal-UN-ECE huwa bbażat fuq il-premessa li ż-żidiet u livelli kritiċi se jkomplu jkunu maqbuża f'ċerti żoni sensittivi. Miżuri oħra biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit jibqgħu jkunu meħtieġa. Il-Partijiet Kontrattwali għandhom għalhekk jagħmlu aktar tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit.

    (12)

    Il-kubrit, li huwa preżenti b'mod naturali fi kwantitajiet żgħar fiż-żejt u l-faħam, ilu għal għexieren ta' snin rikonoxxut bħala s-sors dominanti ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit, li huma waħda mill-kawżi prinċipali tax-“xita aċida” u waħda mill-kawżi maġġuri tat-tniġġis tal-arja li jinħass f'ħafna żoni industrijali u tal-ibliet.

    (13)

    Studji wrew li l-benefiċċji mit-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit bit-tnaqqis tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti spiss ikunu ferm akbar mill-ispejjeż stmati għall-industrija f'din id-Direttiva. It-tekonoloġija teżisti u hija stabbbilita sewwa biex jitnaqqas il-livell ta' kubrit tal-karburanti likwidi.

    (14)

    B'konformità mal-Artikolu 193 tat-TFUE, din id-Direttiva m'għandhiex iżżomm lil kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi iktar stretti sabiex jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni bikrija fir-rigward tal-kontenut massimu tal-kubrit fil-karburanti għal użu marittimu, pereżempju bl-użu ta' metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet barra Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx. Tali miżuri huma meħtieġa li jkunu kompatibbli mat-Trattati u għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

    (15)

    Stat Membru, qabel ma jintroduċi miżuri ġodda, aktar stretti, għandu jinnotifika bl-abbozz tagħhom lill-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

    (16)

    It-TFUE jirrikjedi li tingħata konsiderazzjoni lill-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, ċioé d-dipartimenti barranin Franċiżi, l-Ażores, Madeira u l-Gżejjer Kanari.

    (17)

    Fir-rigward tal-limitu tal-kontenut ta' kubrit fiż-żejt karburant tqil, huwa xieraq li jsiru dispożizzjonijiet għal derogi fi Stati Membri u reġjuni fejn il-kondizzjonijiet ambjentali jippermettu.

    (18)

    Fir-rigward tal-limitu fuq il-kontenut tal-kubrit fiż-żejt karburant tqil, huwa wkoll xieraq li jsiru dispożizzjonijiet għal derogi għall-użu tagħhom fl-impjanti ta' kombustjioni li jikkonformaw mal-valuri limiti ta' emissjoni stabbiliti fid-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), jew fl-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

    (19)

    Għal impjanti ta' kombustjoni tar-raffineriji esklużi mill-ambitu tal-punt (d) tal-Artikolu 3(2) jew il-punt (c) tal-Artikolu 3(3) ta' din id-Direttiva, l-emissjoni ta' diossidu tal-kubrit bħala medja fuq tali impjanti m'għandhiex teċċedi il-limiti stipulati fid-Direttiva 2001/80/KE, jew fl-Anness V għad-Direttiva 2010/75/UE, jew f'xi reviżjoni futura ta' dawk id-Direttivi. Fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiftakru li s-sostituzzjoni b'karburanti barra minn dawk imsemmija fl-Artikolu 2 m'għandhiex tipproduċi żieda fl-emissjonijiet ta' tniġġiż li jġib l-aċidità.

    (20)

    Fl-2008, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) adottat riżoluzzjoni sabiex jiġi emendat l-Anness VI tal-Protokoll tal-1997 biex jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, tal-1973, kif modifikata mill-Protokoll tal-1978 relatat magħha (MARPOL), li tinkludi regolamenti għall-prevenzjoni tat-tniġġis tal-arja minn vapuri. L-Anness VI rivedut tal-MARPOL daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2010.

    (21)

    L-Anness VI rivedut tal-MARPOL jintroduċi, fost l-oħrajn, limiti aktar stretti għall-kubrit tal-karburanti għal użu marittimu fiż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx (1,00 % mill-1 ta' Lulju 2010 u 0,10 % mill-1 ta' Jannar 2015) kif ukoll fiż-żoni tal-baħar barra ż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx (3,50 % mill-1 ta' Jannar 2012 u, bħala prinċipju, 0,50 % mill-1 ta' Jannar 2020). Il-maġġoranza tal-Istati Membri huma obbligati, f'konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom, jesiġu li l-vapuri jużaw karburant b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 1,00 % fiż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx mill-1 ta' Lulju 2010. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-liġi internazzjonali kif ukoll sabiex jiġi żgurat infurzar korrett tal-istandards il-ġodda għall-kubrit li ġew stabbiliti b'mod globali fl-Unjoni, din id-Direttiva għandha tkun allinjata mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL. Sabiex tiġi żgurata kwalità minima tal-karburant użat minn vapuri għal konformità abbażi tal-karburant jew abbażi tat-teknoloġija, ma għandux jitħalla jintuża fl-Unjoni karburant għal użu marittimu li l-kontenut ta' kubrit tiegħu jeċċedi l-istandard ġenerali ta' 3,50 %, ħlief għall-karburanti forniti lil vapuri li jużaw metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li joperaw b'mod magħluq.

    (22)

    L-emendi għall-Anness VI tal-MARPOL fir-rigward taż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx huma possibbli taħt proċeduri tal-IMO. Fil-każ li iktar tibdiliet, inklużi eżenzjonijiet, jiġu introdotti fir-rigward tal-applikazzjoni ta' limiti għal Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx fl-Anness VI tal-MARPOL, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe tali tibdil u, fejn ikun xieraq, mingħajr dewmien tagħmel il-proposta meħtieġa skont it-TFUE sabiex iġġib din id-Direttiva f'konformità mar-regoli tal-IMO fir-rigward taż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx.

    (23)

    L-introduzzjoni ta' kwalunkwe żona ġdida ta' kontroll tal-emissjonijiet għandha tkun suġġetta għall-proċess tal-IMO taħt l-Anness VI tal-MARPOL u għandha tkun ibbażata fuq każ fundat tajjeb għal raġunijiet ambjentali u ekonomiċi u appoġġata minn data xjentifika.

    (24)

    Skont ir-Regolament 18 tal-Anness VI rivedut tal-MARPOL, l-Istati Membri għandhom jaħdmu biex jiżguraw id-disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu li jkunu konformi ma' din id-Direttiva.

    (25)

    Fil-perspettiva tad-dimensjoni globali tal-politiki ambjentali u l-emissjonijiet mill-bastimenti, għandhom jiġu stabbiliti standards ambizzjużi għall-emissjonijiet fuq livell globali.

    (26)

    L- Unjoni se tkompli tinsisti għal protezzjoni aktar effettiva ta' żoni sensittivi għall-emissjonijiet ta' SOx u tnaqqis fil-valur limitu normali għaż-żejt karburant tal-bunker fl-IMO.

    (27)

    Il-vapuri tal-passiġġieri joperaw l-aktar fil-portijiet jew qrib zoni tal-kosta u l-impatti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent huma sinifikanti. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-arja madwar il-portijiet u ż-żoni tal-kosta, dawk il-vapuri huma mehtiega jużaw karburant ghal użu marittimu b'kontenut massimu ta' kubrit ta' 1,50 % sa meta standards aktar stretti jkunu japplikaw ghall-bastimenti kollha fl-ibħra territorjali, żoni ekonomici esklużivi u ż-żoni ta' kontroll tat-tniġġiż tal-Istati Membri.

    (28)

    Sabiex tigi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal teknoloġiji ġodda tal-magni bil-potenzjal għal aktar tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet fis-settur marittimu, il-Kummissjoni għandha tesplora iktar opportunitajiet sabiex taġevola u tinkoraġġixxi l-użu ta' magni li joperaw bil-gass fil-bastimenti.

    (29)

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva huwa meħtieġ l-infurzar korrett tal-obbligi fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu. L-esperjenza mill-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/32/KE wriet li hemm bżonn ta' sistema aktar b'saħħitha ta' monitoraġġ u infurzar sabiex tigi żgurata l-implimentazzjoni korretta ta' din id-Direttiva. Għal dak il-ghan, huwa meħtieg li l-Istati Membri jiżguraw teħid ta' kampjuni suffiċjentement frekwenti u preċiżi ta' karburant għal użu marittimu li jitqiegħed fis-suq jew li jintuża abbord il-vapuri kif ukoll verifika regolari tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u tan-noti ta' kunsinna tal-bunker. Jeħtieg ukoll li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta' penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Sabiex tkun żgurata informazzjoni iktar trasparenti, huwa xieraq ukoll li ssir dispożizzjoni biex ir-reġistru tal-fornituri lokali ta' karburant għal użu marittimu jkun disponibbli b'mod pubbliku.

    (30)

    Il-konformità mal-limiti baxxi ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu, b'mod partikolari fiż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, tista' twassal għal żieda sinifikanti fil-prezz ta' tali karburanti, għall-inqas fuq perjodu qasir, u jista' jkollha effett negattiv fuq il-kompetittività tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra meta mqabbel ma' modi oħra tat-trasport, kif ukoll fuq il-kompetittività tal-industriji fil-pajjiżi li jikkonfinaw ma' Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx. Huma meħtieġa soluzzjonijiet xierqa sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għall-industriji affettwati, tali l-possibilità li jkunu jistgħu jintużaw metodi alternattivi ta' konformità li jkunu iżjed effettivi f'termini ta' spejjeż mill-konformità fuq il-bażi tal-karburanti u jiġi pprovdut appoġġ, fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha, abbażi inter alia ta' rapporti mill-Istati Membri, tissorvelja mill-qrib l-impatti tal-konformità tas-settur tat-trasport marittimu mal-istandards il-ġodda tal-kwalità tal-karburanti, b'mod partikolari fir-rigward tal-possibilità ta' tranżizzjoni modali mit-trasport bil-baħar lura għal dak fuq l-art, u għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri xierqa biex tikkontrobatti tali tendenza.

    (31)

    Huwa importanti li t-tranżizzjoni modali minn trasport fuq il-baħar għal trasport fuq l-art tkun limitata peress li jekk dejjem jiżdied is-sehem ta' merkanzija li tinġarr bit-triq, dan f'ħafna każijiet ikun jmur kontra l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tat-tibdil fil-klima u jżid il-konġestjoni.

    (32)

    L-ispejjeż tar-rekwiżiti ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit jistgħu jirriżultaw fi tranżizzjoni modali minn trasport fuq il-baħar għal trasport fuq l-art u jista' jkollhom effetti negattivi fuq il-kompetittività tal-industriji. Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu sħiħ minn strumenti bħall-Marco Polo u n-network tat-trasport trans-Ewropew biex tipprovdi għajnuna mmirata biex jitnaqqas ir-riskju tat-tranżizzjoni modali. L-Istati Membri jistgħu jqisu li jkun meħtieġ li jipprovdu appoġġ lill-operaturi affettwati minn din id-Direttiva skont ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat.

    (33)

    Skont il-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali, u mingħajr preġudizzju għall-bidliet futuri li jsiru fihom, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna mill-Istat favur operaturi affettwati minn din id-Direttiva, inkluża għajnuna għall-operazzjonijiet ta' retrofitting ta' bastimenti eżistenti, jekk tali miżuri ta' għajnuna jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, b'mod partikolari fid-dawl tal-linji gwida applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tqis li l-użu ta' ċerti metodi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet imorru lil hinn mir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva billi jnaqqsu mhux biss l-emissjonijiet tad-diossidju tal-kubrit iżda wkoll emissjonijiet oħrajn.

    (34)

    Għandu jiġi ffaċilitat l-aċċess għal metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet. Dawk il-metodi jistgħu jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-anqas ekwivalenti għal, jew saħansitra ikbar minn, dak li jista' jinkiseb bl-użu ta' karburanti b'livell baxx ta' kubrit, sakemm huma ma jkollhomx effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, bħall-ekosistemi tal-baħar, u sakemm jiġu żviluppati suġġett għal mekkaniżmi adegwati ta' approvazzjoni u kontroll. Il-metodi alternattivi diġà magħrufa, bħall-użu ta' sistemi abbord għat-tindif tal-gass tal-exhaust, it-taħlita ta' karburant u gass naturali likwifikat jew l-użu tal-bijokarburanti, għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Unjoni. Huwa importanti li jiġi promoss l-ittestjar u l-iżvilupp ta' metodi ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, sabiex, fost raġunijiet oħra, tkun limitata t-tranżizzjoni modali minn trasport fuq il-baħar għal trasport fuq l-art.

    (35)

    Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom il-potenzjal għal tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tippromwovi l-ittestjar u l-iżvilupp u ta' tali teknoloġiji, inter alia billi tikkunsidra t-twaqqif ta' programm konġunt kofinanzjat mal-industrija ibbażat fuq prinċipji minn programmi simili, bħall-Programm Clean Sky.

    (36)

    Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u partijiet interessati, għandha tkompli tiżviluppa miżuri identifikati fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2011 intitolat “Tnaqqis ta' emissjonijiet inkwinanti mit-trasport marittimu u għodda għal trasport fuq l-ilma sostenibbli”.

    (37)

    Fil-każ ta' disgwid fil-forniment ta' żejt mhux maħdum, prodotti taż-żejt jew idrokarburi oħra, il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-applikazzjoni ta' limitu ogħla ġewwa t-territorju ta' Stat Membru.

    (38)

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi xierqa biex jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Għandhom jiġu ppreżentati rapporti dwar il-kontenut tal-kubrit tal-karburanti likwidi lill-Kummissjoni.

    (39)

    Jinħtieġ li din id-Direttiva tinkludi indikazzjonijiet dettaljati dwar il-kontenut u l-format tar-rapport sabiex ikun żgurat rappurtar iżjed armonizzat.

    (40)

    Is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-valuri ekwivalenti ta' emissjoni għal, u l-kriterji tal-użu ta', il-metodi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II ta' din id-Direttiva, sabiex jiġu adattati ghall-progress xjentifiku u tekniku b' mod li jiżgura konsistenza stretta mal-istrumenti rilevanti tal-IMO, u fir-rigward tal-emendar tal-punti (a) sa (e) u (p) tal-Artikolu 2, il-punt (b)(i) tal-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 13(3) ta' din id-Direttiva sabiex dawk id-dispożizzjonijiet jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inklużi dawk fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ta' delega, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (41)

    Sabiex jiġu żgurati l-istess kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (10).

    (42)

    Huwa xieraq li l-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti li twaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jgħin lill-Kummissjoni fl-approvazzjoni tal-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet li mhumiex koperti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (12).

    (43)

    Penali effettivi, proporzjonati u disważivi huma importanti għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinkludu f'dawk il-penali multi kkalkulati b'mod li jiżguraw li l-multi għall-inqas iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur tagħhom u li dawk il-multi jiżdiedu gradwalment fil-każ ta' ksur ripetut. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet dwar il-penali.

    (44)

    Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi msemmija fl-Anness III, Parti B,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Għan u kamp ta' applikazzjoni

    1.   L-għan ta' din id-Direttiva huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit li jirriżultaw mill-kombustjoni ta' ċerti tipi ta' karburanti likwidi u b'hekk jitnaqqsu l-effetti ħżiena ta' tali emissjonijiet fuq il-bniedem u l-ambjent.

    2.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit li jirriżulta mill-kombustjoni ta' ċerti karburanti likwidi derivati miż-żejt għandu jinkiseb billi jkunu imposti limiti fuq il-kontenut ta' kubrit ta' tali karburanti bħala kondizzjoni għall-użu tagħhom fit-territorju, l-ibħra territorjali u ż-żoni ekonomiċi esklussivi jew żoni ta' kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri.

    Il-limitazzjonijiet fuq il-kontenut ta' kubrit f'ċerti karburanti likwidi derivati miż-żejt kif stabbiliti f'din id-Direttiva ma għandhomx, madankollu, japplikaw għal:

    (a)

    karburanti maħsuba għal skopijiet ta' riċerka u ittestjar;

    (b)

    karburanti maħsuba għall-ipproċessar qabel il-kombustjoni finali;

    (c)

    karburanti li għandhom jiġu proċessati fl-industrija tar-raffinazzjoni;

    (d)

    karburanti wżati u mqiegħda fis-suq fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni sakemm l-Istati Membri relevanti jiżguraw li f'dawk ir-reġjuni:

    (i)

    l-istandards tal-kwalità tal-arja jiġu osservati;

    (ii)

    żjut karburanti tqal ma jkunux użati f'każ li l-kontenut tagħhom ta' kubrit ikun iktar minn 3 % tal-massa;

    (e)

    karburanti wżati minn bastimenti tal-gwerra u bastimenti oħra f'servizz militari. Madankollu, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu sabiex jiżgura, billi jadotta l-miżuri adegwati li ma jxekklux l-operazzjonijiet jew il-kapaċità operazzjonali ta' dawk il-bastimenti, li l-bastimenti joperaw b'mod konsistenti, safejn ikun raġonevoli u prattiku, ma' din id-Direttiva;

    (f)

    kwalunkwe użu ta' karburant f'bastiment meħtieġ għall-iskop speċifiku tal-protezzjoni tas-sigurtà ta' bastiment jew biex tiġi salvata l-ħajja fuq il-baħar;

    (g)

    kwalunkwe użu ta' karburanti f'bastiment li jsir meħtieġ minħabba xi danni li jkun sofra l-bastiment jew it-tagħmir tiegħu, sakemm jittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha wara li jkun seħħ id-dannu sabiex jipprevjenu jew jimminimizzaw emissjonijiet eċċessivi u sakemm il-miżuri jittieħdu kemm jista' jkun malajr għat-tiswija tad-dannu. Dan ma japplikax jekk is-sid jew il-kaptan ikun aġixxa bil-ħsieb li jikkawża d-dannu, jew bi traskuraġni;

    (h)

    mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, il-karburanti użati abbord bastimenti li jużaw metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikoli 8 u 10.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-għan ta' dan id-Direttiva s-segwenti definizzjonijiet għandhom japplikaw:

    (a)

    “żejt karburant tqil” tfisser:

    (i)

    kull karburant likwidu derivat miż-żejt, ħlief il-karburant għal użu marittimu, li jaqa' taħt il-Kodiċijiet CN 2710 19 51 sa 2710 19 68, 2710 20 31, 2710 20 35 jew 2710 20 39, jew

    (ii)

    kull karburant likwidu derivat miż-żejt, minbarra l-gażojl kif definit fil-punt (b) u minbarra karburanti għal użu marittimi kif definiti fil-punti (c), (d) u (e), li, minħabba l-limiti ta' distillazzjoni tiegħu, jaqa' taħt il-kategorija ta' żjut tqal maħsuba għall-użu bħala karburanti u li minnu anqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f'250 °C bil-metodu ASTM D86. Jekk id-distillazzjoni ma tkunx tista' tiġi stabbilità bil-metodu ASTM D86, il-prodott taż-żejt ikun bl-istess mod kategorizzat bħala żejt karburant tqil;

    (b)

    “gażojl” tfisser:

    (i)

    kull karburant likwidu derivat miż-żejt, ħlief il-karburant għal użu marittimu, li jaqa' taħt il-Kodiċijiet CN 2710 19 25, 2710 19 29, 2710 19 47, 2710 19 48, 2710 20 17 jew 2710 20 19, jew

    (ii)

    kull karburant likwidu derivat miż-żejt, ħlief il-karburant għal użu marittimu, li minnu inqas minn 65 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla f'250 °C u li tal-inqas minnu 85 % bil-volum (inkluż it-telf) jiddistilla fi 350 °C bil-metodu ASTM D86.

    Il-karburanti tad-diżil, kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) huma esklużi minn din id-definizzjoni. Il-karburanti użati f'makkinarju mobbli mhux għall-użu fit-toroq u tratturi agrikoli huma wkoll esklużi minn din id-definizzjoni;

    (c)

    “karburant għal użu marittimu” tfisser kull karburant likwidu derivat miż-żejt maħsub għall-użu fuq bastiment jew li jintuża fuq bastiment, inklużi dawk il-karburanti definiti fl-ISO 8217. Dan jinkludi kwalunkwe karburant likwidu derivat miż-żejt għall-użu fuq bastimenti tal-kanali interni jew dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, kif definiti rispettivament fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u fl-Artikolu 1(3) tad- Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), meta tali bastimenti jkunu fuq il-baħar;

    (d)

    “żejt diżil għal użu marittimu” tfisser kwalunkwe karburant għal użu marittimu kif iddefinit għall-grad DMB fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-kontenut ta' kubrit;

    (e)

    “gażojl għal użu marittimu” tfisser kwalunkwe karburanti għal użu marittimu kif iddefinit għall-gradi DMX, DMA u DMZ fit-Tabella I tal-ISO 8217 bl-eċċezzjoni tar-referenza għall-kontenut ta' kubrit;

    (f)

    “MARPOL” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata bil-Protokoll tal-1978 tagħha;

    (g)

    “l-Anness VI tal-MARPOL” tfisser l-Anness, intitolat “Regolamenti għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Arja mill-Bastimenti”, li l-Protokoll tal-1997 żied mal-MARPOL;

    (h)

    “Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx” tfisser żoni ta' baħar hekk definiti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) fl-Anness VI tal-MARPOL;

    (i)

    “bastimenti tal-passiġġieri” tfisser bastimenti li jġorru aktar minn tnax-il passiġġier, fejn passiġġier huwa kull persuna li mhijiex:

    (i)

    il-kaptan u l-membri tal-ekwipaġġ jew xi persuna oħra impjegata jew ingaġġata fi kwalunkwe kapaċità abbord bastiment fix-xogħol ta' dak il-bastiment, u

    (ii)

    tarbija taħt l-età ta' sena;

    (j)

    “servizzi regolari” tfisser serje ta' vjaġġi ta' bastiment tal-passiġġieri magħmula sabiex jaqdu l-bżonnijiet tat-traffiku bejn l-istess zewġ portijiet jew aktar, jew serje ta' vjaġġi minn u sal-istess port mingħajr waqfien intermedji:

    (i)

    skont itinerarju ppubblikat, jew

    (ii)

    bi vjaġġi tant regolari jew frekwenti li jikkostitwixxu skeda rikonoxxibbli;

    (k)

    “bastiment tal-gwerra” tfisser bastiment li huwa parti mill-forzi armati ta' xi Stat, li jkollu marki esterni li jiddistingwu tali bastiment bin-nazzjonalità tiegħu, taħt il-kmand ta' uffiċjal li jkun debitament inkarigat mill-gvern tal-Istat u li ismu jkun jidher fil-lista adatta tas-servizz jew fl-ekwivalenti tagħha, u li jkun ekwipaġġat b'persunal taħt id-dixxiplina tal-forzi armati regolari;

    (l)

    “bastimenti irmiġġati” tfisser bastimenti li jkunu sorġuti jew ankrati sewwa f'port fl- Unjoni filwaqt li jgħabbu, iħottu jew jalloġġaw (hotelling), inkluż il-ħin li fih ma jkunux involuti fl-operazzjonijiet ta' tagħbija;

    (m)

    “tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment lil, jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta', terzi persuni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, fi kwalunkwe parti fil-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri, ta' karburanti għal użu marittimu għall-kombustjoni abbord. Din teskludi il-forniment jew id-disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu għall-esportazzjoni f'tankijiet tat-tagħbija tal-bastimenti;

    (n)

    “reġjuni ultraperiferiċi” tfisser id-dipartimenti barranin Franċiżi, l-Ażores, Madeira u l-Gżejjer Kanari, kif stabbiliti fl-Artikolu 349 tat-TFUE;

    (o)

    “metodu ta' tnaqqis tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe atrezzatura, materjal, tagħmir jew apparat li għandhom jiġu installati fuq vapur jew proċedura oħra, karburant alternattiv, jew metodu ta' konformità, użati bħala alternattiva għal karburant għal użu marittimu b'livell baxx ta' kubrit li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva, u li jkunu verifikabbli, kwantifikabbli u infurzabbli;

    (p)

    “il-metodu ASTM” tfisser il-metodi stabbiliti mis-Soċjetà Amerikana għall-Ittestjar u Materjali fl-edizzjoni tal-1976 tad-definizzjonijiet ta' standards u speċifikazzjonijiet għal prodotti taż-żejt u lubrikanti;

    (q)

    “impjant ta' kombustjoni” tfisser kwalunkwe apparat tekniku li fih il-karburanti jiġu ossidizzati sabiex tintuża s-sħana ġġenerata.

    Artikolu 3

    Kontenut massimu ta' kubrit fiż-żejt karburant tqil

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jintużawx żjut karburanti tqal fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit tagħhom ikun iktar minn 1,00 % tal-massa.

    2.   Sal-31 ta' Diċembru 2015, suġġett għal monitoraġġ adegwat tal-emissjonijiet minn awtoritajiet kompetenti, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal żjut karburanti tqal użati:

    (a)

    f'impjanti ta' kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti għall-Artikolu 4(1) jew (2) jew il-punt (a) tal-Artikolu 4(3) ta' dik id-Direttiva u li jkunu konformi mal-limiti ta' emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit għal tali impjanti kif stipulat f'dik id-Direttiva;

    (b)

    f'impjanti ta' kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/80/KE, li huma suġġetti għall-punt (b) tal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 4(6) ta' dik id-Direttiva u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta' diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jeċċedux 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef;

    (c)

    f'impjanti ta' kombustjoni li ma jaqgħux taħt il-punti (a) jew (b), u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta' diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jeċċedux 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef;

    (d)

    għal kombustjoni f'raffineriji, fejn il-medja fix-xahar ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit mifruxa fuq l-impjanti ta' kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta' karburant jew mit-taħlita ta' karburanti użati, iżda esklużi impjanti li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b), turbini tal-gass u magni li jaħdmu bil-gass, ma teċċedix 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef.

    3.   Mill-1 ta' Jannar 2016, suġġett għal monitoraġġ adegwat tal-emissjonijiet minn awtoritajiet kompetenti, il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal żjut karburanti tqal użati:

    (a)

    f'impjanti ta' kombustjoni li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE, u li jkunu konformi mal-limiti ta' emissjonijiet għad-diossidu tal-kubrit għal tali impjanti kif stipulat fl-Anness V ta' dik id-Direttiva jew, fejn dawk il-valuri tal-limitu ta' emissjonijiet ma jkunux applikabbli skont dik id-Direttiva, li l-emissjonijiet medji tagħhom ta' diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jeċċedix 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef;

    (b)

    f'impjanti ta' kombustjoni li ma jaqgħux taħt il-punt (a), u li l-emissjonijiet medji tagħhom ta' diossidu tal-kubrit fix-xahar ma jeċċedix 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef;

    (c)

    għal kombustjoni f'raffineriji, fejn il-medja fix-xahar ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit mifruxa fuq l-impjanti ta' kombustjoni kollha fir-raffinerija, irrispettivament mit-tip ta' karburant jew mit-taħlita ta' karburanti użati, iżda esklużi impjanti li jaqgħu taħt il-punt (a), turbini tal-gass u magni li jaħdmu bil-gass, ma teċċedix 1 700 mg/Nm3 b'kontenut ta' ossiġenu fil-gass mit-tromba taċ-ċumnija ta' 3 % tal-volum fi stat niexef.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ebda impjant ta' kombustjoni li juża żejt karburant tqil b'konċentrazzjoni ta' kubrit ogħla minn dik imsemmija fil-paragrafu 1 ma jitħaddem mingħajr permess maħruġ minn awtorità kompetenti, li tispeċifika l-limiti tal-emissjonijiet.

    Artikolu 4

    Kontenut massimu ta' kubrit fil-gażojl

    L-Istati Membri ghandhom jiżguraw li ma jintużax gażojl fit-territorji taghhom jekk il-kontenut ta' kubrit tiegħu jeċċedi 0,10 % tal-massa.

    Artikolu 5

    Kontenut massimu ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit tagħhom jeċċedi 3,50 % tal-massa, ħlief għall-karburanti fornuti lill-bastimenti li jużaw metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet suġġetti għall-Artikolu 8 li joperaw b'mod magħluq.

    Artikolu 6

    Il-kontenut massimu ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu użati f'ibħra territorjali, f'żoni ekonomiċi esklużivi u f'żoni ta' kontroll tat-tniġġis tal-Istati Membri, inklużi Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, u minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn u minn portijiet tal-Unjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:

    (a)

    3,50 % mit-18 ta' Gunju 2014;

    (b)

    0,50 % mill-1 ta' Jannar 2020.

    Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti kollha tal-bnadar kollha, inklużi l-bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 5 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 7.

    2.   L-Istati Membri ghandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fiż-żoni tal-ibħra territorjali taghhom, fiż-żoni ekonomici esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniggis taghhom li jaqgħu fi hdan Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti bħala proporzjon tal-massa ikun iktar minn:

    (a)

    1,00 % sal-31 ta' Diċembru 2014;

    (b)

    0,10 % mill-1 ta' Jannar 2015.

    Dan il-paragrafu għandu japplika għall-bastimenti tal-bnadar kollha, inklużi bastimenti li l-vjaġġ tagħhom ikun beda barra l-Unjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tqis kif dovut kwalunkwe bidla futura fir-rekwiżiti skont l-Anness VI tal-MARPOL applikabbli fiż-Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, u, fejn ikun xieraq, mingħajr dewmien żejjed tagħmel kull proposta rilevanti bil-ħsieb li tiġi emendata din id-Direttiva kif meħtieġ.

    3.   Id-data tal-applikazzjoni tal-paragrafu 2 għal kwalunkwe żona ġdida tal-baħar, inklużi portijiet, deżinjati mill-IMO bħala Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx skont ir-Regolament 14(3)(b) tal-Anness VI tl-MARPOL għandha tkun 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-deżinjazzjoni.

    4.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar tal-paragrafu 2 tal-inqas fir-rigward ta':

    bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom; u

    fil-każ ta' Stati Membri li jikkonfinaw ma' Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx, bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li jkunu fil-portijiet tagħhom.

    L-Istati Membri jistgħu jieħdu wkoll azzjoni addizzjonali ta' infurzar fir-rigward ta' bastimenti oħra skont il-liġi marittima internazzjonali.

    5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li ma jintużawx karburanti għal użu marittimu fl-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom li jinsabu barra Żoni ta' Kontroll għall-Emissjonijiet ta' SOx minn vapuri tal-passiġġieri li joperaw servizzi regolari lejn jew minn kwalunkwe port tal-Unjoni jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti ikun iktar minn 1,50 % tal-massa sal-1 ta' Jannar 2020.

    L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar ta' dan ir-rekwiżit tal-inqas fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u ta' bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li qiegħdin fil-portijiet tagħhom.

    6.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li r-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri jimtlew korrettament, inklużi operazzjonijiet ta' bdil tal-karburanti.

    7.   L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw id-disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar id-disponibilità ta' tali karburanti għal użu marittimu fil-portijiet u t-terminals tagħhom.

    8.   Jekk Stat Membru jsib li bastiment ma jkunx konformi mal-istandards għall-karburanti għal użu marittimu li jikkonformaw ma' din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru hija intitolata titlob li l-bastiment:

    (a)

    jippreżenta reġistru tal-azzjonijiet meħuda biex jipprova jiżgura li jkun konformi; u

    (b)

    jipprovdi evidenza li huwa pprova jixtri karburant għal użu marittimu li huwa f'konformità ma' din id-Direttiva skont il-pjan tal-vjaġġ tiegħu u, jekk dan ma kienx disponibbli fejn stabbilit fil-pjan, li saru tentattivi biex jinstabu għejun alternattivi għal tali karburant għal użu marittimu u li, minkejja l-ikbar sforzi biex jinkiseb karburant għal użu marittimu li jkun f'konformità ma' din id-Direttiva, ma kien disponibbli għax-xiri l-ebda karburant għal użu marittimu ta' dan it-tip.

    Il-vapur m'għandux ikun meħtieġ li jiddevja mill-vjaġġ intenzjonat tiegħu jew li jittardja l-vjaġġ bla bżonn sabiex ikun f'konformità.

    Jekk vapur jipprovdi t-tagħrif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u l-evidenza ppreżentata bil-għan li jiddetermina l-azzjoni xierqa li għandu jieħu, inkluż li ma jiħux miżuri ta' kontroll.

    Vapur għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera tiegħu u lill-awtorità kompetenti tal-port ta' destinazzjoni rilevanti meta ma jkunx jista' jixtri karburant għal użu marittimu li jkun konformi ma' din id-Direttiva.

    L-Istat tal-port għandu jinnotifika lill-Kummissjoni meta vapur ikun ippreżenta evidenza ta' nuqqas ta' disponibilità ta' karburanti għal użu marittimu li jkunu konformi ma' din id-Direttiva.

    9.   L-Istati Membri għandhom, skont ir-Regolament 18 tal-Anness VI tal-MARPOL:

    (a)

    iżommu reġistru pubblikament disponibbli tal-fornituri lokali ta' karburanti għal użu marittimu;

    (b)

    jiżguraw li l-kontenut ta' kubrit fil-karburanti kollha għal użu marittimu mibjugħa fit-territorju tagħhom jiġi ddokumentat mill-fornitur fuq nota ta' kunsinna tal-bunker, akkumpanjata minn kampjun issiġillat u ffirmat mir-rappreżentant tal-vapur li jirċievi l-karburant;

    (c)

    jieħdu azzjoni kontra fornituri ta' karburanti għal użu marittimu li jkunu nstabu li kkonsenjaw karburant li ma jaqbilx mal-ispeċifikazzjoni indikata fuq in-nota ta' kunsinna tal-bunker;

    (d)

    jiżguraw li tittieħed azzjoni rimedjali sabiex kwalunkwe karburant għal użu marittimu li jkun instab li mhuwiex konformi jinġieb f'konformità.

    10.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żjut diżil għal użu marittimu ma jitpoġġewx fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk iż-żjut diżil għal użu marittimu ikun iktar minn 1,50 % tal-massa.

    Artikolu 7

    Kontenut massimu ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu użati minn vapuri rmiġġati f'portijiet tal-Unjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li vapuri rmiġġati f'portijiet tal-Unjoni ma jużawx karburanti għal użu marittimu b'kontenut ta' kubrit li jkun iktar minn 0,10 % tal-massa, filwaqt li jitħalla ħin suffiċjenti għall-ekwipaġġ biex ilesti kwalunkwe operazzjoni neċessarja ta' bdil tal-karburant kemm jista' jkun malajr wara l-irmiġġ u kemm jista' jkun tard qabel it-tluq.

    L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ħin ta' kwalunkwe operazzjoni ta' bdil tal-karburant jiġi rreġistrat fir-reġistru li jinżamm abbord il-vapuri.

    2.   Il-paragrafu 1 ma japplikax:

    (a)

    kull meta, skont l-iskedi ppubblikati, il-vapuri jkunu ser jibqgħu rmiġġati għal inqas minn sagħtejn;

    (b)

    għal vapuri li jitfu l-magni kollha u jużaw l-elettriku terrestri waqt li jkunu rmiġġati fil-portijiet.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jitqiegħedx gażojl għal użu marittimu fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dak il-gażojl għal użu marittimu jkun iktar minn 0,10 % tal-massa.

    Artikolu 8

    Metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet

    1.   L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta' metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet minn vapuri tal-bnadar kollha fil-portijiet tagħhom, fl-ibħra territorjali tagħhom, fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom u fiż-żoni tagħhom ta' kontroll tat-tniġġis, bħala alternattiva għall-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7, suġġett għall-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu.

    2.   Il-vapuri li jużaw il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom kontinwament jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit li jkun mill-anqas ekwivalenti għat-tnaqqis li jinkiseb bl-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7. Il-valuri tal-emissjonijiet ekwivalenti għandhom ikunu ddeterminati skont l-Anness I.

    3.   L-Istati Membri għandhom, bħala soluzzjoni alternattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, jinkoraġġixxu l-użu ta' sistemi terrestri għal-provvista tal-enerġija lill-bastimenti rmiġġati.

    4.   Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu konformi mal-kriterji speċifikati fl-istrumenti msemmija fl-Anness II.

    5.   Fejn ikun iġġustifikat fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku rigward metodi alternattivi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u b'mod li jiżgura konsistenza stretta mal-istrumenti u standards rilevanti adottati mill-IMO, il-Kummissjoni:

    (a)

    hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' delega, skont l-Artikolu 16, li jemendaw l-Annessi I u II;

    (b)

    għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw ir-rekwiżiti dettaljati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, fejn xieraq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

    Artikolu 9

    Approvazzjoni ta' metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għall-użu fuq vapuri li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru

    1.   Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 96/98/KE għandhom jiġu approvati skont dik id-Direttiva.

    2.   Il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li ma jkunux koperti mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002, billi jiġu kkunsidrati:

    (a)

    il-linji gwida żviluppati mill-IMO;

    (b)

    ir-riżultati ta' kwalunkwe prova mwettqa skont l-Artikolu 10;

    (c)

    l-effetti fuq l-ambjent, inkluż tnaqqis tal-emissjonijiet li jista' jinkiseb, u l-impatti fuq ekosistemi f'portijiet u estwarji magħluqa; u

    (d)

    il-fattibbiltà tal-monitoraġġ u l-verifika.

    Artikolu 10

    Provi ta' metodi ġodda ta' tnaqqis tal-emissjonijiet

    L-Istati Membri jistgħu, b'koperazzjoni ma' Stati Membri oħra, kif ikun xieraq, japprovaw provi ta' metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vapuri, fuq vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom, jew f'żoni tal-baħar li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Matul dawk il-provi, ma għandux ikun obbligatorju l-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 6 u 7, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

    (a)

    il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat portwali kkonċernat jiġu nnotifikati bil-miktub mill-anqas sitt xhur qabel jibdew il-provi;

    (b)

    il-permessi għall-provi ma jkunux għal iżjed minn 18-il xahar;

    (c)

    il-vapuri kollha involuti jinstallaw tagħmir li ma jistax jitbagħbas għall-monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet ta' gass miċ-ċumnija u jużawh matul il-perjodu kollu tal-prova;

    (d)

    il-vapuri kollha involuti jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak li kieku jintlaħaq bil-limiti fuq il-kubrit għall-karburanti speċifikati f'din id-Direttiva;

    (e)

    matul il-perjodu kollu tal-prova jkun hemm stabbiliti sistemi xierqa għall-immaniġġar tal-iskart għal kwalunkwe skart iġġenerat mill-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet;

    (f)

    matul il-perjodu kollu tal-prova ssir stima tal-impatti fuq l-ambjent tal-baħar, b'mod partikolari fuq l-ekosistemi f'portijiet u estwarji magħluqa; u

    (g)

    ir-riżultati sħaħ jiġu pprovduti lill-Kummissjoni u jsiru pubblikament disponibbli fi żmien sitt xhur minn meta jintemmu l-provi.

    Artikolu 11

    Miżuri finanzjarji

    L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri finanzjarji favur l-operaturi affetwati minn din id-Direttiva fejn tali miżuri finanzjarji jkunu skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat li jkunu applikabbli u li għandhom jiġu adottati f'dan il-qasam.

    Artikolu 12

    Bidla fil-forniment tal-karburanti

    Jekk, bħala riżultat ta' bidla f'daqqa fil-forniment ta' żejt mhux maħdum, prodotti taż-żejt jew idrokarburi oħra, isir diffiċli għal Stat Membru li japplika l-limiti tal-kontenut massimu ta' kubrit imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni tista' tawtorizza limitu ogħla li jkun applikabbli fit-territorju ta' dak l-Istat Membru għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur. Hija għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Istati Membri bid-Deciżjoni tagħha. Kwalunkwe Stat Membru jista' jirriferi dik id-Deċiżjoni lill-Kunsill fi żmien xahar. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jadotta deċiżjoni differenti fi żmien xahrejn.

    Artikolu 13

    Teħid tal-kampjuni u analiżi

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiċċekkjaw permezz ta' teħid tal-kampjuni li l-kontenut ta' kubrit fil-karburanti użati jkun konformi mal-Artikoli 3 sa 7. It-teħid tal-kampjuni għandu jibda fid-data li fiha jidħol fis-seħħ il-limitu rilevanti għall-kontenut massimu ta' kubrit fil-karburant. Dan għandu jsir perjodikament b'suffiċjenza ta' frekwenza u kwantitajiet b'mod li l-kampjuni u l-kwantitajiet ikunu rappreżentattivi tal-karburant eżaminat, u fil-każ ta' karburant għal użu marittimu, tal-karburant li jkun qiegħed jintuża mill-bastimenti waqt li jkunu f'żoni tal-baħar jew f'portijiet rilevanti. Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati mingħajr dewmien żejjed.

    2.   Għandhom jintużaw il-mezzi li ġejjin ta' teħid tal-kampjuni, analiżi u ispezzjoni ta' karburant għal użu marittimu:

    (a)

    l-ispezzjoni tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta' kunsinna tal-bunker; u

    (b)

    kif ikun xieraq, il-mezzi li ġejjin ta' teħid ta' kampjuni u ta' analiżi:

    (i)

    it-teħid ta' kampjuni tal-karburant għal użu marittimu għal kombustjoni abbord waqt li jkun qed jiġi kkonsenjat lill-vapuri, skont il-Linji gwida għat-teħid ta' kampjuni ta' żejt karburant sabiex tiġi ddeterminata l-konformità tiegħu mal-Anness VI rivedut tal-MARPOL, adottat fis-17 ta' Lulju 2009 permezz tar-Riżoluzzjoni 182(59) tal-Kumitat għal-Protezzjoni tal-Ambjent Marittimu (MEPC) tal-IMO, u analiżi tal-kontenut ta' kubrit tiegħu, jew

    (ii)

    it-teħid ta' kampjuni u analiżi tal-kontenut ta' kubrit ta' karburant għal użu marittimu għall-kombustjoni abbord li jkun jinsab f'tankijiet, fejn ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, u f'kampjuni tal-bunker issiġillati abbord il-vapuri.

    3.   Il-metodu ta' referenza adottat sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta' kubrit għandu jkun il-metodu ISO 8754 (2003) jew EN ISO 14596:2007.

    Sabiex jiġi stabbilit jekk il-karburant għal użu marittimu ikkonsenjat lill-vapuri u użat abbord il-vapuri huwiex konformi mal-limiti ta' kubrit meħtieġa skont l-Artikoli 4 sa 7 għandha tintuża l-proċedura ta' verifika tal-karburant stipulata fl-Appendiċi VI tal-Anness VI tal-MARPOL.

    4.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward ta':

    (a)

    il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni;

    (b)

    il-metodi ta' teħid tal-kampjuni;

    (c)

    id-definizzjoni ta' kampjun rappreżentattiv tal-karburant eżaminat.

    Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

    Artikolu 14

    Rapportar u reviżjoni

    1.   Fuq il-bażi tar-riżultati tat-teħid ta' kampjuni, analiżi u ispezzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-konformità mal-istandards tal-kubrit stipulati f'din id-Direttiva għas-sena preċedenti.

    Fuq il-bażi tar-rapporti rċevuti skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u n-notifiki rigward in-nuqqas ta' disponibilità ta' karburant għal użu marittimu li jikkonforma ma' din id-Direttiva sottomessi mill-Istati Membri skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(8), il-Kummissjoni għandha, fi żmien 12-il xahar mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, tfassal u tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għat-tisħiħ ulterjuri tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva u tagħmel kwalunkwe proposta leġislattiva xierqa għal dak il-għan.

    2.   Sal-31 ta' Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposti leġislattivi. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra fir-rapport tagħha l-potenzjal għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja filwaqt li tqis, inter alia: rapporti annwali sottomessi skont il-paragrafu 1 u 3; il-kwalità tal-arja u l-aċidifikazzjoni osservati; l-ispejjeż għall-karburant; l-impatt eknomiku potenzjali u t-tranżizzjoni modali osservata; u l-progress fit-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vapuri.

    3.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport u l-format tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

    Artikolu 15

    Adattament għall-progess xjentifiku u tekniku

    Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 16 fir-rigward tal-adattamenti tal-punti (a) sa (e) u (p) tal-Artikolu 2, tal-punt (b)(i) tal-Artikolu 13(2) u tal-Artikolu 13(3) għall-progress xjentifiku u tekniku. Tali adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f'bidliet diretti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jew fil-limiti fuq il-kubrit għall-karburanti speċifikati f'din id-Direttiva.

    Artikolu 16

    Eżerċizzju tad-delega

    1.   Is-setgħa li tadotta atti ta' delega hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa li tadotta atti ta' delega msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mis-17 ta' Diċembru 2012. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 15 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Hija ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta' kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Malli tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.   Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 15 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 17

    Proċedura ta' kumitat

    1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 18

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

    Il-penali stabbiliti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disważivi u jistgħu jinkludu multi kkalkulati b' mod li jiżguraw li l-multi tal-inqas iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi miksuba mill-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kif imsemmija fl-ewwel paragrafu u li dawk il-multi jiżdiedu gradwalment fil-każ ta' ksur ripetut.

    Artikolu 19

    Tħassir

    Id-Direttiva 1999/32/KE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness III, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.

    Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 20

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 21

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Mejju 2016.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.A. HENNIS-PLASSCHAERT


    (1)  ĠU C 12, 15.1.2015, p. 117.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parliament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2016 (għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' April 2016..

    (3)  Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13).

    (4)  Ara l-Anness III, Parti A.

    (5)  Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).

    (6)  Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

    (7)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabilixxi proċedura għall-għoti ta' infomazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

    (8)  Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

    (9)  Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

    (10)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l- prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    (11)  Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).

    (12)  Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar it-tagħmir marittimu (ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25).

    (13)  Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).

    (14)  Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' susinkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux għat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).

    (15)  Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri marbuta mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15).


    ANNESS I

    VALURI EKWIVALENTI TA' EMISSJONIJIET GĦALL-METODI TA' TNAQQIS TA' EMISSJONIJIET KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

    Il-limiti ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ta din id-Direttiva u fir-Regolamenti 14.1 u 14.4 tal-Anness VI tal-MARPOL u l-valuri ta' emissjonijiet korrispondenti msemmija fl-Artikolu 8(2):

    Kontenut ta' Kubrit f'karburanti għal użu marittimu (% m/m)

    Proporzjon ta' Emissjonijiet ta' SO2 (ppm)/CO2 (% v/v)

    3,50

    151,7

    1,50

    65,0

    1,00

    43,3

    0,50

    21,7

    0,10

    4,3

    Nota:

    L-użu tal-limiti tal-Proporzjon ta' Emissjonijiet japplika biss meta jintuża distillat ibbażat fuq il-petroleum jew żjut karburanti residwi.

    F'każijiet iġġustifikati fejn il-konċentrazzjoni ta' CO2 titnaqqas mill-unità tat-tindif tal-gass tal-egżost (EGC), il-konċentrazzjoni ta' CO2 tista' titkejjel fil-punt tad-dħul għall-unità tal-EGC, sakemm ikun jista' jintwera biċ-ċar li dik il-metodoloġija hija korretta.


    ANNESS II

    KRITERJI GĦALL-UŻU TAL-METODI TAT-TNAQQIS TAL-EMISSJONIJIET KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(4)

    Il-metodi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom tal-anqas jikkonformaw mal-kriterji speċifikati fl-istrumenti li ġejjin, kif applikabbli:

    Metodu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet

    Kriterji għall-użu

    Taħlita ta' karburanti għal użu marittimu u gass li jevapora (boil-off gas)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE (1)

    Sistemi ta' tindif tal-gass tal-egżost

    Riżoluzzjoni MEPC.184(59) adottata fis-17 ta' Lulju 2009

    “L-ilma tal-ħasil li jirriżulta mis-sistemi ta' tindif tal-gass tal-egżost li jagħmlu użu mill-kimiċi, additivi, preparazzjonijiet u kimiċi rilevanti maħluqa in situ”, imsemmija fil-punt 10.1.6.1 tar-Riżoluzzjoni MEPC.184(59), ma għandux jintrema fil-baħar inkluż f'portijiet magħluqa, portijiet, u estwarji, sakemm ma jkunx ippruvat mill-operatur tal-bastiment li r-rimi ta' ilma tal-ħasil ma joħloqx impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u lanqas ikun ta' riskju għalihom. Jekk il-kimika użata tkun soda kawstika, ikun biżżejjed li l-ilma tal-ħasil jissodisfa l-kriterji stipulati fir-Riżoluzzjoni MEPC.184 (59) u li l-pH tiegħu ma jkunx iktar minn 8,0.

    Bijokarburanti:

    L-użu tal-bijokarburanti kif definiti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jikkonformaw mal-istandards CEN u ISO rilevanti.

    It-taħlitiet ta' bijokarburanti u karburanti għal użu marittimu għandhom jikkonformaw mal-istandards tal-kubrit stipulati fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1), (2) u (5) u fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/769/UE tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar l-iffissar ta' kriterji għall-użu ta' metodi teknoloġiċi minn trasportaturi tal-gass naturali likwifikat bħala alternattiva għall-użu ta' karburanti għal użu marittimu b'kontenut ta' kubrit baxx li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4b tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi kif emendata bid-Direttiva 2005/33/KE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu (ĠU L 328, 14.12.2010, p. 15).

    (2)  Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).


    ANNESS III

    PARTI A

    Id-Direttiva mħassra flimkien mal-emendamenti suċċessivi tagħha

    (imsemmija fl-Artikolu 19)

    Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE

    (ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13)

     

    Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

    Il-punt 19 tal-Anness I biss

    Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 59)

     

    Regolament (KE) Nru 219/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 109)

    Il-punt 3.4 tal-Anness biss

    Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88)

    Artikolu 2 biss

    Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1)

     

    PARTI B

    Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

    (imsemmija fl-Artikolu 19)

    Direttiva

    Skadenza għat-traspożizzjoni

    1999/32/KE

    1 ta' Lulju 2000

    2005/33/KE

    11 ta' Awwissu 2006

    2009/30/KE

    31 ta' Diċembru 2010

    2012/33/UE

    18 ta' Ġunju 2014


    ANNESS IV

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Direttiva 1999/32/KE

    Din id-Direttiva

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(1)

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, kliem introduttiv

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, kliem introduttiv

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (a), (b) u (c)

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (a), (b) u (c)

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (d), kliem introduttiv

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (d), kliem introduttiv

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (d), l-ewwel inċiż

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (d)(i)

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (d), it-tieni inċiż

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (d)(ii)

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (e) sa (h)

    Artikolu 1(2), subparagrafu 2, (e) sa (h)

    Artikolu 2, kliem introduttiv

    Artikolu 2, kliem introduttiv

    Artikolu 2, punt 1

    Artikolu 2(a)

    Artikolu 2, punt 1, l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(a)(i)

    Artikolu 2, punt 1, it-tieni inċiż

    Artikolu 2(a)(ii)

    Artikolu 2, punt 2

    Artikolu 2(b)

    Artikolu 2, punt 2, l-ewwel inċiż

    Artikolu 2(b)(i)

    Artikolu 2, punt 2, it-tieni inċiż

    Artikolu 2(b)(ii)

    Artikolu 2, punt 2, il-kliem finali

    Artikolu 2(b), il-kliem finali

    Artikolu 2, punt 3

    Artikolu 2(c)

    Artikolu 2, punt 3a

    Artikolu 2(d)

    Artikolu 2, punt 3b

    Artikolu 2(e)

    Artikolu 2, punt 3c

    Artikolu 2(f)

    Artikolu 2, punt 3d

    Artikolu 2(g)

    Artikolu 2, punt 3e

    Artikolu 2(h)

    Artikolu 2, punt 3f

    Artikolu 2(i)

    Artikolu 2, punt 3 g

    Artikolu 2(j)

    Artikolu 2, punt 3h

    Artikolu 2(k)

    Artikolu 2, punt 3i

    Artikolu 2(l)

    Artikolu 2, punt 3k

    Artikolu 2(m)

    Artikolu 2, punt 3 l

    Artikolu 2(n)

    Artikolu 2, punt 3 m

    Artikolu 2(o)

    Artikolu 2, punt 4

    Artikolu 2(p)

    Artikolu 2, punt 5

    Artikolu 2(q)

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 3a

    Artikolu 5

    Artikolu 4

    Artikolu 4

    Artikolu 4(a)(1)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 4a(1a)

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 4a(2)

    Artikolu 6(3)

    Artikolu 4a(3)

    Artikolu 6(4)

    Artikolu 4a(4)

    Artikolu 6(5)

    Artikolu 4a(5)

    Artikolu 6(6)

    Artikolu 4a(5a)

    Artikolu 6(7)

    Artikolu 4a(5b)

    Artikolu 6(8)

    Artikolu 4a(6)

    Artikolu 6(9)

    Artikolu 4a(7)

    Artikolu 6(10)

    Artikolu 4b

    Artikolu 7

    Artikolu 4c(1) u (2)

    Artikolu 8(1) u (2)

    Artikolu 4c(2a)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 4c(3)

    Artikolu 8(4)

    Artikolu 4c(4)

    Artikolu 8(5)

    Artikolu 4d

    Artikolu 9

    Artikolu 4e

    Artikolu 10

    Artikolu 4f

    Artikolu 11

    Artikolu 5

    Artikolu 12

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 13(1)

    Artikolu 6(1a)

    Artikolu 13(2)

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 6(1b)

    Artikolu 13(4)

    Artikolu 7(1) u (2)

    Artikolu 14(1) u (2)

    Artikolu 7(1a)

    Artikolu 14(3)

    Artikolu 7(3)

    Artikolu 7(4)

    Artikolu 15

    Artikolu 9

    Artikolu 17

    Artikolu 9a

    Artikolu 16

    Artikolu 10

    Artikolu 11(1)

    Artikolu 18, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 11(2)

    Artikolu 18, it-tieni paragrafu

    Artikolu 19

    Artikolu 12

    Artikolu 20

    Artikolu 13

    Artikolu 21

    Annessi I u II

    Annessi I u II

    Anness III

    Anness IV


    Top