Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2112

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2112 tal-1 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/401/PESK dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 327, 2.12.2016, p. 78–78 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2112/oj

    2.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 327/78


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/2112

    tal-1 ta' Diċembru 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/401/PESK dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-26 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/401/PESK (1) dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-Bord taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (“SATCEN”) għandu jkollu l-possibbiltà li jistieden esperti minn Stati rilevanti, organizzazzjonijiet internazzjonali, korpi u entitajiet rilevanti għal uħud mil-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.

    (3)

    Is-SATCEN għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni f'dak li jirrigwarda l-attivitajiet tas-SATCEN.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2014/401/PESK għandha tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deżjoni 2014/401/PESK hija emendata kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 6(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Id-Direttur tas-SATCEN jew ir-rappreżentant tad-Direttur għandu, bħala regola, jattendi l-laqgħat tal-Bord. Il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, id-Direttur Ġenerali tal-Istat Maġġur tal-Unjoni Ewropea u l-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili tal-Unjoni Ewropea jistgħu wkoll jattendu għal-laqgħat tal-Bord. Rappreżentanti tal-istituzzjonijiet, korpi u entitajiet rilevanti tal-Unjoni kif ukoll rappreżentanti ta' Stati terzi, organizzazzjonijiet u entitajiet internazzjonali jistgħu wkoll jattendu għal-laqgħat tal-Bord biex jipprovdu informazzjoni b'rabta ma' punti speċifiċi fuq l-aġenda, fuq invit mill-Bord.”

    (2)

    Fl-Artikolu 20, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

    “2a.   Is-SATCEN għandu jkun responsabbli, mal-approvazzjoni tal-Bord, għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni safejn dawn jikkonċernaw l-attivitajiet tas-SATCEN”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. ÉRSEK


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73).


    Top