This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2383
Council Decision (CFSP) 2016/2383 of 21 December 2016 on the Union support for the International Atomic Energy Agency activities in the areas of nuclear security and in the framework of the implementation of the EU Strategy against the Proliferation of Weapons of Mass Destruction
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2383 tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2383 tal-21 ta' Diċembru 2016 dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva
ĠU L 352, 23.12.2016, pp. 74–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2020: This act has been changed. Current consolidated version:
08/06/2020
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Validity extended by | 32020D0755 | 08/06/2020 | 14/12/2020 | ||
| Modified by | 32020D0755 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 08/06/2020 |
|
23.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 352/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2383
tal-21 ta' Diċembru 2016
dwar l-appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (“l-Istrateġija”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri li jridu jittieħdu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
|
(2) |
L-Unjoni qiegħda timplimenta attivament l-Istrateġija u qiegħda tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b'mod partikolari permezz tar-rilaxx ta' riżorsi finanzjarji biex tappoġġa proġetti speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA). |
|
(3) |
Fis-17 ta' Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1) dwar l-universalizzazzjoni u t-tisħiħ ta' ftehimiet multilaterali fil-qasam tan-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi tat-trasport tagħhom Dik il-Pożizzjoni Komuni tappella, fost oħrajn, għall-promozzjoni tal-konklużjoni ta' ftehimiet komprensivi ta' salvagwardja u Protokolli Addizzjonali tal-IAEA u timpenja lill-Unjoni biex taħdem sabiex il-ftehimiet komprensivi ta' salvagwardja u l-Protokolli Addizzjonali jsiru l-istandard għas-sistema ta' verifika tal-IAEA. |
|
(4) |
Fis-17 ta' Mejju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/495/PESK (2) dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA taħt il-Programm ta' Sigurtà Nukleari tagħha u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija. |
|
(5) |
Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/574/PESK (3) dwar sostenn għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija. |
|
(6) |
Fit-12 ta' Ġunju 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/418/PESK (4) dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija. |
|
(7) |
Fl-14 ta' April 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/314/PESK (5) dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija. |
|
(8) |
Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/585/PESK (6) dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija. |
|
(9) |
Fil-21 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/517/PESK (7) dwar appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija. |
|
(10) |
Fit-8 ta' Mejju 2016, l-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (ACPPNM) daħlet fis-seħħ. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha sostnew l-Emenda permezz ta' kuntatti diplomatiċi u l-finanzjament tal-attivitajiet tal-IAEA f'dak ir-rigward. Wara d-dħul fis-seħħ tagħha, ikun hemm bżonn ta' sforzi sostnuti biex jiġu żgurati l-infurzar nazzjonali u l-universalizzazzjoni tal-ACPPNM. |
|
(11) |
L-IAEA għandha l-istess objettivi stabbiliti fil-Premessi (3) sa (10) permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan għas-Sigurtà Nukleari tagħha li huwa ffinanzjat kompletament permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji lill-Fond għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA. |
|
(12) |
L-Unjoni hija impenjata li ssaħħaħ is-sigurtà nukleari fid-dinja kollha u hija lesta li tkompli tassisti lill-pajjiżi terzi f'dak ir-rigward. L-Unjoni tilqa' l-passi reċenti biex jissaħħaħ il-Programm tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari kif ukoll il-Konferenza Internazzjonali dwar is-Sigurtà Nukleari: Impenji u Azzjonijiet, ospitata mill-IAEA mill-5 sad-9 ta' Diċembru 2016. L-Unjoni timmira li żżomm is-sostenibbiltà u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Azzjonijiet Konġunti 2004/495/PESK, 2005/574/PESK, 2006/418/PESK, 2008/314/PESK u d-Deċiżjoni 2010/585/PESK b'appoġġ għall-Pjani tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari (“Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti”) u hija impenjata li tipprovdi aktar appoġġ bil-ħsieb tal-adozzjoni tal-Pjan tal-IAEA għas-Sigurtà Nukleari 2018-2021. Ser ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib mal-Inizjattiva tal-EU dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (CBRN), kif ukoll ser jitwettqu inizjattivi u programmi oħrajn biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex jiġu massimizzati l-kosteffettività u t-tnaqqis kontinwu tar-riskji. |
|
(13) |
L-implimentazzjoni teknika ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi fdata f'idejn l-IAEA li, abbażi tal-ħila esperta stabbilita u rikonoxxuta b'mod estensiv fil-qasam tas-sigurtà nukleari, tista' ssaħħaħ b'mod sinifikanti l-kapaċitajiet rilevanti fil-pajjiżi fil-mira. Il-proġetti kif appoġġati mill-Unjoni jistgħu jiġu ffinanzjati biss permezz ta' kontribuzzjonijiet volontarji lill-Fond għas-Sigurtà Nukleari tal-IAEA. Dawn il-kontribuzzjonijiet li ser jiġu pprovduti mill-Unjoni ser ikunu strumentali biex l-IAEA tkun tista' taqdi rwol prinċipali fil-qasam tas-sigurtà nukleari permezz ta' appoġġ għall-isforzi tal-pajjiżi biex jitwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà nukleari. |
|
(14) |
Ir-responsabbiltà għas-sigurtà nukleari fi ħdan Stat hija esklużivament f'idejn l-Istat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni immedjata u prattika ta' ċerti elementi tal-Istrateġija, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà nukleari sabiex jitmexxew 'il quddiem l-objettivi li ġejjin:
|
(a) |
li jsir progress lejn l-universalizzazzjoni tan-nonproliferazzjoni internazzjonali u l-istrumenti għas-sigurtà nukleari; |
|
(b) |
li tingħata assistenza lill-Istati fl-istabbiliment tal-kapaċità teknika, xjentifika u umana indiġena, meħtieġa għal sigurtà nukleari effettiva u sostenibbli; |
|
(c) |
li jissaħħu l-kapaċitajiet għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni, ir-reazzjoni u l-protezzjoni ta' persuni, proprjetà, l-ambjent u s-soċjetà minn atti mhux awtorizzati kriminali jew intenzjonali li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju; |
|
(d) |
li jissaħħu l-individwazzjoni ta' traffikar illeċitu ta' materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor, u r-rispons għalih; |
|
(e) |
li jingħata kontribut għas-sigurtà tal-informatika fil-qasam nukleari; |
|
(f) |
li tissaħħaħ is-sigurtà ta' sorsi radjuattivi, biex dawn jitpoġġew f'post ta' ħżin sikur u bla periklu fil-pajjiżi li jeħtieġu assistenza, inkluż ir-ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż tal-oriġini jew il-fornitur; |
|
(g) |
li tissaħħaħ il-protezzjoni fiżika tal-materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor. |
2. Il-proġetti għandu jkollhom l-għan li:
|
(a) |
jiżguraw is-sostenibbiltà u l-effettività ta' appoġġ mogħti permezz ta' Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti; |
|
(b) |
isaħħu l-Infrastruttura Indiġena tal-Istati għall-Appoġġ tas-Sigurtà Nukleari; |
|
(c) |
isaħħu l-Qafas Leġislattiv u Regolatorju tal-Istati; |
|
(d) |
isaħħu s-Sistemi għas-Sigurtà Nukleari u l-Miżuri għal Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor; |
|
(e) |
isaħħu l-Infrastruttura Istituzzjonali tal-Istati u l-Kapaċitajiet tal-Istati li Jittrattaw Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju; |
|
(f) |
isaħħu r-Rispons tal-Istati u r-Reżistenza tagħhom għaċ-Ċiberkriminalità u l-Mitigazzjoni tal-Impatt tagħha fuq is-Sigurtà Nukleari; |
|
(g) |
itejbu l-edukazzjoni u l-kapaċitajiet ta' taħriġ fil-qasam tas-Sigurtà Nukleari; |
|
(h) |
jiżguraw appoġġ iffokat u kontinwu għall-implimentazzjoni u l-universalizzazzjoni tal-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari. |
3. Il-preparamenti għal din id-Deċiżjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-informazzjoni diġà disponibbli għall-IAEA u r-riżultati tal-kompiti mwettqa permezz tal-Azzjonijiet Konġunti u d-Deċiżjonijiet preċedenti.
4. Fl-Anness hemm deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti. Il-listi ta' pajjiżi fil-mira għandhom ikunu bbażati fuq id-definizzjoni tal-ħtiġijiet wara analiżi tal-lakuni kif riflessi fil-Pjani ta' Appoġġ Integrat għas-Sigurtà Nukleari (INSSP) eżistenti, jew fuq proposta aċċettata mis-Segretarjat tal-IAEA. Il-listi tal-pajjiżi u s-subreġjuni benefiċjarji għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri tal-Unjoni f'konsultazzjoni mal-IAEA.
Artikolu 2
1. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“RGħ”) għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
2. Il-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jitwettqu mill-IAEA bħala l-Entità ta' Implimentazzjoni. Hija għandha twettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà tar-RGħ. Għal dak l-għan, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-IAEA.
Artikolu 3
1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implementazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 9 361 204,23.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni tajba tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dak l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mal-IAEA. Il-ftehim ta' finanzjament għandu jistipula li l-IAEA għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, b'mod adatt skont id-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament.
Artikolu 4
1. Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjija mill-IAEA. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu l-bażi għall-evalwazzjoni mill-Kunsill.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2).
Artikolu 5
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
2. Hija għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament bejn il-Kummissjoni u l-IAEA jew 12-il xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda ftehim ta' finanzjament qabel dik id-data.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/PESK tas-17 ta' Novembru 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi nukleari (f'pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom (ĠU L 302, 20.11.2003, p. 34).
(2) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/495/PESK tas-17 ta' Mejju 2004 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA taħt il-Programm ta' Sigurtà Nukleari tagħha u fil-kwadru tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa (ĠU L 182, 19.5.2004, p. 46).
(3) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/574/PESK tat-18 ta' Lulju 2005 dwar sostenn għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Distruzzjoni Massiva (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 44).
(4) Azzjoni Konġunta Tal-Kunsill 2006/418/PESK tat-12 ta' Ġunju 2006 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-AIEA (Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika) fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi tal-Qerda tal-Massa (ĠU L 165, 17.6.2006, p. 20).
(5) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/314/PESK tal-14 ta' April 2008 dwar l-appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda tal-Massa (ĠU L 107, 17.4.2008, p. 62).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/585/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 259, 1.10.2010, p. 10).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/517/PESK tal-21 ta' Ottubru 2013 dwar appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-oqsma tas-sigurtà u l-verifika nukleari u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 6).
ANNESS
Appoġġ mill-Unjoni għall-attivitajiet tal-IAEA fl-oqsma tas-sigurtà nukleari fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva
Eliġibbiltà u għażla tal-Istati benefiċjarji
L-Istati eliġibbli li jirċievu appoġġ taħt din id-Deċiżjoni jinkludu l-Istati Membri kollha tal-IAEA li jeħtieġu appoġġ fil-qasam tas-sigurtà nukleari, soġġett għal deċiżjoni mill-Unjoni, abbażi ta' proposta mill-IAEA. Il-modifiki tal-proposti jistgħu jsiru mill-IAEA, bil-miktub, lill-Unjoni b'ġustifikazzjoni għall-bidliet proposti. Il-bidliet ser jiġu implimentati wara kunsens mill-Unjoni. L-għażla tal-Istati benefiċjarji (“pajjiżi benefiċjarji”) kif indikat f'din id-Deċiżjoni għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjonijiet u d-data diġà disponibbli għall-IAEA miksuba wkoll skont id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill preċedenti u f'konsultazzjoni mal-korpi rilevanti tal-Kunsill, bl-għan li jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-azzjoni. Ser ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib mal-Inizjattiva dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza, proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea u kif ukoll inizjattivi u programmi oħrajn, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu massimizzati l-kosteffettività u t-tnaqqis kontinwu tar-riskji permezz ta' laqgħat tal-ġestjoni tal-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Ċentri ta' Eċċellenza CBRN matul il-laqgħat annwali bejn iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u s-Segretarjat tal-IAEA u fil-marġini tal-laqgħa plenarja annwali taċ-Ċentri ta' Appoġġ għas-Sigurtà Nukleari (NSSC). L-użu ta' fondi għal attivitajiet speċifiċi ser ikun konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni u soġġett għal konsultazzjoni regolari minn qabel. Xi attivitajiet bħall-Korsijiet ta' Taħriġ Nazzjonali (RTC) u Korsijiet ta' Taħriġ Internazzjonali (ITC) ser ikunu ospitati minn Stati li mhumiex pajjiżi benefiċjarji. Dan jirrappreżenta kontribut għall-attivitajiet tal-IAEA mill-Istat ospitanti.
Kull proġett jinkludi lista ta' pajjiżi benefiċjarji potenzjali maqbula bejn l-Unjoni u l-IAEA. Il-proġetti ser jiġu implimentati fl-Istati magħżula ta' dawk ir-reġjuni u jistgħu jinkludu attivitajiet fl-oqsma li ġejjin:
|
1. |
sostenibbiltà u Effettività tal-Appoġġ mogħti permezz ta' Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti; |
|
2. |
tisħiħ tal-Infrastruttura Indiġena tal-Istati għall-Appoġġ tas-Sigurtà Nukleari; |
|
3. |
tisħiħ tal-Qafas Leġislattiv u Regolatorju tal-Istati; |
|
4. |
tisħiħ tas-Sistemi għas-Sigurtà Nukleari u l-Miżuri għal Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor; |
|
5. |
tisħiħ tal-Infrastrutturi Istituzzjonali tal-Istati u l-Kapaċitajiet tal-Istati li Jittrattaw Materjal Nukleari u Materjal Radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju; |
|
6. |
tisħiħ tar-Rispons tal-Istati u r-Reżistenza tagħhom għaċ-Ċiberkriminalità u l-Mitigazzjoni tal-Impatt tagħha fuq is-Sigurtà Nazzjonali u Nukleari; |
|
7. |
l-indirizzar tas-Sigurtà ta' Sorsi Radjuattivi permezz tar-Ripatrijazzjoni tas-Sors; |
|
8. |
Miżuri ta' Prevenzjoni u ta' Protezzjoni kontra Theddid intern u r-Rendikont u l-Kontroll tal-Materjal Nukleari. |
I. PROĠETTI
Proġett 1:
Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-ACPPNM
L-ACPPNM daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Mejju 2016. Din torbot legalment lill-Istati biex jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu reġim adegwat ta' protezzjoni fiżika abbażi ta' 12-il prinċipju fundamentali, applikabbli għal materjal nukleari u faċilitajiet nukleari fil-ġurisdizzjoni tagħhom għall-użu, il-ħżin u t-trasport domestiku u paċifiku. Il-proġett ser jiffoka fuq l-implimentazzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-universalizzazzjoni tal-ACPPNM. Din ukoll torbot legalment għall-Istati Partijiet biex jipproteġu l-faċilitajiet u l-materjal nukleari fl-użu domestiku u paċifiku, il-ħżin u kif ukoll it-trasport, u tipprevedi kooperazzjoni wiesgħa bejn u fost l-Istati rigward miżuri rapidi għas-sejbien u l-irkupru ta' materjal nukleari misruq jew nieqes, ittaffi l-konsegwenzi radjoloġiċi ta' sabutaġġ, u tipprevjeni u tiġġieled kontra offiżi relatati.
Għanjiet tal-proġett:
|
— |
l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-ACPPNM; |
|
— |
it-tisħiħ tal-qafas leġislattiv u regolatorju nazzjonali, kif ukoll il-kapaċità tal-Istati li jiżviluppaw skambji tal-aħjar prattiki f'livell reġjonali, kif japplikaw għal kwalunkwe awtorità involuta fis-sigurtà ta' materjali nukleari jew taħt il-kontroll regolatorju jew inkella barra mill-kontroll regolatorju; |
|
— |
il-forniment lill-Istati ta' mezzi kosteffettivi li jassistuhom biex jonoraw obbligi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u biex jadottaw strumenti legali vinkolanti u internazzjonali; |
|
— |
it-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu stabbiliti, f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' kull Stat u fi ħdan l-ACPPNM, miżuri effettivi għall-protezzjoni fiżika tal-materjal nukleari u faċilitajiet nukleari. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
attivitajiet identifikati fl-INSSP f'għaxar Stati fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' obbligi taħt l-ACPPNM jirriżultaw f'azzjonijiet konkreti. Jiġu ddefiniti l-istadji importanti biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet rilevanti li jwasslu għal soluzzjonijiet sostenibbli għall-Istati biex isaħħu r-reġim nazzjonali tagħhom tas-sigurtà nukleari. Kronoloġiji u impenji miftiehma jiżguraw l-implimentazzjoni komprensiva tal-Pjanijiet; |
|
— |
reviżjoni ta' materjal tat-taħriġ: jiġu żviluppati eżerċizzji ġodda ta' taħriġ għal fehim aħjar mill-udjenza. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
kapaċità akbar fl-Istati sabiex jonoraw l-obbligi tagħhom taħt l-ACPPNM; |
|
— |
bidu ta' żvilupp u titjib ulterjuri tal-qafas regolatorju għall-protezzjoni fiżika; |
|
— |
żvilupp ta' dokument ta' gwida għall-użu mill-Istati biex jiżviluppaw kapaċitajiet nazzjonali dwar ir-regolamentazzjoni, ir-reviżjoni u l-valutazzjoni u għall-ispezzjoni tal-faċilitajiet nukleari biex tiġi żgurata s-sigurtà nukleari matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' faċilità nukleari. |
Proġett 2:
Proġett Sostenibbli
Il-Proġett Sostenibbli propost jibni fuq il-ħidma intensiva fuq il-Qafas tal-Istruttura għall-Individwazzjoni iffinanzjat permezz tad-Deċiżjoni 2013/517/PESK. Dan jirriżulta mill-erba' Missjonijiet ta' Valutazzjoni tal-Impatt dwar l-Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti mwettqa f'Kuba, l-Indoneżja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Malasja u l-Vjetnam. Dawk is-sitt Stati talbu l-appoġġ tal-IAEA fl-INSSP tagħhom fuq dan il-proġett.
Il-proġett għandu l-għan li jipprovdi għodda għall-appoġġ tal-istruttura ta' individwazzjoni għas-sigurtà nukleari, jiġifieri is-sett integrat ta' sistemi u miżuri għas-sigurtà nukleari, ibbażat fuq qafas legali u regolatorju adatt li huwa meħtieġ biex tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali għall-individwazzjoni ta' materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju. Il-proġett propost huwa allinjat mal-appoġġ diġà mogħti mill-Unjoni fil-forniment ta' tagħmir ta' individwazzjoni bħad-Detettur Portiku tar-Radjazzjoni (RPMs) u tagħmir li Jinżamm fl-Idejn.
2.1. Għodod ta' Taħriġ fil-Manutenzjoni
Għanjiet tal-proġett:
|
— |
jassisti lill-Istati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' appoġġ tekniku u xjentifiku indiġenu, u l-iżvilupp tar-riżorsi umani meħtieġa għal sigurtà nukleari effettiva u sostenibbli; |
|
— |
jiżgura użu ottimali u l-manutenzjoni adatta tat-tagħmir mogħti b'donazzjoni mill-Unjoni matul iċ-ċiklu sħiħ ta' ħajtu. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
manutenzjoni korretta hija fattur ewlieni għall-individwazzjoni u r-reazzjoni għal serq, sabutaġġ, aċċess mhux awtorizzat, trasferiment illegali jew atti malizzjużi oħra li jinvolvu materjal nukleari, sustanzi radjuattivi oħra jew il-faċilitajiet assoċjati tagħhom. Jiġu stabbiliti għodod għal taħriġ fil-manutenzjoni tat-tagħmir għall-individwazzjoni (detettur portiku tar-radjazzjoni u unitajiet li jinżammu fl-idejn). Jiġu żviluppati mudelli ta' għodda bil-ħsieb li ikun hemm taħriġ speċifiku rigward il-manutenzjoni tagħhom, flimkien mal-użu korrett tagħhom; |
|
— |
taħriġ fil-manutenzjoni tat-tagħmir għall-individwazzjoni. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
is-sosteniment tal-appoġġ mogħti mill-IAEA għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Istruttura ta' Individwazzjoni; |
|
— |
jiġi żgurat li materjal għat-taħriġ huwa disponibbli u qiegħed jintuża biex isostni t-taħriġ tal-persunal il-ġdid kollu kkonċernat; il-materjal għat-taħriġ fil-prototipi jiġi pprovdut lill-Istati Membri tal-Unjoni permezz tal-Grupp ta' Ħidma dwar in-Nonproliferazzjoni (CONOP); |
|
— |
jiġi żgurat li t-tagħmir għall-individwazzjoni jista' jinżamm operattiv mill-awtoritajiet fil-pajjiżi benefiċjarji għal tul ta' żmien massimu. |
2.2. Għodda tas-Software użata għal Korpi Regolatorji
L-informazzjoni hija vitali għat-tħaddim effettiv tal-RPMs. L-iżvilupp ta' formati ta' data komuni u protokolli tal-ittestjar jippermetti l-komunikazzjoni effettiva bejn bosta operaturi. L-integrazzjoni tad-data minn strumenti għall-individwazzjoni bħall-RPMs li ġejjin minn fornituri differenti f'netwerks ta' informazzjoni hija element importanti fl-iżvilupp ta' sistema globali għall-individwazzjoni li tkun effettiva. Dan il-proġett jista' jgħin lill-Istati jtejbu b'mod sinifikanti l-effettività operattiva tagħhom billi jintegraw is-sistema għall-individwazzjoni fin-netwerks nazzjonali għall-kondiviżjoni tad-data. Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-post u l-operaturi tista' tnaqqas spezzjonijiet doppji u allarmi li malajr ikun ċar li huma innoċenti u foloz assoċjati ma' bosta sistemi passivi għall-individwazzjoni.
Dan il-proġett jimplimenta Sistema Integrata permezz ta' għodda tas-software biex itejjeb il-proċess ta' analiżi u jagħti rakkomandazzjonijiet għal tagħmir xieraq. Mezz ta' rispons analitiku minn Korp Regolatorju lil Stazzjon lokali ta' RPM iżid l-effiċjenza tas-sistema u jappoġġa l-ħidma tal-aktar uffiċjali esposti (FLOs).
Għanjiet tal-proġett:
|
— |
jassisti lill-Istati biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' appoġġ tekniku u xjentifiku indiġenu, u l-iżvilupp tar-riżorsi umani meħtieġa għal sigurtà nukleari effettiva u sostenibbli; |
|
— |
jarmonizza d-data rigward l-allarm, b'mod tkun komparabbli bejn fornituri differenti tat-tagħmir. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
jassisti lill-Korpi Regolatorji fl-integrazzjoni tad-data u l-armonizzazzjoni tas-software tal-allarm sabiex iqabblu d-data minn fornituri differenti u jiżguraw li t-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji jkun ibbażat fuq informazzjoni korretta; |
|
— |
l-għodda Pilota tingħata mill-partijiet ikkonċernati ta' kull Stat u tiġi ttestjata minnhom. Huma jwettqu eżerċizzju ta' test reali bl-appoġġ tal-IAEA permezz ta' Missjonijiet ta' Esperti. Ir-rapport tat-test tal-għodda ta' taħriġ jiġi prodott u inkluż fir-rapport finali. Ir-rispons analitiku mill-awtorità regolatorja lil Stazzjonijiet lokali ta' RPM iżid l-effiċjenza tas-sistema u jsaħħaħ il-ħidma tal-FLOs. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
l-inklużjoni ta' Modulu ta' taħriġ għas-sistema żviluppata kif ukoll sistema interattiva għall-esperti ta' allarmi foloz. L-għodda Prototip tingħata lill-partijiet ikkonċernati ta' kull Stat u tiġi ttestjata minnhom. Modulu ta' taħriġ għas-sistema żviluppata jiġi inkluż fis-sistema kif ukoll għal sistema interattiva għall-esperti ta' allarmi foloz. Ir-rapport tat-test speċifiku tal-għodda ta' taħriġ mibnija jiġi prodott u mibgħut lill-Kummissjoni. Il-materjal għall-Prototip jiġi pprovdut lill-Istati Membri tal-Unjoni permezz tas-CONOP; |
|
— |
isir “test mudell” fi Stat wieħed, titwettaq analiżi u jiġu fformulati r-rekwiżiti tal-bidliet, jekk ikun hemm, abbażi tar-rapport tar-riżultati tat-test; |
|
— |
armonizzazzjoni fil-livell tar-Regolatur, u konsegwentement fost ir-regolaturi fil-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali tagħhom, l-individwazzjoni ta', u r-rispons għal, materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor; |
|
— |
ikun hemm prototip wieħed funzjonanti għal kull pajjiż; |
|
— |
l-inklużjoni ta' Protokoll fl-akkwisti futuri ta' RPMs biex jiġu inklużi r-rekwiżiti speċifiċi rilevanti għas-software. |
Proġett 3:
Tisħiħ tas-sigurtà nukleari b'enfasi reġjonali fuq il-Viċinat tal-UE u l-Amerka Latina
L-objettiv ta' dan il-proġett hu ż-żieda tal-kapaċitajiet nazzjonali għall-iżvilupp u t-tfassil ta' qafas leġislattiv u regolatorju u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fi ħdan l-Istati Membri tal-IAEA għall-istabbiliment ta' reġim ta' Sigurtà Nukleari Nazzjonali komprensiv. L-Unjoni Ewropea bdiet proġett reġjonali fl-Afrika sub-Saħarjana li jittratta s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji tal-produzzjoni ta' uranju, it-trasport u l-ġestjoni sikura ta' sorsi radjuattivi. Dak il-proġett jiżviluppa attivitajiet relatati mas-sigurtà nukleari simili għal dawk proposti taħt dan il-proġett. Għaldaqstant, l-IAEA tibbenefika mir-rispons analitiku u r-riżultati tal-proġett tal-Unjoni biex timplimenta l-attivitajiet kollha jew uħud minnhom fir-reġjuni kkonċernati. Il-programm jissodisfa d-direzzjoni li tinsab fl-OP 13 ta' GC/RES/10 li fiha s-Segretarjat tħeġġeġ biex jiffaċilita proċess ta' koordinazzjoni li jirrigwarda l-interfaċċa bejn is-sikurezza u s-sigurtà. Żewġ diviżjonijiet tal-IAEA jkunu involuti: NRSW (Sikurezza) u NSNS (Sigurtà) f'approċċ ta' kapaċità subreġjonali.
3.1. Tisħiħ tas-Sigurtà Nukleari
Għan tal-proġett:
|
— |
it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni u r-rispons u l-protezzjoni ta' persuni, proprjetà, l-ambjent u s-soċjetà minn atti mhux awtorizzati kriminali jew intenzjonali li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju, inkluż permezz ta' sforzi reġjonali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, fejn dawn ikunu disponibbli. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
attivitajiet identifikati f'INSSP f'għaxar Stati fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' reġimi ta' sigurtà nukleari nazzjonali jirriżultaw f'azzjonijiet konkreti. Jiġu ddefiniti l-istadji importanti biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet rilevanti li jwasslu għal soluzzjonijiet sostenibbli għall-Istat fis-sigurtà nukleari. Kronoloġiji u impenji miftiehma jiżguraw l-implimentazzjoni komprensiva tal-pjanijiet li jiġu implimentati wara kontroverifiki ma' proġetti eżistenti taċ-Ċentri ta' Eċċellenza CBRN tal-UE. |
Riżultat mistenni tal-proġett:
|
— |
kapaċitajiet nazzjonali msaħħa fil-pajjiżi benefiċjarji. |
3.2. Tisħiħ tal-Qafas Legali u Regolatorju nazzjonali dwar is-Sigurtà Nukleari
Għan tal-proġett:
|
— |
it-tisħiħ tal-qafas leġislattiv u regolatorju nazzjonali, kif ukoll il-kapaċità tal-Istati li jiżviluppaw skambji tal-aħjar prattiki f'livell reġjonali, kif japplikaw għal kwalunkwe awtorità involuta fis-sigurtà ta' materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor jew taħt il-kontroll regolatorju jew inkella barra mill-kontroll regolatorju; |
|
— |
il-forniment lill-Istati ta' mezzi kosteffettivi li jassistuhom biex jonoraw obbligi nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, il-promulgazzjoni ta' strumenti legali vinkolanti u internazzjonali u impenn fir-rigward tal-istrumenti legali nonvinkolanti. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
organizzazzjoni ta' Missjonijiet ta' Esperti sabiex jiġu identifikati lakuni fil-liġijiet u r-regolamenti eżistenti, l-assistenza lill-istati sabiex jadattaw fejn meħtieġ billi jagħmlu l-aħjar użu mil-leġislazzjoni Ewropea eżistenti fl-oqsma rilevanti. |
|
— |
użu ta' sinerġiji ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, bħall-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fejn ikun xieraq; |
|
— |
jitkomplew diskussjonijiet fl-Istati involuti dwar l-istrateġiji tagħhom u jiġi żgurat appoġġ biex jibnu l-infrastruttura nazzjonali tagħhom; |
|
— |
żieda fis-sensibilizzazzjoni ta' dawk li jieħdu deċiżjonijiet politiċi dwar l-importanza ta' leġislazzjoni u regolamentazzjoni xierqa dwar is-sigurtà nukleari; |
|
— |
integrazzjoni fl-INSSP tal-Istati involuti. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
assistenza fl-abbozzar ta' liġijiet u regolamenti għall-pajjiżi; |
|
— |
aġġornament tal-liġijiet u regolamenti fejn meħtieġ; |
|
— |
rapporti li jidentifikaw l-istatus attwali u rakkomandazzjonijiet għall-qafas legali u regolatorju tal-Istat rispettiv; |
|
— |
impenn mill-Istati li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet u li jagħtu segwitu wara sentejn; |
|
— |
elaborazzjoni u valutazzjoni tal-eżitu; |
|
— |
integrazzjoni tal-kisbiet fir-rapport finali. |
3.3. Sigurtà ta' Sorsi Radjuattivi
Għanjiet tal-proġett:
|
— |
tisħiħ tal-infrastruttura regolatorja ta' Stat għas-sigurtà ta' sorsi radjuattivi, faċilitajiet assoċjati u attivitajiet assoċjati, inkluż it-trasport; |
|
— |
jiġu stabbiliti, fejn applikabbli, reġistri nazzjonali ta' sorsi radjuattivi fl-Istati magħżula; |
|
— |
kollaborazzjoni ma' Stati biex jiġu stabbiliti u implimentati strateġiji nazzjonali għall-ġestjoni ta' sorsi mhux użati, inkluż ir-ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-fornitur; ħżin nazzjonali sigura sar-rimi, jew esportazzjoni għal riċiklaġġ jew użu mill-ġdid jew ħżin sikur kif indikat taħt il-proġett 7. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
|
Tiġi żgurata s-sigurtà tas-sors permezz ta':
|
|
|
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
3.4. Żvilupp tar-Riżorsi Umani
Għan tal-proġett:
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati għall-prevenzjoni, l-individwazzjoni u r-rispons u l-protezzjoni ta' persuni, proprjetà, l-ambjent u s-soċjetà minn atti mhux awtorizzati kriminali jew intenzjonali li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' riżorsi umani reġjonali u sforzi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, fejn dawn ikunu disponibbli.
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
jiġu implimentati, b'konsiderazzjoni dovuta ta' sforzi simili li ġew implimentati s'issa u biex tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom, Korsijiet ta' Żvilupp Professjonali (PDC) għal membri tal-fakultà minn universitajiet li qed jippjanaw li jimplimentaw kurrikuli postgradwatorji fis-sigurtà nukleari sabiex il-fakultà tkun tista' tgħallem il-kultura tas-sigurtà nukleari fl-istituzzjonijiet tagħhom; |
|
— |
inkoraġġiment biex jingħata taħriġ fil-kultura tas-sigurtà nukleari lil diversi udjenzi professjonali permezz tal-NSSC jew iċ-Ċentri ta' Eċċellenza CBRN tal-UE li jinsabu fir-reġjun; |
|
— |
akkwist ta' tagħmir speċjali għal finijiet edukattivi u ta' taħriġ, bħal għodda għall-individwazzjoni reali użati mill-FLOs, biex jiġi mmaniġġat u mħaddem mill-istudenti jew it-trainees. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
tal-inqas 15-il membru tal-fakultà mħarreġ f'kull PDC dwar suġġett li jrid jiġi ddeterminat aktar tard (tiġi pprovduta lista ta' fakultà mħarrġa); |
|
— |
tal-inqas żewġ korsijiet ta' taħriġ li jitmexxew mill-NSSCs fir-reġjun (listi ta' korsijiet u uffiċjali mħarrġa li jridu jiġu pprovduti); |
|
— |
materjal ta' tagħlim u taħriġ disponibbli fil-PDCs u l-avvenimenti ta' taħriġ (materjal jiġi rieżaminat mir-rappreżentanti tal-Unjoni). |
3.5. Enfasi fuq l-Amerka Latina
Enfasi fuq l-appoġġ għal Stati tal-Amerka Latina li jitkellmu l-Ispanjol. Il-mira hija li jiġu tradotti l-akbar ammont possibbli tad-dokumenti kkonċernati fil-lingwa Spanjola, għal approprjazzjoni akbar tal-eżiti ta' attivitajiet minn dawk l-Istati.
3.5.1. Programm ta' Edukazzjoni
Skola Internazzjonali/Reġjonali dwar is-Sigurtà Nukleari
Kors ta' ġimagħtejn jiġi indirizzat lill-professjonisti minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, idealment b'sena sa tliet snin ta' esperjenza, li jaħdmu f'istituzzjoni rilevanti fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom b'responsabbiltà li tkopri xi aspetti tas-sigurtà nukleari. Il-kandidati għandu jkollhom interess speċifiku tal-karriera fl-għarfien tas-sigurtà nukleari, għalkemm l-isfond akkademiku tagħhom jista' jvarja. Kandidati b'dixxiplina xjentifika jew teknika rilevanti għas-sigurtà nukleari, bħall-fiżika nukleari, l-inġinerija nukleari jew ix-xjenza politika, u/jew f'oqsma relatati, huma partikolarment imħeġġa li japplikaw.
Din l-attività hija maħsuba li tkun ospitata fi Spanja u tingħata bl-Ispanjol u l-Ingliż. Din tkun orjentata għall-Istati tal-Amerka Latina u Ċentrali. Il-kurrikulu jkun ibbażat fuq il-kurrikulu użat fl-iskejjel taħt iċ-Ċentru Internazzjonali tal-Fiżika Teoretika, bl-appoġġ tal-Gvern Taljan.
Skola Reġjonali dwar is-Sigurtà Nukleari f'Kuba
Il-kontenut u l-materjal deskritti taħt il-punt 3.5.1 jiffurmaw il-bażi għal Skola Reġjonali dwar is-Sigurtà Nukleari f'Kuba. Din tiġi implimentata flimkien maċ-Ċentru ta' Appoġġ għas-Sigurtà Nukleari li qiegħed jinħoloq f'Kuba. Din l-Iskola hija maħsuba biex tintuża fil-livell Reġjonali u biex tiġi żviluppata Edukazzjoni fl-Amerka Latina fil-qasam tas-sigurtà nukleari.
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
titjib tal-għarfien fir-reġjun tal-prinċipji tas-sigurtà nukleari. |
3.5.2. Attivitajiet ta' Segwitu dwar is-Sigurtà Nukleari tal-Materjal li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju għal Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti
Għan tal-proġett:
|
— |
li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-ħidma mibdija fil-qafas ta' Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti u li jissokta t-tisħiħ tas-sigurtà nukleari fl-Istati tal-Amerka Latina u Ċentrali. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
L-IAEA rċeviet għadd ta' talbiet għall-assistenza fl-Amerka Latina u Ċentrali, li l-implimentazzjoni tagħhom tiżgura s-sostenibbiltà tal-attivitajiet mibdija fil-qafas ta' Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti. It-talbiet huma identifikati fil-Pjan ta' Appoġġ Integrat għas-Sigurtà Nukleari (INSSP) u jkopru missjonijiet ta' esperti b'mod partikolari fi sptarijiet, eżerċizzji fuq il-post, Korsijiet ta' Taħriġ Nazzjonali (NTC)/RTC/ITC u l-akkwist ta' xi tagħmir ta' identifikazzjoni fl-Arġentina u Kuba.
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
twettiq tal-attivitajiet fl-Istati identifikati. |
3.6. Sigurtà Nukleari ta' Materjal li ma jaqax taħt il-Kontroll Regolatorju fl-Istati fil-Viċinat tal-UE
Għan tal-proġett:
|
— |
li jsiru missjonijiet ta' esperti, eżerċizzji fuq il-post, NTCs/RTCs/ITCs u xi akkwist ta' tagħmir ta' identifikazzjoni fl-Ażerbajġan, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk u l-Ukrajna u Stati oħrajn fil-Viċinat tal-UE. |
Proġett 4:
Tisħiħ tal-għarfien dwar is-sigurtà tal-kompjuters
Id-Diviżjoni tal-IAEA tas-Sigurtà Nukleari toffri sett integrat ta' attivitajiet biex l-Istati jiġu megħjuna jistabbilixxu u jsaħħu s-sigurtà tal-kompjuters fi ħdan reġimi ta' sigurtà nukleari nazzjonali. Dan il-proġett ser jappoġġa l-programm ta' attivitajiet tal-IAEA biex l-Istati jiġu megħjuna fit-titjib tas-sigurtà tal-kompjuters fil-qafas tar-reġimi ta' sigurtà nukleari tagħhom.
Għan tal-proġett:
|
— |
l-IAEA tipprova tgħin biex jinbena għarfien u tingħata gwida lill-Istati biex tissaħħaħ il-ħila tagħhom li jipprevjenu u jwieġbu għal firxa ta' avvenimenti ta' sigurtà nukleari. L-appoġġ hu kkonċentrat fuq il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' inċidenti ta' sigurtà tal-informazzjoni li jkollhom il-potenzjal li jaffettwaw is-sikurezza u s-sigurtà nukleari b'mod negattiv direttament jew indirettament, u r-rispons għalihom. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
għoti ta' taħriġ u appoġġ edukattiv internazzjonali u reġjonali għat-tisħiħ tal-għarfien dwar is-sigurtà tal-kompjuters u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet; |
|
— |
għoti ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet nazzjonali fis-sigurtà tal-informazzjoni u tal-kompjuters għar-reġimi ta' sigurtà nukleari; |
|
— |
organizzazzjoni u faċilitazzjoni ta' laqgħat u fora ta' esperti biex jiġu appoġġati l-iskambju u ta' informazzjoni u d-diskussjoni dwar oqsma topiċi fis-sigurtà tal-kompjuters; |
|
— |
għoti ta' appoġġ għall-Konferenza/Simpożju Internazzjonali tal-IAEA fl-2019 dwar is-Sigurtà tal-Kompjuters f'Dinja Nukleari (Kwartieri Ġenerali tal-IAEA). |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
aktar għarfien tal-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-kompjuters rilevanti għas-sigurtà nukleari u l-iżvilupp ta' materjali/attivitajiet ta' appoġġ għall-faċilitazzjoni tal-iżvilupp u t-titjib ta' programmi tas-sigurtà tal-kompjuters; |
|
— |
aktar kapaċità nazzjonali biex tiġi implimentata u sostnuta s-sigurtà tal-kompjuters bħala parti mir-reġim tas-sigurtà nukleari; |
|
— |
għarfien u użu tal-attivitajiet ta' gwida u appoġġ tal-NSNS għal assistenza fit-titjib tas-sigurtà tal-kompjuters tal-Istat tagħhom bħala parti mir-reġim ta' sigurtà nukleari tagħhom; |
|
— |
skambju ta' informazzjoni globali/reġjonali dwar it-tagħlimiet meħuda u l-prattiki tajbin marbutin mal-implimentazzjoni tas-sigurtà tal-kompjuters fi ħdan reġim ta' sigurtà nukleari; |
|
— |
kooperazzjoni aħjar mas-sħab industrijali u bejniethom fl-iżvilupp ta' teknoloġiji u servizzi li jipprovdu livell ogħla ta' reżiljenza kontra ċiberattakki, u rispons għalihom; |
|
— |
strutturi nazzjonali ta' taħriġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fis-sigurtà tal-kompjuters fi ħdan ir-reġim ta' sigurtà nukleari, pereżempju għajnuna liċ-Ċentri ta' Appoġġ għas-Sigurtà Nukleari fl-iżvilupp ta' kurrikuli tas-sigurtà tal-kompjuters; |
|
— |
faċilitazzjoni tal-qsim ta' informazzjoni ċentralizzat biex jiġi appoġġat l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sigurtà tal-kompjuters rilevanti għall-partijiet ikkonċernati mis-sigurtà nukleari; |
|
— |
organizzazzjoni tal-Konferenza/Simpożju Internazzjonali tal-IAEA dwar is-Sigurtà tal-Kompjuters f'Dinja Nukleari. |
Proġett 5:
Sigurtà tal-Materjal Nukleari u l-Faċilitajiet Nukleari
L-IAEA ser tkompli tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà nukleari globali u nazzjonali permezz ta' attivitajiet li jappoġġaw, fuq talba, lill-Istati fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu r-riskju li materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li jkun qiegħed jintuża, ikun maħżun u/jew ikun qed jiġi ttrasportat jista' jintuża f'atti malizzjużi. Jeħtieġ li s-sistemi nazzjonali tas-sigurtà nukleari jiġu appoġġati permezz tal-provvediment ta' titjib tas-sigurtà fil-faċilitajiet nukleari jew is-sorsi radjuattivi u taħriġ nazzjonali b'mod sistematiku u l-provvediment ta' appoġġ tekniku speċifiku meħtieġ għall-użu u l-manutenzjoni effettivi ta' sistemi ta' protezzjoni fiżika u sistemi tekniċi oħra ta' sigurtà nukleari.
Għan tal-proġett:
|
— |
li tissaħħaħ l-ewwel linja ta' difiża ta' Stat fl-għamla ta' sigurtà għall-materjal nukleari u l-faċilitajiet nukleari. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
aġġornament tal-Protezzjoni Fiżika ta' faċilità waħda biex jiġi żgurat li jintlaħqu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija f' INFCIRC/225/Rev.5; |
|
— |
valutazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni fiżika f'faċilitajiet nukleari fuq il-bażi ta' talbiet mill-Istati Membri. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
materjal u faċilitajiet nukleari sikuri; għajnuna lill-Istat jiġi megħjun jagħmel manutenzjoni b'mod sostenibbli tat-tagħmir ipprovdut wara l-installazzjoni tiegħu; |
|
— |
tiġi pprovduta valutazzjoni tal-impatt tal-valur miżjud u l-benefiċċju tal-fondi tal-Unjoni. |
Proġett 6
Missjonijiet tas-Servizz Internazzjonali ta' Konsulenza rigward il-Protezzjoni Fiżika (IPPAS)
Il-programm IPPAS, mibdi fl-1995, huwa parti fundamentali mill-isforzi tal-IAEA biex tgħin lill-istati membri jistabbilixxu u jżommu reġim effettiv ta' protezzjoni fiżika għall-protezzjoni mit-tneħħija mhux awtorizzata ta' materjal nukleari u s-sabutaġġ ta' faċilitajiet u materjal nukleari. L-IPPAS jipprovdi konsulenza mill-pari dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-ACPPNM u dwar l-implimentazzjoni tas-Sensiela tal-IAEA ta' dokumenti ta' gwida dwar is-Sigurtà Nukleari, partikolarment il-Prinċipji Fundamentali u r-Rakkomandazzjonijiet.
Għan tal-proġett:
|
— |
għajnuna lill-Istati biex jittrasponu d-dispożizzjonijiet tal-istrumenti internazzjonali dwar is-sigurtà nukleari u tal-gwida tal-IAEA f'rekwiżiti regolatorji għat-tfassil u t-tħaddim tas-sistemi ta' protezzjoni fiżika; |
|
— |
forniment ta' kunċetti ġodda lill-korpi u l-faċilitajiet tal-Istat kif ukoll l-identifikazzjoni u d-diskussjoni ta' prattiki tajbin marbutin mal-protezzjoni fiżika li jistgħu jkunu ta' ġid għat-tisħiħ tas-sigurtà nukleari. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
twettiq u tlestija ta' missjonijiet tal-IPPAS f'sitt Stati; |
|
— |
abbażi tat-talbiet diġà riċevuti mill-IAEA, isiru missjonijiet lejn il-Belarussja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Ġamajka, il-Libanu, Madagascar u l-Vjetnam. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
tittejjeb u tiġi sostnuta s-sigurtà nukleari fil-pajjiżi fil-mira; |
|
— |
produzzjoni tar-Rapporti Finali tal-Missjonijiet għall-pajjiżi b'deskrizzjoni ta' attivitajiet ta' segwitu bħala parti mir-rapport finali. |
Proġett 7:
Ripatrijazzjoni tas-Sorsi
Is-sigurtà tas-sorsi radjuattivi għandha tiġi indirizzata fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż meta s-sorsi ma jibqgħux jintużaw. L-Istati ser jitħeġġu biex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali għall-ġestjoni ta' sorsi li ma għadhomx jintużaw, li jinkludu waħda jew aktar mill-għażliet ta' ġestjoni li ġejjin: ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-fornitur, ħażna sikura nazzjonali sa meta jsir ir-rimi, jew esportazzjoni għar-riċiklaġġ jew użu mill-ġdid jew ħażna sikura.
Għanjiet tal-proġett:
|
— |
jissokta l-appoġġ ipprovdut mill-IAEA lill-Istati għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' sigurtà nukleari nazzjonali għall-protezzjoni ta' persuni, proprjetà u l-ambjent minn avvenimenti ta' sigurtà nukleari li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju. Dan ser jinkludi l-iżvilupp ta' kapaċitajiet nazzjonali għall-ġestjoni ta' sorsi li ma għadhomx jintużaw, tfittxija għal sorsi orfni u, jekk ikun meħtieġ, jiġu rimpatrijati jew esportati għar-riċiklaġġ. Skont l-urġenza tas-sorsi identifikati permezz tal-attivitajiet marbutin mal-istabbiliment ta' inventarji nazzjonali li saru fil-Proġett 3, diversi sorsi b'livell għoli ta' attività ser jiġu rimpatrijati permezz ta' dan il-finanzjament; |
|
— |
li jinstabu u jiġu identifikati sorsi radjuattivi f'ċirkostanzi li jindikaw il-ħtieġa ta' kondizzjonament tas-sorsi u li jinġiebu lejn post ta' ħażna sikur u bla periklu fil-pajjiżi magħżula jew ir-ripatrijazzjoni lejn il-pajjiż ta' oriġini jew il-fornitur. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
skont l-urġenza tas-sorsi identifikati li jkunu ser jiġu rimpatrijati permezz tal-inventarju li sar fil-Proġett 3, ser jiġu rimpatrijati diversi sorsi identifikati; |
|
— |
l-Istati riċeventi ser jiġu definiti min-naħa tal-Unjoni fuq il-bażi ta' proposta mill-IAEA. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
konsolidazzjoni u kondizzjonament tas-sorsi; |
|
— |
ripatrijazzjoni ta' żewġ sorsi identifikati lejn il-pajjiż ta' oriġini jew esportazzjoni għar-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid. |
Għall-għażla tas-sorsi li ser jiġu rimpatrijati, ser jintużaw il-kriterji li ġejjin: sors b'livell għoli ta' attività (Kategorija 1 jew 2); Oriġini Ewropea; ebda finanzjament għar-ripatrijazzjoni ma jkun disponibbli f'dan il-punt; ripatrijazzjoni ta' sors wieħed, jiġifieri li ma jkunux parti minn inventarju akbar, sabiex ir-ripatrijazzjoni ta' sors wieħed tirriżulta f'effett sinifikanti ta' tnaqqis tar-riskju.
Proġett 8:
Segwitu għall-Proġetti taċ-Ċiklu IV saċ-Ċiklu VI
8.1. Theddida minn ġewwa, il-Kontabbiltà u l-Kontroll ta' Materjal Nukleari (NMAC)
Għan tal-proġett:
|
— |
huwa propost li jissoktaw l-azzjonijiet li saru f'Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti u fl-aħħar Ftehim ta' Kontribut (bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2013/517/PESK) dwar iż-żewġ punti li ġejjin: Miżuri ta' Prevenzjoni u ta' Protezzjoni kontra Theddid minn Ġewwa u l-Kontabbiltà u l-Kontroll ta' Materjal Nukleari. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
forniment ta' għarfien bażiku dwar kunċetti, metodoloġiji, u teknoloġija li jikkonformaw mal-istrumenti vinkolanti u mhux vinkolanti marbutin mas-sigurtà nukleari; dimostrazzjoni ta' elementi ta' sistema domestika effettiva ta' NMAC f'faċilitajiet nukleari biex tiżdied il-ħila tal-Istati Membri li jidentifikaw użu jew tneħħija mhux awtorizzata ta' materjal nukleari; u familjarizzazzjoni tal-Istati Membri ma' theddid minn ġewwa u identifikazzjoni ta' miżuri preventivi u protettivi kontra theddid minn ġewwa. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
il-korsijiet jibbenefikaw lill-Istati Membri billi jipprovdu prattiki tajbin meħudin mid-dokumenti ta' gwida u tagħlimiet meħuda minn esperti li jgħinu lill-Istati Membri jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-miri marbutin mas-sigurtà nukleari fil-faċilitajiet; |
|
— |
NMAC: l-objettiv tal-kors huwa li jinħoloq għarfien tal-ħtieġa li jkun hemm fis-seħħ sistema domestika ta' NMAC fil-faċilitajiet nukleari li tkun effettiva fl-identifikazzjoni ta' tneħħija mhux awtorizzata ta' materjal nukleari, speċjalment kontra l-attur mhux Statali. Il-kors ser isib ix-xebh u d-differenzi bejn l-elementi ta' programm domestiku ta' NMAC u s-Salvagwardji tal-IAEA. |
|
— |
Element Intern: l-objettiv tal-kors huwa li l-parteċipanti jsiru familjari mal-miżuri ta' sigurtà nukleari li jindirizzaw theddid minn ġewwa, inkluż it-tneħħija mhux awtorizzata ta' materjali nukleari (serq), sabutaġġ u ċ-ċibersigurtà f'faċilitajiet li fihom materjal nukleari. |
|
— |
Id-dokumenti ta' gwida tas-Sensiela dwar is-Sigurtà Nukleari jibbenefikaw lill-Istati Membri billi jipprovdu struzzjoni mifruxa dwar kif jintlaħqu l-miri ta' reġimi effettivi ta' sigurtà nukleari; |
|
— |
NMAC: kemm l-NSS 25-G kif ukoll l-NST-33 jibbenefikaw lill-Istati Membri billi jipprovdu direzzjoni dwar aspetti tal-implimentazzjoni tan-NMAC inkluż il-ġestjoni tas-sistema ta' NMAC, l-użu ta' rekords, it-teħid fiżiku tal-inventarju, kejl u kontroll tal-kwalità tal-kejl, kontroll tal-materjal nukleari, movimenti tal-materjal nukleari, investigazzjoni ta' identifikazzjoni u riżoluzzjonijiet ta' irregolaritajiet fin-NMAC, u valutazzjoni u ttestjar tal-prestazzjoni tas-sistema ta' NMAC. |
|
— |
Element Intern: L-NSS 8 jibbenefika lill-Istati Membri billi jipprovdi direzzjoni dwar miżuri preventivi u protettivi kontra theddid minn ġewwa b'rabta mat-tneħħija mhux awtorizzata ta' materjal nukleari u s-sabutaġġ ta' materjal u faċilitajiet nukleari, u jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet fl-NSS 13. L-NSS 8 jipprovdi gwida ġenerali dwar theddid minn ġewwa fuq il-bażi ta' għarfien tal-approċċ iggradat, definizzjoni ta' theddid minn ġewwa u modi biex jiġu kategorizzati l-elementi interni, identifikazzjoni tal-miri u s-sistemi tal-faċilitajiet li jeħtieġu protezzjoni minn atti malizzjużi, u applikazzjoni u evalwazzjoni ta' miżuri preventivi u protettivi fuq il-livell tal-faċilità biex jiġi indirizzat it-theddid minn ġewwa. |
8.2. Żvilupp ta' Sigurtà u Sikurezza għat-Trasport
Għan tal-proġett:
L-IAEA tiżviluppa gwida komprensiva fis-Sensiela dwar is-Sigurtà Nukleari biex tgħin lill-Istati jħarsu l-obbligi tagħhom fil-qafas legali internazzjonali għas-sigurtà nukleari. Hi meħtieġa gwida addizzjonali biex tiġi indirizzata s-sigurtà ta' materjali nukleari u materjali radjuattivi oħrajn fit-trasport.
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
attivitajiet biex tingħata għajnuna lill-Istati biex itejbu s-sigurtà tat-trasport u jimpenjaw ir-regolaturi u awtoritajiet kompetenti oħra li għandhom responsabbiltà u rwoli fil-qasam tas-sigurtà tal-materjal radjuattiv waqt it-trasport. Bħalissa, it-taħriġ u l-gwida rigward is-sigurtà u s-sikurezza huma pprovduti fil-biċċa l-kbira lill-Istati Membri b'mod separat, anki jekk f'bosta Stati Membri l-udjenza hija l-istess. L-IAEA temmen li billi jiġu sfruttati n-netwerks reġjonali eżistenti għas-sikurezza, jistgħu jingħataw korsijiet ta' taħriġ konġunti dwar is-sigurtà tal-materjali, filwaqt li jiġu indirizzati l-punti komuni mas-sigurtà u t-trasport sigur. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
il-produzzjoni ta' manwal dwar is-sigurtà u s-sikurezza tas-sorsi radjuattivi waqt it-trasport. Manwal bħal dan jista' jservi wkoll ta' għodda għal dawk fl-oqsma tas-sigurtà u tas-sikurezza biex jifhmu l-ieħor x'jagħmel; li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal kultura tas-sikurezza u tas-sigurtà aktar b'saħħtiha u aktar effiċjenti. |
|
— |
it-twettiq ta' ITC wieħed, RTC wieħed u żewġ NTC permezz ta' netwerks reġjonali biex issir sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa ta' sigurtà waqt it-trasport ta' materjal radjuattiv u biex lill-parteċipanti jingħata l-għarfien meħtieġ biex jiżviluppaw u jimplimentaw ir-rekwiżiti nazzjonali fil-qasam tas-sigurtà fit-trasport. |
8.3. Forensika Nukleari
Għan tal-proġett:
|
— |
il-Konferenzi Internazzjonali dwar il-Progress fil-Forensika Nukleari enfasizzaw il-ħtieġa li jitmexxew 'il quddiem l-approċċi reġjonali fil-forensika nukleari biex jiġu riflessi r-rekwiżiti komuni tal-Istati Membri u l-kapaċitajiet eżistenti hekk kif jiżviluppaw kapaċità fil-qasam tal-forensika nukleari biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom bħala parti minn infrastruttura tas-sigurtà nukleari. Kien hemm interess konsiderevoli minn Stati Membri Afrikani bħala parti mill-iżvilupp u r-rieżami tal-INSSP biex tiġi inkluża l-forensika nukleari bħala parti mir-rispons għal avveniment fil-qasam tas-sigurtà nukleari. Dan l-interess hu mmexxi mit-tkabbir rapidu fl-Afrika li jiddependi mill-aċċess faċli għal materjal nukleari u materjali radjuattivi oħrajn fl-industrija, il-mediċina u r-riċerka iżda hu mxekkel minn theddid serju għas-sigurtà, inkluż terroristi li attakkaw l-Afrika ta' Fuq u l-Afrika sub-Saħarjana. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
l-IAEA ser tagħmel sforzi konċertati biex tindirizza l-ħtiġijiet tal-Istati Membri permezz tal-innovazzjoni, inkluż orjentazzjoni għall-metodi tal-laboratorji. L-IAEA ttestjat introduzzjoni prattika ġdida għat-taħriġ dwar il-forensika nukleari mgħallma fil-laboratorji tal-forensika nukleari. Il-proġett ser jinkludi ITC għall-prattikanti u inkarigu ta' residenti fit-tul għal xjenzat f'laboratorju ewlieni tal-forensika nukleari taħt il-gwida tal-ospitant u l-IAEA. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
komponent sinifikanti tal-assistenza fil-qasam tal-forensika nukleari lill-Afrika ta' Fuq huwa l-iżvilupp ta' riżorsi umani, pereżempju esperti fis-suġġett. Ser jiġu identifikati suġġetti u opportunitajiet għal impenn u żvilupp futuri fil-qasam tal-forensika nukleari (jiġifieri, riċerka, infurzar tal-liġi, kapaċitajiet analitiċi, estrazzjoni tal-uranju u sigurtà tas-sorsi radjuattivi) fir-reġjun kollu. Dawn ser jiddefinixxu l-attivitajiet ta' implimentazzjoni dwar il-forensika nukleari fl-Afrika ta' Fuq. Il-laqgħat ser isiru kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-Franċiż u d-dokumentazzjoni kollha ser tiġi tradotta bil-Franċiż biex il-pajjiżi benefiċjarji ikunu jistgħu jagħmlu użu aħjar minnha. |
Pajjiżi benefiċjarji possibbli: l-istati Membri kollha tal-Afrika ta' Fuq u l-Istati fil-Viċinat tal-UE.
8.4. Stabbiliment ta' Qafas Effettiv għar-Rispons Nazzjonali
It-theddida ta' terroriżmu nukleari ġiet rikonoxxuta bħala kwistjoni ta' tħassib għall-Istati kollha, u r-riskju li materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor jista' jintuża f'att kriminali jew att intenzjonali mhux awtorizzat jirrappreżenta theddida serja għas-sigurtà nazzjonali u reġjonali, b'konsegwenzi potenzjalment serji għall-persuni, il-proprjetà u l-ambjent.
Il-konsegwenzi potenzjali ta' att kriminali jew att intenzjonali mhux awtorizzat li jinvolvi materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju jiddependu mill-ammont tal-materjal, il-forma, il-kompożizzjoni u l-attività tiegħu. Atti bħal dawn jistgħu jwasslu għal impatti qawwija fuq is-saħħa u impatti soċjali, psikoloġiċi u ekonomiċi qawwija, ħsara lil proprjetà u konsegwenzi politiċi u ambjentali. Pereżempju, iseħħu regolarment avvenimenti pubbliċi kbar bi status internazzjonali. Minħabba l-viżibilità tagħhom, ir-riżultat tal-kopertura kontinwa mill-mezzi tax-xandir, huwa ġeneralment rikonoxxut li hemm theddida sostanzjali ta' attakk terroristiku fuq laqgħa ta' summit politiku jew ekonomiku ta' profil għoli jew avveniment sportiv kbir.
Il-materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor jiġi mċaqlaq kull jum, kemm jekk b'mod awtorizzat u soġġett għal regolamenti nazzjonali u internazzjonali dwar it-trasport, kif ukoll b'mod mhux awtorizzat, jew jiġi mmaniġġat minn dawk li ma jixtiequx jinqabdu. Miżuri effettivi għall-kontroll tas-sigurtà nukleari jgħinu biex jiġi żgurat li jseħħu biss movimenti leġittimi u li jiġu applikati proċeduri realistiċi u effettivi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni ta' avvenimenti fil-pront u r-rispons rapidu għalihom.
Kull Stat għandu r-responsabbiltà li jkun imħejji biex jipprevjeni, jidentifika u jirreaġixxi għal avvenimenti marbuta mas-sigurtà nukleari, inkluż dawk li jistgħu jiskattaw emerġenza radjoloġika.
Għan tal-proġett:
|
— |
sabiex jiġu sostnuti u msaħħa l-kapaċitajiet tal-Istati Membri biex jirreaġixxu għal atti kriminali jew atti intenzjonali mhux awtorizzati li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor, l-IAEA tipprovdi assistenza li tiffoka fuq l-istabbiliment ta' qafas nazzjonali effettiv għar-rispons. F'dan il-kuntest, l-IAEA tfittex li tassisti lill-Istati Membri jidentifikaw materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor li ma jaqax taħt il-kontroll regolatorju u biex jirreaġixxu għal avvenimenti marbuta mas-sigurtà nukleari billi twettaq missjonijiet konsultattivi u ta' evalwazzjoni, timplimenta taħriġ rigward ir-riżorsi umani u tipprovdi assistenza biex jiġu rispettati l-istrumenti legali internazzjonali, u billi tiżviluppa gwida aċċettata fil-livell internazzjonali u tagħmilha għad-dispożizzjoni tal-Istati. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
biex jassisti lill-Istati u jsostni infrastruttura nazzjonali effettiva ta' rispons permezz tal-ippjanar, il-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-riżultati tal-attivitajiet li ġejjin:
|
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
hu mistenni li l-Istati li qed jieħdu sehem f'dan il-programm jkunu saħħew il-kapaċità tagħhom li jirreaġixxu għal atti kriminali jew atti intenzjonali mhux awtorizzati li jinvolvu materjal nukleari jew materjal radjuattiv ieħor billi jiżguraw il-kapaċità tagħhom li jivvalutaw malajr u jikkategorizzaw l-avveniment skont fatturi bħalma huma t-theddida, il-potenzjal uman u l-konsegwenzi ambjentali, l-impatt ekonomiku u n-natura tal-materjal nukleari u materjal radjuattiv ieħor involut. |
8.5. Identifikazzjoni
Għan tal-proġett:
|
— |
dawk l-attivitajiet huma s-segwitu għal dawk imwettqa mil-Qasam tal-Identifikazzjoni permezz tal-Azzjonijiet Konġunti u Deċiżjonijiet preċedenti u l-aħħar Ftehim ta' Kontribuzzjoni. Wieħed mill-elementi meħtieġa li jappoġġaw l-istabbiliment ta' sistema effettiva għas-sigurtà nukleari huwa l-iżvilupp ta' strateġija nazzjonali għall-identifikazzjoni. Arkitettura effettiva ta' identifikazzjoni fil-qasam tas-sigurtà nukleari hija bbażata fuq l-istrateġija nazzjonali għall-identifikazzjoni u l-qafas legali u regolatorju nazzjonali għas-sigurtà nukleari, u huwa appoġġat minn sistema tal-infurzar tal-liġi li taħdem sew. |
Deskrizzjoni tal-proġett:
|
— |
enfasi fuq it-tfassil u l-iżvilupp tal-Arkitettura ta' Identifikazzjoni, l-IAEA għandha l-ħsieb li torganizza sitt missjonijiet tal-esperti u tipprovdi strumenti ta' identifikazzjoni. |
Riżultati mistennija tal-proġett:
|
— |
l-għoti b'donazzjoni ta' tagħmir ta' identifikazzjoni skont l-istrateġija għall-identifikazzjoni. |
II. RAPPURTAR U VALUTAZZJONI
L-IAEA ser tippreżenta lir-RGħ u lill-Kummissjoni żewġ rapporti annwali u rapport finanzjarju u narrattiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti, u, minbarra dan, tliet rapporti informali semestrali ta' progress. Ir-rapport informali apposta dwar suġġetti rilevanti ser jiġu pproċessati mill-IAEA, meta meħtieġ u fuq talba tal-Kummissjoni.
Ir-rapport finanzjarju u narrattiv finali janalizza l-implimentazzjoni dettaljata tal-proġetti kollha u jinkludi wkoll:
|
— |
rapport tat-test komprensiv tal-għodda ta' taħriġ mibnija taħt il-punt 2.2 tal-Kapitolu I li għandu jiġi inkorporat fir-rapport finali; |
|
— |
rapport dwar l-istatus attwali u rakkomandazzjonijiet għall-qafas legali u regolatorju tal-istati rispettiv fil-Proġett 3, skont il-kunfidenzjalità mitluba mill-Istat benefiċjarju; |
|
— |
kisbiet taħt il-punt 3.2 tal-Kapitolu I; |
Ser tintbagħat kopja tar-rapporti lid-Delegazzjoni tal-Unjoni fi Vjenna.
III. PARTEĊIPAZZJONI TA' ESPERTI BLA ĦLAS LI ĠEJJIN MINN STATI MEMBRI TAL-UE
L-involviment attiv ta' esperti ġejjin minn Stati Membri tal-Unjoni huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' din id-Deċiżjoni. L-IAEA ser tagħmel użu minn dawk l-esperti għall-proġetti. L-IAEA ser tiżviluppa proposti biex l-ispejjeż li jirrigwardaw il-persunal jiġu ffinanzjati mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni, abbażi ta' analiżi tal-ħtiġijiet ladarba tkun miftehma l-lista tal-benefiċjarji. Dak il-persunal ser ikun ingaġġat skont ir-regoli tal-IAEA.
IV. DURATA
It-tul ta' żmien totali tal-implimentazzjoni tal-proġetti hu stmat li jkun ta' 36 xahar.
V. BENEFIĊJARJI
Il-pajjiżi benefiċjarji tad-diversi proġetti ser jittieħdu mil-listi rispettivi li ġejjin.
Jekk l-Istati jiddeċiedu li ma jistgħux jaċċettaw l-assistenza, l-IAEA ser tipproponi benefiċjarji ġodda lis-CONOP skont il-ħtiġijiet identifikati permezz tal-INSSP.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 1 ser ikunu fl-Afrika: l-Alġerija, l-Eġittu, il-Mauritania, in-Niġer, il-Marokk, it-Tuneżija; fl-Asja u l-Paċifiku: il-Malasja, il-Pakistan u Stati oħra — li għad iridu jiġu determinati, li jitolbu appoġġ mill-IAEA; fl-Amerika Latina u l-Karibew: l-Arġentina, iċ-Ċilì, il-Kolombja, Kuba, il-Perù, l-Urugwaj, u Stati fil-Viċinat tal-UE.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 2 ser ikunu Kuba, l-Indoneżja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Malasja u l-Vjetnam.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 3 ser ikunu l-Istati tal-Viċinat tal-UE: l-Albanija, l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eġittu, il-Georgia, il-Ġordan, il-Libanu, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Mauritania, il-Moldova, ir-Repubblika tal-Montenegro, it-Tuneżija, it-Turkija u l-Ukrajna u pajjiżi fl-Amerka Latina u l-Amerka Ċentrali: il-Bolivja, iċ-Ċilì, il-Kolombja, Kuba, l-Ekwador, il-Honduras, il-Panama, il-Paragwaj.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 4 ser ikunu l-Afrika ta' Fuq, ix-Xlokk tal-Asja, l-Amerka Latina, Nazzjonijiet/Reġjuni fil-fażijiet inizjali ta' żvilupp ta' programmi ta' enerġija nukleari u kapaċitajiet ta' reatturi ta' riċerka u — l-Vjetnam, l-Eġittu, it-Turkija, it-Tajlandja, u pajjiżi oħrajn li għandhom jiġu deċiżi fi stadju aktar tard.
Il-benefiċjarju tal-Proġett 5 ser ikun l-Eġittu.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 6 ser ikunu l-Belarussja, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Ġamajka, il-Libanu, Madagascar u l-Vjetnam.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 7 ser jintgħażlu minn fost dawn li ġejjin: l-Albanija, il-Bahrain, il-Burkina Faso, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Libanu u Madagascar.
Il-benefiċjarji tal-Proġett 8 ser ikunu l-Alġerija, l-Albanija, il-Bangladesh, Kuba, il-Georgia, il-Każakistan, il-Malasja, il-Marokk, l-Ukrajna, il-Vjetnam, jew Stati oħrajn li għandhom jiġu deċiżi fi stadju aktar tard, u li jitolbu l-appoġġ fl-INSSP mill-Afrika, l-Asja, l-Amerka Latina u l-Amerka Ċentrali; Stati Ospitanti Speċifiċi: il-Ġermanja, l-Awstrija.
VI. VIŻIBBILTÀ TAL-UE
Il-IAEA għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa biex tirreklama l-fatt li l-Azzjoni tkun ġiet iffinanzjata mill-Unjoni. Tali miżuri ser jitwettqu f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-Manwali tal-Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-UE stabbiliti u ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea. B'dan il-mod, l-IAEA ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni permezz ta' mmarkar u pubbliċità xierqa, li jenfasizzaw ir-rwol tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza tal-azzjonijiet tagħha, u jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-raġunijiet għad-Deċiżjoni kif ukoll l-appoġġ mill-Unjoni għad-Deċiżjoni u r-riżultati ta' dan l-appoġġ. Il-materjal prodott mill-proġett ser juri b'mod prominenti l-bandiera tal-Unjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Unjoni għall-użu u r-riproduzzjoni preċiżi tal-bandiera. Meta xieraq, l-IAEA ser tistieden rappreżentanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri tal-Unjoni għal missjonijiet jew avvenimenti marbuta mal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
VII. AĠENZIJA TA' IMPLIMENTAZZJONI
L-IAEA ser tiġi fdata bl-implimentazzjoni teknika tal-proġetti. Il-proġetti ser jiġu implimentati direttament minn persunal tal-IAEA, esperti mill-Istati Membri u minn kuntratturi. L-implimentazzjoni tal-proġetti ser tkun f'konformità mal-Ftehim Qafas Finanzjarju u Amministrattiv u l-ftehim ta' finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-IAEA.