This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D2069
Commission Decision (EU) 2016/2069 of 1 October 2014 concerning measures SA.14093 (C76/2002) implemented by Belgium in favour of Brussels South Charleroi Airport and Ryanair (notified under document C(2014) 6849) (Text with EEA relevance )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2069 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair (notifikata bid-dokument C(2014) 6849) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2069 tal-1 ta' Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair (notifikata bid-dokument C(2014) 6849) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )
C/2016/1974
ĠU L 325, 30.11.2016, p. 63–186
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 325/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2069
tal-1 ta' Ottubru 2014
dwar il-miżuri SA.14093 (C76/2002) li l-Belġju implimenta favur Brussels South Charleroi Airport u Ryanair
(notifikata bid-dokument C(2014) 6849)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2), l-ewwel subparagrafu tiegħu (1),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skont dawn l-Artikoli (2) u wara li ġew ikkunsidrati dawn il-kummenti,
billi:
1. IL-PROĊEDURA
(1) |
Fuq il-bażi ta' tagħrif li deher fl-istampa Belġjana f'Lulju 2001 u wara li f'Jannar 2002 waslilha lment, il-Kummissjoni ġiet informata li l-Belġju kien ta miżuri ta' għajnuna lill-kumpanija tal-ajru Ryanair Ltd (minn hawn 'il quddiem “Ryanair”) biex din topera servizzi bl-ajru mill-ajruport ta' Charleroi. Permezz tal-ittri tal-21 ta' Novembru 2001, tat-13 ta' Ġunju 2002 u tal-4 ta' Lulju 2002 u waqt laqgħa li saret fid-9 ta' Ottubru 2002, il-Belġju għadda xi informazzjoni dwar dan is-suġġett lill-Kummissjoni. |
(2) |
Permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2002 (3) (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”), il-Kummissjoni informat lill-Belġju dwar id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) tat-TFUE (minn hawn 'il quddiem “il-proċedura ta' investigazzjoni formali”) fil-konfront ta' dawn il-miżuri. Il-Belġju bagħat il-kummenti tiegħu fl-14 ta' Frar 2003. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet l-osservazzjonijiet min-naħa tal-partijiet interessati. Hija bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-Belġju permezz tal-ittri tad-19 ta' Marzu u tat-22 ta' April 2003 filwaqt li tat lill-Belġju l-possibbiltà li jikkumenta dwarhom. Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet il-kummenti tal-Belġju permezz tal-ittri tas-16 u s-27 ta' Mejju 2003. |
(5) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, saru tliet laqgħat mal-awtoritajiet Belġjani fl-24 ta' Ġunju 2003, fit-23 u fil-25 ta' Lulju 2003. Wara dawn il-laqgħat intbagħtet aktar informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fis-27 ta' Awwissu 2003. |
(6) |
Fid-19 ta' Diċembru 2003, il-Belġju bagħat ittra lill-Kummissjoni b'aktar informazzjoni. F'din l-ittra, l-awtoritajiet Belġjani talbu laqgħa oħra mal-Kummissjoni; din il-laqgħa saret fis-16 ta' Jannar 2004. |
(7) |
Fit-12 ta' Frar 2004 (5), il-Kummissjoni adottat deċiżjoni finali parzjalment negattiva (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni tal-2004”). |
(8) |
Din id-deċiżjoni ġiet annullata mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-17 ta' Diċembru 2008 (6) (minn hawn 'il quddiem “is-sentenza tal-2008”), li kienet tobbliga lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni finali oħra dwar il-miżuri inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li n-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li teżamina flimkien il-miżuri mogħtija favur Ryanair mir-Reġjun tal-Vallonja (minn hawn 'il quddiem “ir-Reġjun”) u mill-operatur tal-ajruport ta' Charleroi, il-kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata Brussels South Charleroi Airport (minn hawn 'il quddiem “BSCA”), u li tivverifika jekk, ikkunsidrati flimkien, dawn iż-żewġ entitajiet aġixxewx bħal operaturi razzjonali f'ekonomija tas-suq, kien ivvizzjat bi żball ta' liġi. Is-sentenza tal-2008 wasslet biex terġa' tinfetaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali li kienet ingħalqet bid-deċiżjoni finali tal-2004. |
(9) |
Permezz ta' ittra tat-23 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni tat lill-Belġju u lill-partijiet li ressqu l-osservazzjonijiet tagħhom bħala parti mill-proċedura ta' investigazzjoni formali mibdija fil-11 ta' Diċembru 2002, il-possibbiltà li jressqu osservazzjonijiet ġodda bħala parti mill-proċedura formali ta' investigazzjoni li nfetħet mill-ġdid wara s-sentenza tal-2008. Wara talba li saret mill-Kummissjoni fl-20 ta' April 2011, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu aktar informazzjoni permezz ta' ittri tal-14 ta' Lulju u tal-21 ta' Settembru 2011. |
(10) |
Permezz ta' ittra tal-21 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni informat lill-Belġju dwar id-deċiżjoni tagħha li testendi l-proċedura ta' investigazzjoni formali għal miżuri ġodda (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012”). |
(11) |
Id-deċiżjoni tal-2012 ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżuri inkwistjoni. |
(12) |
Il-Belġju bagħat l-osservazzjonijiet tiegħu fit-22 ta' Mejju 2012. L-osservazzjonijiet tat-22 ta' Mejju ma kinux jinkludu t-tabella sommarja li tidher fl-Anness I tad-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012. Din intbagħtet fil-5 ta' Ġunju 2012. |
(13) |
Fid-9 ta' Awwissu 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni b'mod partikolari dwar l-ispejjeż li ġarrbet Société Wallonne des Aéroports (minn hawn 'il quddiem SOWAER”) minħabba l-investimenti tagħha fl-ajruport ta' Charleroi u l-kompiti tagħha favur BSCA. Fit-3 ta' Settembru 2012, l-awtoritajiet Belġjani bagħtu l-kontijiet annwali ta' SOWAER għas-snin 2001 sal-2004 u informazzjoni addizzjonali fid-9 ta' Ottubru 2012 u fit-18 ta' Ottubru 2012. |
(14) |
Fis-26 ta' Ottubru 2012, wara laqgħa, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni. Il-Belġju bagħat din l-informazzjoni fid-9 ta' Novembru 2012. |
(15) |
Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet min-naħa ta' dawn il-partijiet interessati:
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-Belġju fit-2 ta' Lulju u fid-29 ta' Ottubru 2012, fit-3 ta' Mejju 2013, fit-22 ta' Jannar u fl-24 ta' Frar 2014, fejn tatu l-possibbiltà li jikkumenta dwarhom. Hija rċeviet il-kummenti tal-Belġju permezz tal-ittri tas-17 ta' Lulju 2012, tal-14 ta' Diċembru 2012 u tal-5 ta' Ġunju 2013. |
(17) |
Fl-14 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni lill-Belġju, b'mod partikolari bl-għan li tapplika t-test tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-miżuri favur BSCA. Il-Belġju wieġeb permezz tal-korrispondenza mibgħuta fis-7 u fl-24 ta' Frar 2014. Madankollu dawn it-tweġibiet ma kinux kompluti, u għalhekk il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' tfakkir lill-Belġju fl-10 ta' Marzu 2014 sabiex tindikalu t-tweġibiet nieqsa u titolbu jwieġeb għalihom. Il-Belġju bagħat xi elementi addizzjonali fl-24 ta' Marzu 2014. |
(18) |
Fis-7 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni lill-Belġju, b'mod partikolari dwar il-miżuri favur Ryanair. Fit-18 u fl-24 ta' Marzu 2014, il-Belġju bagħat parti mit-tweġibiet għall-mistoqsijiet magħmula. |
(19) |
Fis-7 ta' Frar 2014 ukoll saret laqgħa fl-ajruport ta' Charleroi bejn ir-rappreżentanti tar-reġjun tal-Vallonja, ta' SOWAER u tal-BSCA minn naħa u s-servizzi tal-Kummissjoni min-naħa l-oħra. |
(20) |
Fil-25 ta' Frar u fil-11 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni talbet lill-Belġju aktar informazzjoni, fosthom kjarifiki dwar l-elementi mressqa mill-Belġju fis-7 u fl-24 ta' Frar 2014 dwar il-miżuri tar-Reġjun u ta' SOWAER favur BSCA. Il-Belġju wieġeb bil-korrispondenza li bagħat fil-25 ta' Marzu u fl-4 ta' April (annessi mibgħuta fid-9 ta' April) 2014. |
(21) |
Fis-17 u fid-19 ta' Marzu 2014, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-avjazzjoni”) (8), il-Kummissjoni stiednet lill-Belġju u lill-partijiet interessati jressqu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-avjazzjoni għal dan il-każ. Barra minn hekk, fil-15 ta' April 2014, ġie ppubblikat avviż, fejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom, inkluż dwar dan il-każ, fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru. Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mingħand Brussels Airport Company, Brussels Airlines, mill-“Board of Airlines Representatives”, mingħand Air France, mill-assoċjazzjoni “Transport et environnement” (Trasport u Ambjent). Hija bagħtet dawn il-kummenti lill-Belġju fis-26 ta' Mejju 2014. Dan esprima l-osservazzjonijiet tiegħu fis-26 ta' Ġunju 2014. |
(22) |
Laqgħa oħra saret bejn is-servizzi tal-Kummissjoni minn naħa u l-Belġju, BSCA u SOWAER min-naħa l-oħra fil-11 ta' April 2014. Wara din il-laqgħa, il-Belġju bagħat xi dokumenti, kif ukoll nota datata l-5 ta' Mejju 2014 dwar il-kompiti ta' servizz pubbliku fdati lil BSCA. |
(23) |
Fil-5 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni indirizzat talba ġdida għal aktar informazzjoni lill-Belġju, li għaliha dan wieġeb fit-13 ta' Mejju 2014. |
(24) |
Permezz tal-ittra tas-7 ta' Mejju 2014, il-Belġju aċċetta li fil-kuntest ta' din il-kawża, minħabba l-impenn tas-servizzi tal-Kummissjoni li jibagħtulu mill-aktar fis possibbli traduzzjoni tad-deċiżjoni fil-lingwa Olandiża, il-Kummissjoni tista', b'mod eċċezzjonali, tinnotifikalu d-deċiżjoni fil-lingwa Franċiża skont l-Artikolu 297 tat-TFUE. Il-Belġju aċċetta li l-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika u li d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ bin-notifika tagħha bil-lingwa Franċiża. |
(25) |
Fit-2 ta' Lulju 2014, Brussels Airlines bagħtet verżjoni aġġornata tal-kummenti li kienet ipprovdiet fil-25 ta' Settembru 2013 wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru. Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-Belġju fl-4 ta' Lulju 2014 u dan esprima l-osservazzjonijiet tiegħu fit-18 ta' Lulju 2014. |
2. L-ELEMENTI TAL-KUNTEST DWAR IL-MIŻURI EŻAMINATI
2.1. Il-ħolqien ta' BSCA u ta' SOWAER - L-istorja tal-impenji tar-Reġjun tal-Vallonja u ta' SOWAER relatati ma' Brussels South Charleroi Airport
2.1.1. Ir-riforma istituzzjonali tal-1980
(26) |
Wara l-liġi tar-riforma istituzzjonali tat-8 ta' Awwissu 1980, ir-reġjuni Belġjani kienu żviluppaw il-kompetenzi meħtieġa għat-tagħmir u l-operat tal-ajrudromi u l-ajruporti pubbliċi fit-territorju tagħhom minbarra l-ajruport ta' Brussels-National, li għalih l-Istat Federali Belġjan żamm il-kompetenzi inkwistjoni. |
(27) |
Skont il-Belġju (9), il-gvern tal-Vallonja ddeċieda għalhekk li juża l-potenzjal ekonomiku li kienu joffru dawn l-infrastrutturi ta' trasport u jwettaq bil-mod il-mod l-investimenti meħtieġa. Fit-2 ta' Mejju 1989, il-gvern tal-Vallonja approva Nota tal-Ministru tat-Trasport li kienet tipprovdi li: “l-għan ewlieni tal-Eżekuttiv tal-Vallonja huwa li jsir dak kollu possibbli sabiex l-ajruporti u l-ajrudromi tal-Vallonja jilħqu l-limitu ta' qligħ tagħhom. Biex jintlaħaq dan l-għan, jeħtieġ li jittieħdu diversi azzjonijiet f'daqqa u b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-infrastrutturi.” |
2.1.2. Il-ħolqien ta' BSCA u l-Ftehim tal-1991 bejn ir-Reġjun u BSCA
(28) |
Fl-1991, ir-Reġjun ħoloq lil BSCA, sabiex tmexxi l-ajruport ta' Charleroi Bruxelles Sud (minn hawn 'il quddiem “l-ajruport ta' Charleroi”). |
(29) |
Permezz ta' ftehim li jġib id-data tad-9 ta' Lulju 1991 (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA”), ir-Reġjun ta lil BSCA għal 50 sena:
|
(30) |
Il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA - inklużi l-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim (minn hawn 'il quddiem “l-ispeċifikazzjonijiet”) - jistabbilixxi l-qsim tal-ispejjeż bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA:
|
(31) |
Rigward l-imposti, il-Ftehim (16) jipprovdi li:
|
2.1.3. Miżuri relatati mal-ħlas tas-sussidju “tifi ta' nar-manutenzjoni” mir-Reġjun lil BSCA mill-1997 sal-2002
(32) |
Madankollu, b'applikazzjoni tal-Ftehim Supplimentari Nru 2 tal-ispeċifikazzjonijiet, “l-ispiża tas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni” li kellu jieħu fuqu r-Reġjun ġiet estiża sal-1 ta' Jannar 2000. |
(33) |
Ir-Reġjun ħa fuqu wkoll l-ispiża tas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni għas-snin 2000 (17) u 2001 (18). |
(34) |
F'dak li jirrigwarda s-sena 2002, il-Belġju jargumenta li għalkemm minn dejjem kien previst mir-Reġjun li jkompli jagħti kumpens għal dawn l-ispejjeż, il-ħolqien ta' SOWAER u l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku ġdid ikkawżaw dewmien fil-formalizzazzjoni tal-estensjoni ta' dan il-kumpens. Skont il-Belġju, iż-żamma ta' din ir-responsabbiltà kienet ikkonfermata permezz ta' ittra tal-5 ta' Lulju 2001 indirizzata minn BSCA lill-amministrazzjoni tat-trasport u t-tagħmir tal-Vallonja li kienet tinkludi dettalji ġenerali tal-baġit 2002 ta' BSCA relatati mal-ispejjeż għal dawn is-servizzi, wara konverżazzjoni telefonika li matulha ġie kkonfermat li r-Reġjun kien ser jerfa' r-responsabbiltà għal dawn is-servizzi għall-2002. |
2.1.4. Il-bażi tal-pjan ta' investiment għall-ajruport ta' Charleroi fl-1999-2000
(35) |
Fi tmiem is-snin disgħin, saru għadd ta' studji dwar il-possibbiltajiet ta' żvilupp tal-ajruport ta' Charleroi minn xi konsulenti esterni. Għalhekk, ir-Reġjun ordna studju strateġiku ta' żvilupp tal-ajruport ta' Charleroi mingħand Tractebel, li ngħalaq f'April 2000 (19). Fl-istess waqt, sar studju ta' Roland Berger International Management Consultant ta' Lulju 2000 fuq l-iżvilupp ta' strateġija għall-ajruport għall-Vallonja (20). Fl-aħħar nett, fil-kuntest tan-negozjati mar-Reġjun sa mill-bidu tal-2001 fid-dawl ta' dħul eventwali fil-kapital ta' BSCA, Grands Travaux de Marseille ordnat studju dwar l-iżvilupp potenzjali tal-ajruport (21). |
(36) |
Skont il-Belġju, anki qabel dawn l-istudji u minħabba limitazzjonijiet tekniċi marbutin mal-infrastruttura eżistenti (22), kien ċert li kellu jinbena terminal ġdid fiż-żona tat-tramuntana tas-sit. Ċerti artijiet kienu diġà ġew esproprjati mill-Intercommunale Igretec inkarigata mill-ħolqien taċ-ċentru għall-avjazzjoni. Ir-Reġjun ukoll għamel xi esproprjazzjonijiet fis-snin disgħin u l-Intercommunale ittrastferietlu lura, fl-1999, artijiet li kien esproprja. Fuq dawn l-artijiet kien inbena t-terminal il-ġdid tal-passiġġieri, li huwa operattiv bħalissa. |
(37) |
Waqt sessjoni tal-20 ta' Lulju 2000, ir-Reġjun tal-Vallonja approva l-linji gwida ta' ftehim qafas dwar programm ta' investiment pluriennali fl-ajruport ta' Charleroi, li jsemmu b'mod partikolari “il-kunċett ta' terminal ġdid għall-passiġġieri”, għal baġit globali ta' EUR 113,74 miljun. Tabella1 Investimenti ta' infrastruttura previsti mill-ftehim qafas tal-20 ta' Lulju 2000
|
(38) |
Fit-8 ta' Novembru 2000, ir-Reġjun adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju 2000, li temenda s-suppożizzjonijiet tal-programm ta' investiment pluriennali u li ġabet l-ispiża globali ta' investiment għal EUR 121 miljun. Madankollu, skont in-nota mehmuża ma' din id-deċiżjoni, “l-investimenti relatati mat-terminal il-ġdid u mal-infrastrutturi li jakkumpanjawh ser jitwettqu biss skont kif jiżviluppaw il-ħtiġijiet speċifiċi. Ir-responsabbiltà ta' dawn l-investimenti kellha tkun eżaminata skont l-iżvilupp tal-attivitajiet”. In-nota tispeċifika l-valutazzjoni f'dan l-istadju tal-ispejjeż iġġenerati minn terminal ġdid: “għalkemm il-ħtiġijiet reali tal-ajruport jeħtiġuh (…), it-twettiq tat-terminal il-ġdid u tal-infrastrutturi ta' akkumpanjament marbutin miegħu jista' jiġġenera investiment ta' madwar BEF 1 514 M”, jiġifieri madwar EUR 37,5 miljun, mingħajr madankollu ma tipprovdi l-iskeda taż-żmien tal-implimentazzjoni ta' dan it-total (ara t-tabella 9). Sa dakinhar, it-termini ta' finanzjament tal-programm ta' investiment tal-ajruport ta' Charleroi ma kinux għadhom iddeterminati (23). Tabella 2 Investimenti ta' infrastruttura previsti min-nota mehmuża mad-deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000
|
2.1.5. Il-ħolqien ta' SOWAER fl-1 ta' Lulju 2001
(39) |
Fl-1 ta' Lulju 2001, ir-Reġjun ifforma kumpanija taħt il-kontroll esklussiv tiegħu, Société Wallonne des Aéroports (minn hawn 'il quddiem “SOWAER”), biex tiżviluppa l-infrastrutturi tal-ajruporti tar-Reġjun, tqiegħed dawn l-infrastrutturi għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti kkonċernati u żżommhom f'kundizzjoni operattiva billi tkun responsabbli għall-manutenzjonijiet u t-tiswijiet il-kbar. |
(40) |
Qabel, f'deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2001 li kienet tirrigwarda l-“istabbiliment ta' mekkaniżmu finanzjarju u [il-]ħolqien ta' kumpanija speċjalizzata”, ir-Reġjun kien approva l-istatuti u l-pjan finanzjarju ta' SOWAER għas-snin 2001 sa 2004 (24), u b'mod partikolari ammont ta' investiment totali fl-ajruport ta' Charleroi ta' BEF 3 753 M, jiġifieri madwar EUR 93 miljun, b'EUR 28 miljun minnhom għat-terminal il-ġdid (ara t-tabella 3). Tabella 3 Investimenti ta' infrastruttura previsti mill-pjan finanzjarju ta' SOWAER, approvat mir-Reġjun fit-23 ta' Mejju 2001
|
(41) |
F'Marzu 2002 ġie ppreżentat pjan finanzjarju aktar dettaljat lill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER li juri l-aħħar bidliet fil-programmi ta' investimenti ta' Liège u ta' Charleroi (25). Dan il-pjan imbagħad ġie aġġornat f'intervalli regolari (madwar darba fis-sena). |
(42) |
Anki fit-termini tal-pjan finanzjarju ta' SOWAER approvat fit-23 ta' Mejju 2001, il-kontribuzzjoni għall-fondi tal-ambjent ġiet limitata għal BEF 75 miljun (EUR 1,86 miljun) għas-sena 2002. Dan il-pjan finanzjarju kien jitfa' wkoll fid-dħul ta' SOWAER il-bilanċ tal-fondi tal-ambjent, skont il-kompiti delegati tagħha. |
2.1.6. Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002 u l-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-29 ta' Marzu 2002
(43) |
Fil-15 ta' April 2002, SOWAER, li fid-29 ta' Marzu 2002 kienet reġgħet ħadet il-konċessjoni tal-art mogħtija lil BSCA fl-1991, ikkonkludiet ftehim ta' subkonċessjoni tal-art ma' BSCA (minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002”) li taħtu:
|
(44) |
Kważi fl-istess waqt, fid-29 ta' Marzu 2002, ir-Reġjun u BSCA iffirmaw ftehim supplimentari li jemenda l-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA. Skont dan il-ftehim supplimentari –il-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (26), ir-Reġjun kien qed jintrabat li jħallas lil BSCA:
|
2.1.7. Reviżjoni tal-programm ta' investimenti tat-3 ta' April 2003
(45) |
Fit-3 ta' April 2003, il-gvern tal-Vallonja adotta reviżjoni tal-programm ta' investimenti. Din ir-reviżjoni kienet tipprovdi b'mod partikolari għall-emendar tal-kapaċità tat-terminal il-ġdid meta mqabbla mal-livell deċiż fil-verżjoni inizjali tal-programm ta' investimenti. Fil-fatt, minflok kapaċità ta' żewġ miljun passiġġier, issa kien previst li jinbena terminal b'kapaċità ta' tliet miljun passiġġier, kif ukoll parkeġġ għall-karozzi akbar minn dak previst fil-bidu. Din ir-reviżjoni kienet tirrappreżenta ammont ta' investiment addizzjonali ta' EUR 33 miljun. |
2.1.8. Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-4 ta' April 2006 u l-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006
(46) |
Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kien sostitwit fl-4 ta' April 2006 minn ftehim ġdid (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2006”). Dan tal-aħħar jinkludi d-dispożizzjonijiet essenzjali tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 filwaqt li jispeċifika l-kontenut ta' ċerti servizzi li kellha tagħti SOWAER lil BSCA minbarra s-servizzi ddefiniti fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002. Barra minn hekk, huwa jemenda r-regoli tal-kalkolu tal-ammont ta' imposti ta' konċessjoni li BSCA trid tagħti lil SOWAER. |
(47) |
Il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA ġie emendat b'mod parallel permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 fl-10 ta' Marzu 2006. L-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA issa jipprovdi li:
|
(48) |
Il-ftehim supplimentari jispjega wkoll li l-ammont tal-kumpens finanzjarju jrid ikun rivedut qabel Lulju tal-2009. |
2.1.9. Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008
(49) |
Il-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA ġie emendat mill-ġdid fil-15 ta' Jannar 2008 (il-Ftehim Supplimentari Nru 6). Skont din l-emenda:
|
2.2. L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi
(50) |
Wara li kien prattikament nieqes mill-utenti regolari sa dakinhar, l-ajruport ta' Charleroi beda jilqa' lill-kumpanija Ryanair mill-1 ta' Mejju 1997, għall-ewwel biex topera linja bejn Dublin u Charleroi. F'April 2001, Ryanair fetħet l-ewwel bażi kontinentali tagħha f'Charleroi billi, għall-ewwel, stabbilixxiet hemmhekk żewġ ajruplani u fetħet destinazzjonijiet ġodda (Shannon, Glasgow, Piża, Venezja u Carcassonne). |
(51) |
Mis-sena 2000 sal-2013, it-traffiku ta' Charleroi żdied minn madwar 200 000 għal kważi seba' miljun passiġġier. Tabella 4 Statistika annwali tat-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi
|
(52) |
Ryanair dejjem irrappreżentat aktar minn [70-80] (*1) % tat-traffiku tal-ajruport ta' Charleroi. |
2.3. L-istatut u l-ishma ta' BSCA
(53) |
L-istruttura tal-ishma ta' BSCA inbidlet diversi drabi mill-2001. Fi tmiem is-sena 2000, Sambrinvest kellha fil-fatt aktar minn 80 % ta' BSCA (31), Cockerill Sambre, Igretec (32) u xi ftit azzjonisti oħrajn, kellhom anqas. |
(54) |
L-ewwel reviżjoni saret fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-8 ta' Frar 2001. Permezz ta' din id-deċiżjoni, il-gvern inkariga lil Sogepa (33), kumpanija kkontrollata mir-Reġjun, biex tixtri 2 680 sehem ta' BSCA (jiġifieri 43,79 % tal-kapital) miżmuma minn Sambrinvest, l-azzjonijiet proprji miżmuma minn BSCA, kif ukoll l-ishma li jixtiequ jbigħu l-“azzjonisti privati”. Barra minn hekk, fl-istess ftehim il-gvern inkariga lill-ministru responsabbli mill-ġestjoni tal-ajruport biex “iħejji ftehim tal-azzjonisti li jgħaqqad lil SOWAER, Sambrinvest u eventwalment Igretec, li jorganizza bejniethom il-koordinazzjoni tas-setgħat fi ħdan BSCA kemm fil-laqgħa ġenerali kif ukoll fil-Bord tad-Diretturi ta' tmexxija.” |
(55) |
Ir-Reġjun iddeċieda wkoll li b'mod parallel iżid il-kapital ta' BSCA: il-prinċipju ta' din ir-rikapitalizzazzjoni deher f'Mejju 2001 f'deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja (34). Din iż-żieda fil-kapital, li kienet tammonta għal total ta' EUR 3 941 300, saret fit-3 ta' Diċembru 2002; SOWAER ħallset EUR 3 808 660 fi flus, għal 49,23 % tal-ishma tal-kapital ta' BSCA. Tabella 5 L-evoluzzjoni tal-kompożizzjoni tal-istruttrura tal-azzjonijiet ta' BSCA (35)
|
(56) |
Mill-2002 sal-2008, SOWAER amministrat sehem ta' madwar 49 % tal-kapital ta' BSCA. Skont l-awtoritajiet Belġjani, din l-amministrazzjoni saret f'isem il-gvern tal-Vallonja. |
(57) |
Fl-2009, BSCA fetaħ il-kapital tiegħu għal sieħeb privat. Il-konsorzju Belgian Airports (minn hawn 'il quddiem “Belgian Airports”), magħmul mill-grupp Taljan SAVE u mill-kumpanija Belġjana Holding Communal S.A (36)., b'hekk kiseb 27,65 % tal-ishma tal-operatur tal-ajruport. Belgian Airports għandu dritt tal-veto fuq ċertu numru ta' deċiżjonijiet importanti, inklużi l-ftehimiet kummerċjali ma' Ryanair. |
3. DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI
(58) |
Din id-deċiżjoni tirrigwarda żewġ tipi ta' miżuri:
|
3.1. Il-miżuri tar-Reġjun u ta' SOWAER favur BSCA
(59) |
Il-miżuri favur BSCA inklużi f'din il-proċedura huma dawn li ġejjin:
|
3.1.1. Id-disponibbiltà tal-artijiet u tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, inklużi l-infrastrutturi magħmula permezz tal-programm ta' investimenti, kif ukoll il-prestazzjoni ta' ċerti servizzi b'mod partikolari t-tiswijiet kbar bħala korrispettiv għall-għoti ta' konċessjoni
3.1.1.1.
(60) |
Skont il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA, SOWAER:
|
(61) |
Il-programm ta' investimenti kien rivedut kull sena. Dawn ir-reviżjonijiet kienu jinkludu kemm aġġornamenti relatati ma' kostijiet addizzjonali li ma kinux ġew antiċipati f'April 2002 u deċiżjonijiet dwar investimenti ġodda. B'mod partikolari, fit-3 ta' April 2003, il-gvern tal-Vallonja adotta reviżjoni tal-programm ta' investimenti approvata mill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER. Din ir-reviżjoni (38) kienet tipprovdi b'mod partikolari terminal ġdid b'kapaċità akbar minn dik prevista fil-bidu (tliet miljun passiġġier minflok żewġ miljuni) u parkeġġ tal-karozzi akbar minn dak previst fil-bidu. Din kienet tfisser ammont ta' investiment addizzjonali ta' EUR 33 miljun. |
(62) |
Il-programm ta' investimenti kien rivedut kull sena sal-2009 (39). L-ispiża totali tal-programm ta' investimenti ta' SOWAER f'Charleroi għall-2002-2010, kif ipprovdut fl-aħħar aġġornament tiegħu mill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER fl-2009, kienet tammonta għal EUR 219 103 435 (40). Għalkemm dan il-programm ta' investimenti kien intitolat “programm ta' investimenti għall-2002-2010”, in-nefqa kienet prevista sal-2017. Tabella7 Spejjeż totali tal-programm ta' investiment ta' SOWAER f'Charleroi, kif ipprovdut mill-Bord tad-Diretturi ta' SOWAER fl-2009
|
(63) |
Minbarra t-tiswijiet u l-manutenzjoni l-kbar, skont il-Ftehim tal-2006 bejn SOWAER u BSCA, SOWAER intrabtet li tipprovdi servizzi addizzjonali f'isem BSCA, jiġifieri b'mod partikolari s-servizzi ta' konsulenza ta' kull tip (ġuridika, ambjentali, finanzjarja, amministrattiva, eċċ.), l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-istorbju marbutin mal-ajruport u d-definizzjoni u l-aġġornament ta' Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika (GIS). |
3.1.1.2.
(64) |
Bħala korrispettiv għall-elementi deskritti fit-Taqsima 3.1.1.1, BSCA għandha tħallas lil SOWAER imposta ta' konċessjoni. |
(i) Dispożizzjonijiet tal-kuntratt
a. Il-perjodu bejn il-15 ta' April 2002 u l-31 ta' Diċembru 2005
(65) |
Skont il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA, BSCA tħallas lir-Reġjun imposta ta' konċessjoni li tikkonsisti:
|
(66) |
Madankollu, skont il-Ftehim ta' Konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA kif emendat fid-29 ta' Marzu 2002, BSCA tgawdi minn sussidju tar-Reġjun maħsub biex tkun tista' “tassumi kompiti ta' servizz pubbliku fil-kuntest tal-operat tal-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri l-ispejjeż marbutin mal-użu tal-art, tal-bini u tal-infrastrutturi tal-ajruport magħmula disponibbli minn SOWAER”. Dan is-sussidju huwa ugwali għall-imposta fissa limitata, b'mod li l-imposta varjabbli limitata hija fil-fatt responsabbiltà ta' BSCA. Barra minn hekk, skont il-Ftehim tal-15 ta' April 2002 bejn SOWAER u BSCA, BSCA hija eżenti mill-ħlas tal-imposta fissa f'każ li ma tiġborx is-sussidju mingħand ir-Reġjun (43). |
b. Il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006
(67) |
Il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA ġie rivedut mill-Ftehim tal-2006 bejn SOWAER u BSCA, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2006. Skont dan il-Ftehim (44), BSCA għandha tħallas lil SOWAER:
|
(68) |
B'mod parallel, il-Ftehim ta' Konċessjoni tas-Servizzi tal-10 ta' Marzu 2006 bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda t-termini tas-sussidju tar-Reġjun maħsub biex ikopri l-parti fissa tal-ħlasijiet ta' BSCA lil SOWAER (47) u jinkludi l-klawżola ta' eżenzjoni msemmija fil-premessa 66 iktar 'il fuq (48). |
(69) |
Fl-aħħar nett, permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 1 tas-27 ta' Mejju 2009 għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2006, BSCA u SOWAER ftiehmu li ammont annwali addizzjonali ta' € […] għal kull metru kwadru addizzjonali (49) għandu jitħallas minn BSCA lil SOWAER mill-2009 fid-data fid-dawl tal-akkwist ta' artijiet ġodda minn SOWAER u l-estensjoni korrelativa tal-ambitu tal-Ftehim dwar is-Servizzi. Dawn is-somom addizzjonali kienu jammontaw għal EUR 1 206 fl-2010, EUR 1 230 fl-2011, EUR 1 255 fl-2012 u EUR 1 280 fl-2013 (50). |
(ii) L-ammonti tal-imposti mħallsa minn BSCA lil SOWAER
(70) |
Fid-dawl ta' dawn l-elementi, l-ammonti tal-imposti effettivament imħallsa minn BSCA lil SOWAER huma miġbura fil-qosor fit-tabella 8, b'kunsiderazzjoni meħuda tal-kumpensi mħallsa mir-Reġjun lil BSCA għat-trasferiment lil SOWAER. Tabella 8 Imposti mħallsa minn BSCA lil SOWAER (51)
|
3.1.2. Is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport
3.1.2.1.
(a) Il-perjodu bejn id-29 ta' Marzu 2002 u l-31 ta' Diċembru 2005
(71) |
Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim ta' Konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u jipprovdi li r-Reġjun tal-Vallonja jħallas lura n-nefqa inerenti għas-servizzi ta' kontra t-tifi tan-nar u l-manutenzjoni:
|
(72) |
Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u jipprovdi li l-konċessjonarju għandu jippreżenta lill-awtorità ta' konċessjoni l-baġit relatat mal-intestaturi tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni u li jżomm rapport tal-introjtu separat li jkun jista' jiġi analizzat u kkontrollat fi kwalunkwe mument mill-awtorità ta' konċessjoni. “Addebitati lil dan ir-rapport tal-introjtu hemm b'mod partikolari:
|
(b) Il-perjodu bejn l-10 ta' Marzu 2006 u l-31 ta' Diċembru 2007
(73) |
Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006 għall-Ftehim ta' konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA kif ġej: “Dawn li ġejjin għandhom jitniżżlu kull sena fil-baġit tar-Reġjun tal-Vallonja: (…) il-kumpens finanzjarju mogħti mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA għall-ispejjeż tat-twettiq tas-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien, is-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għal dan il-Ftehim”. |
(74) |
Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. L-Artikolu 25 emendat jipprovdi li “is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport jinkludu l-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif mill-borra u kull servizz ieħol li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport”. |
(75) |
Skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet, il-kumpens finanzjarju għandu limitu massimu ta' EUR 5 774 000 għall-2006. Dan il-limitu huwa indiċjat kull sena sal-31 ta' Diċembru 2009. L-ammont tal-kumpens finanzjarju għandu jkun rivedut sa mhux aktar tard mit-tieni semestru tal-2009. |
(76) |
Barra minn hekk l-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet, introdott permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006, jipprovdi li l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwali sostnuti minn BSCA u li kwalunkwe kumpens żejjed tal-ispejjeż għandu jsir kumpens baġitarju pagabbli mill-intestatura baġitarja tas-sena ta' wara. |
(c) Il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008
(77) |
Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 għall-Ftehim ta' konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 25.1 tal-ispeċifikazzjonijiet u jżid mas-servizzi li diġà huma fdati f'idejn BSCA (56) il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati, l-iggwidar tal-ajruplani u s-sigurtà. |
(78) |
Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet jikkonsistu fil-mili tal-bażi tad-dejta tal-amministrazzjoni tal-Vallonja billi jinġabar tagħrif dwar it-titjiriet (in-numru ta' passiġġieri, ir-reġistrazzjoni, l-isem u l-kunjom tal-pilota, it-tip ta' ajruplan, it-tip ta' titjira, minn fejn tkun ġejja, il-piż tal-ajruplan, eċċ.). L-ippjanar tat-titjiriet jirrigwarda l-komunikazzjonijiet, il-pjan tat-titjiriet, l-islotts, l-avviżi bir-radju u l-ġestjoni tal-parkeġġ tal-ajruplani. Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet u l-ippjanar tat-titjiriet isiru mill-“uffiċċju tan-navigazzjoni”. |
(79) |
L-iggwidar tal-ajruplani jinkludi żewġ kompiti, jiġifieri l-iggwidar tat-tip “stand” li jsir mill-koordinatur taż-żoni ma' kull wasla ta' ajruplan u t-tip “follow me” li jikkonsisti fl-iggwidar tal-ajruplan permezz ta' vettura użata biss għall-piloti li ma jafux l-ajruport (ajruplani tan-negozju) jew għall-ajruplani l-kbar, kodiċi D. Fl-ajruport ta' Charleroi, dan in-numru ta' operazzjonijiet huwa żgħir ħafna (massimu ta' 100 fis-sena). |
(80) |
Is-servizzi ta' sigurtà huma definiti permezz tal-Artikolu 25.2 emendat tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008: “l-iskrinjar, is-sorveljanza elettronika, ir-rondi u l-pattulji ta' sorveljanza, il-kontroll tal-aċċess u t-tqassim tal-badges tal-viżitaturi”. BSCA tiddelega t-twettiq tas-servizzi ta' sigurtà lill-kumpanija b'responsabbiltà limitata pubblika (société anonyme de droit public) BSCA Security. Il-kompiti ta' BSCA Security huma ddefiniti b'referenza għad-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien tal-ajruporti tar-reġjun tal-Vallonja (57). BSCA security hija 51 % proprjetà tar-Reġjun tal-Vallonja u 49 % proprjetà ta' BSCA |
(81) |
It-termini tal-kumpens finanzjarju huma stabbiliti kif ġej mill-Artikolu 25.1 tal-ispeċifikazzjonijiet emendati:
|
(82) |
L-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet huwa emendat u jipprovdi li l-ammont tal-kumpens ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwali mġarrba minn BSCA wara t-tnaqqis tal-miżati eventwalment miġbura mingħand l-utenti biex jiġu koperti dawn is-servizzi. |
3.1.2.2.
(83) |
It-tabella 9 tiġbor fil-qosor is-sussidji mħallsa mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA u lil BSCA Security, minbarra s-sussidju “kompitu pubbliku” li jikkumpensa l-imposta fissa annwali. Tabella 9 Sussidji mħallsa mir-Reġjun lil BSCA jew lil BSCA Security (59) mill-2001 sal-2013 (minbarra s-sussidju “kompitu pubbliku” li tikkumpensa l-imposta fissa annwali)
|
3.1.3. Żieda tal-kapital sottoskritt minn SOWAER
(84) |
Fil-kuntest tal-proġetti ta' żvilupp tagħha, u b'mod partikolari tan-negozjati tal-ftehimiet tal-2001 ma' Ryanair, nota strateġika ppreżentata lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA tal-31 ta' Lulju 2001 kienet tindika li “BSCA għandha takkumula 146 miljun f'telf sa tmiem it-tliet snin li ġejjin. Il-fondi proprji tagħha fil-31/12/2003 għandhom għalhekk jonqsu għal 23 miljun frank, jiġifieri inqas minn 20 % tal-kapital attwali ta' 153 miljun frank [Belġjan]. Huwa għalhekk li trid tiġi prevista żieda fil-kapital ta' EUR 5 miljun biex tevita li ssib ruħha f'sitwazzjoni prekarja.” |
(85) |
Fil-fatt, fid-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2001 dwar il-pjan finanzjarju ta' SOWAER, ir-Reġjun kien diġà vvalida l-prinċipju ta' injezzjonijiet ta' kapital suċċessivi fil-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti tal-Vallonja (60). Il-pjan finanzjarju ta' SOWAER f'dik id-data kien jipprovdi “investiment f'BSCA ta' madwar BEF +/- 60 miljun […] u mbagħad, imqassmin fuq tliet snin, tliet darbiet 30 miljun (kapital ta' 600 miljun u investiment ta' 25 % ta' SOWAER jiġifieri 150 miljun)”, jiġifieri injezzjoni ta' kapital ta' EUR 3,718-il miljun imqassma fuq tliet snin. |
(86) |
Iż-żieda fil-kapital finalment saret f'darba, fit-3 ta' Diċembru 2002. Il-kapital sottoskritt tħallas kollu; SOWAER b'hekk ikontribwixxiet EUR 3 809 miljun fi flus, għal 49,23 % tal-ishma tal-kapital ta' BSCA (61). |
3.2. Il-miżuri tar-Reġjun u ta' BSCA favur Ryanair (62)
3.2.1. Il-Ftehimiet tal-2001
(87) |
Il-frażi “il-Ftehimiet tal-2001” ser tiġbor fiha:
|
3.2.1.1.
(88) |
Ir-Reġjun ikkonkluda ftehim ma' Ryanair fis-6 ta' Novembru 2001. Dan il-ftehim kien jipprovdi imposta tal-inżul ta' EUR 1 għal kull passiġġier li jkun ser isiefer bir-Ryanair, jiġifieri tnaqqis ta' madwar 50 % tal-imposta tal-inżul meta mqabbel mal-ammont stabbilit u ppubblikat mill-gvern tal-Vallonja u li kien ibbażat fuq metodu ieħor ta' kalkolu (64) (dak iż-żmien, fil-fatt, l-ispejjeż tal-ajruport iffatturati lill-kumpaniji tal-ajru kienu ddeterminati skont skeda ta' tariffi deċiża u ppubblikata mill-gvern tal-Vallonja u mhux mill-BSCA). Barra minn hekk, ir-Reġjun intrabat li jikkumpensa lil Ryanair għat-telf li l-kumpanija tista' ssofri direttament minħabba t-tibdil eventwali tal-livell ta' taxxi tal-ajruport jew tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-ajruport fis-snin bejn l-2001 u l-2016, ħlief jekk dawn il-bidliet ikunu ddettati mill-Unjoni Ewropea, l-Istati Federali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili jew minn rekwiżiti oħrajn tad-dritt internazzjonali. |
3.2.1.2.
(89) |
Taħt il-kuntratt tal-2001 bejn BSCA u Ryanair, BSCA stabbilixxiet prezz għall-groundhandling ta' Ryanair ta' EUR 1 għal kull passiġġier (65), jiġifieri 10 darbiet inqas mill-prezz użat fl-2001 minn BSCA għall-utenti l-oħrajn. |
(90) |
BSCA kienet intrabtet ukoll li tikkontribwixxi finanzjarjament u permezz ta' diversi servizzi għan-nefqiet marbutin mal-ftuħ tal-bażi ta' Ryanair f'Charleroi (66). Din il-kontribuzzjoni kienet tammonta għal:
|
(91) |
BSCA kellha wkoll tqiegħed għad-dispożizzjoni bla ħlas ta' Ryanair 100 metru kwadrat ta' uffiċċji u 100 metru kwadrat ta' “engineering store” (maħżen tal-inġinerija), u tiggarantixxi dritt ta' aċċess mhux esklussiv għal sala ta' taħriġ. BSCA kellha wkoll tipprovdi l-bon offiċji tagħha sabiex Ryanair tikseb l-inqas prezz jew ma tħallas xejn għall-użu ta' ħangar għall-manutenzjoni tal-ajruplani. |
(92) |
Barra minn hekk, skont it-termini tal-kuntratt tal-2001, Ryanair u BSCA ħolqu kumpanija ta' reklamar kummerċjali konġunta, imsejħa Société de Promotion de Brussels South Charleroi Airport (minn hawn 'il quddiem “Promocy”). L-għan korporattiv ta' Promocy kien l-iżvilupp ta' Charleroi u tar-reġjun tiegħu permezz tal-isfruttar kummerċjali tal-ajruport (67) (Promocy, pereżempju, kienet tiffinanzja parti mill-prezz tal-biljetti promozzjonali ta' Ryanair). BSCA u Ryanair kellhom jikkontribwixxu fl-istess proporzjonijiet għall-funzjonament ta' Promocy (68). B'hekk BSCA u Ryanair issottoskrivew fi proporzjon ugwali l-kapital azzjonarju ta' Promocy, li kien jammonta għal total ta'EUR 62 500. Barra minn hekk, BSCA u Ryanair kienu jħallsu kull waħda kontribuzzjoni ta' EUR 4 għal kull passiġġier ittrasportat minn Ryanair li jitlaq mill-ajruport ta' Charleroi. |
(93) |
L-imposti għal kull passiġġier li jitlaq applikabbli għall-operazzjonijiet ta' Ryanair taħt il-Kuntratt tal-2001, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet għall-finanzjament ta' Promocy, huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 10. Tabella10 Imposti applikabbli għal Ryanair skont it-termini tal-Kuntratt tal-2001 (69)
|
(94) |
Il-kumpanija Ryanair intrabtet vis-à-vis BSCA li bħala korrispettiv, tibbaża ċertu numru ta' ajruplani (bejn tnejn u erbgħa) f'Charleroi, u li topera tal-inqas tliet rotazzjonijiet kuljum u għal kull ajruplan li jitlaq minn Charleroi għal perjodu ta' 15-il sena (2001-2016) kopert mill-kuntratt. Il-kumpanija Irlandiża kienet qed tassigura b'dan lill-operatur tal-ajruport traffiku ta' passiġġieri li jippermettilu jittama f'xi dħul, kemm mit-taxxi tal-ajruport kif ukoll minn attivitajiet mhux relatati mal-avjazzjoni. Skont il-kuntratt, għalkemm Ryanair kienet waqqfet l-operazzjonijiet tagħha f'Charleroi matul l-ewwel ħames snin tal-kuntratt, il-kumpanija kienet obbligata tħallas lura lil BSCA il-parteċipazzjoni fin-nefqa relatata mal-ftuħ tal-bażi ta' Ryanair u l-kontribuzzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Mill-ħames sena tal-kuntratt, l-ammont tar-rimborż huwa stabbilit b'mod digressiv (70). |
3.2.2. Id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004
(95) |
Skont il-Belġju, skont il-liġi nazzjonali, id-deċiżjoni tal-2004 kienet de facto ħassret il-ftehimiet tal-2001. Barra minn hekk ir-Reġjun iddeċieda li jadotta digriet ministerjali fil-11 ta' Ġunju 2004 dwar it-tnaqqis, għall-finijiet ta' reklamar, tal-imposti dovuti għall-inżul tal-ajruplani fl-ajruport ta' Charleroi. Dan id-digriet daħal fis-seħħ b'mod retroattiv fit-13 ta' Frar 2004. Dan kien jipprovdi li, għall-finijiet ta' reklamar, il-ħlas dovut għall-inżul ta' ajruplan li jopera linja regolari, għall-kumpaniji tal-ajru kollha, kien ta' EUR 1 għal kull passiġġier (jiġifieri l-istess tariffa li kienet tibbenefika Ryanair minnha skont il-ftehimiet tal-2001). Dan it-tnaqqis ġenerali kien validu biss għal sitta u tletin xahar mid-dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali. |
(96) |
Permezz tal-ittra tal-24 ta' Ġunju 2004 (71), BSCA intrabtet ma' Ryanair li tkompli tapplika t-termini tal-Ftehimiet tal-2001 sal-31 ta' Marzu 2006, filwaqt li b'mod partikolari tiggarantixxi lill-kumpanija kost totali għall-użu tas-servizzi tal-ajruport ta' EUR 5 għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport, li jikkorrispondi għal-livell li kien jirriżulta skont il-Ftehimiet tal-2001 li kieku komplew japplikaw fl-2005 u fl-2006 (ara t-Tabella 10). Dan il-qafas kummerċjali temporanju kien ikkundizzjonat mill-fatt li ma jinqabiżx il-limitu massimu ta' żewġ miljun passiġġier fis-sena għall-attività globali tal-ajruport (72); madankollu, minkejja li dan il-limitu massimu nqabeż bi ftit, kif irreġistrat fl-2004 (73), il-kundizzjonijiet offruti lil Ryanair ma nbidlux fl-2004 u fl-2005. |
3.2.3. Il-Ftehim Supplimentari tal-2005
(97) |
Permezz tad-digriet tat-3 ta' Frar 2005, ir-Reġjun iddelega lill-operaturi tal-ajruporti, fosthom lil BSCA (74), il-kompetenza li jiffissaw it-tariffi tal-imposti tal-ajruport. |
(98) |
Mill-1 ta' April 2006, it-tariffa ġenerali tal-imposti għall-inżul mitluba minn BSCA ittellgħet għal EUR 2 għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport; din it-tariffa ta' EUR 2 hija indiċjata. Barra minn hekk, ġiet stabbilita sistema ta' rimessi annwali skont in-numru ta' passiġġieri li jitilqu mill-ajruport, kif muri fit-Tabella 11. Tabella 11 Rimessi fuq l-imposti tal-inżul applikabbli mill-1 ta' April 2006 għall-kumpaniji kollha tal-ajru li joperaw fl-ajruport ta' Charleroi (75)
|
(99) |
Fid-9 ta' Diċembru 2005, BSCA ipproponiet lil Ryanair, li aċċettat, ftehim kummerċjali ġdid bid-data tad-9 ta' Diċembru 2005 (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Supplimentari tal-2005”) għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' April 2006 u l-31 ta' Diċembru 2015. |
(100) |
Skont il-Ftehim Supplimentari tal-2005:
Tabella12 Imposti applikabbli għal Ryanair skont it-termini tal-Ftehim Supplimentari tal-2005 (76)
|
(101) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-ammonti għal kull passiġġier imħallsa minn Ryanair skont it-Tabella 12 huma l-istess, ħlief għas-sena […], bħal dawk li kienu pprovduti mill-Kuntratt tal-2001 (77) (ara t- Tabella 10). |
(102) |
Fl-aħħar nett, il-Kuntratt tal-2005 jipprovdi li għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur minn meta jibda jintuża t-terminal il-ġdid, Ryanair għandha tibbaża f'Charleroi erba' ajruplani b'minimu ta' [25-32] rotazzjoni kuljum. Jekk ma tagħmilx hekk, Ryanair ikollha tħallas ħlas addizzjonali ta' [10-25] %. |
3.2.4. Il-Ftehim Supplimentari tal-2010
(103) |
Fl-1 ta' Jannar 2009, BSCA introduċiet imposta addizzjonali għal kull passiġġier, li titħallas mill-kumpaniji tal-ajru kollha li joperaw mill-ajruport ta' Charleroi, għall-Passagers à Mobilité Réduite (Persuni b'Mobbiltà Mnaqqsa, minn hawn 'il quddiem “imposta PMM”). Il-Ftehim Supplimentari Nru 7 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA fil-fatt jawtorizza lil BSCA tistabbilixxi din l-imposta, li skont il-Belġju huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni (78). L-imposta PMM ġiet iffissata għal 19,5 ċenteżmi tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport fl-2009 (79). |
(104) |
Fis-6 ta' Diċembru 2010 ġie konkluż ftehim supplimentari għall-kuntratt bejn BSCA u Ryanair permezz ta' skambju ta' korrispondenza bejn BSCA u Ryanair (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim Supplimentari tal-2010”). Huwa jipprovdi:
|
3.2.5. It-trasferiment tal-ishma ta' BSCA fi Promocy
(105) |
Fil-31 ta' Marzu 2010, BSCA biegħet il-parteċipazzjoni tagħha ta' 50 % fi Promocy lil Ryanair (81). BSCA biegħet l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom għal ammont totali ta' EUR 31 100 (jiġifieri EUR 100 kull sehem). Ir-riskji u l-obbligi kollha ġew ittrasferiti lill-uniku azzjonist, jiġifieri Ryanair. |
(106) |
Skont il-Belġju, fiż-żmien ta' dan id-disponiment, il-flus ta' Promocy kienu jammontaw għal EUR 261 073 (bilanċ tal-assi, nieqes il-kapital u r-riżerva legali) (82). Għaldaqstant BSCA biegħet nofs il-kapital ta' Promocy bi prezz ferm aktar baxx min-nofs il-valur tal-flus. |
4. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI
4.1. Il-kummenti tal-partijiet interessati rigward il-miżuri favur BSCA
4.1.1. Brussels Airport Company (minn hawn 'il quddiem “BAC”)
a) Osservazzjonijiet li waslu f'Settembru 2012 wara li ġiet adottata d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012
(107) |
BAC tqis li l-miżuri kollha mogħtija lil BSCA kif deskritti fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 huma għajnuna mill-Istat li mhijiex kumpatibbli mas-suq intern. |
(108) |
Skont BAC, l-ebda wieħed mill-investimenti deskritti fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 ma kien soġġett għal deċiżjoni legalment vinkolanti qabel it-12 ta' Diċembru 2000. |
(109) |
BAC tqis li ebda wieħed mill-investimenti fl-infrastrutturi ma kien jirrigwarda l-eżerċitar tas-setgħa pubblika, peress li huma kollha elementi essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi tal-operatur, inklużi x-xogħlijiet għat-titjib tal-funzjonament tal-ajruport (bħas-sistemi tal-inżul jew l-estensjoni tar-runway) jew biex jgħinu l-iżvilupp ekonomiku tiegħu (parkeġġ għall-karozzi, toroq ta' aċċess jew swali ta' manutenzjoni). |
(i) Il-ħlas minn BSCA tal-konċessjoni u tal-infrastrutturi
(110) |
BAC targumenta li ebda waħda mill-miżuri mogħtija lil BSCA kif deskritti fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 ma hija konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq (minn hawn 'il quddiem “MEIP” - Market Economy Investor Principle). Fid-dawl tal-prattiki fis-settur, ir-ritorn fuq l-investiment li daħħal ir-Reġjun/SOWAER huwa ferm aktar baxx minn dak li jippretendi investitur privat (83). |
(111) |
Skont BAC, ebda waħda mill-għajnuniet għall-investiment mogħtija lil BSCA ma kienet limitata għall-minimu meħtieġ. Dan minħabba l-fatt li s-somma mħallsa minn BSCA għall-konċessjoni u l-infrastrutturi baqgħet l-istess bejn l-2002 u l-2010, ħlief għal żieda fl-2007, meta n-numru ta' passiġġieri u d-dħul żdiedu matul l-istess perjodu. Minħabba dan, il-valur nett medju tal-infrastrutturi żdied għal BSCA, filwaqt li l-pagamenti netti medji naqsu. |
(ii) Is-servizzi pprovduti minn SOWAER lil BSCA u s-servizzi rimborżati mir-Reġjun
(112) |
F'dak li jirrigwarda s-servizzi pprovduti minn SOWAER lil BSCA u s-servizzi rimborżati mir-Reġjun lil BSCA, BAC iddikjarat li apparti s-servizzi pubbliċi bħall-pulizija u d-dwana, l-Istat Belġjan ma jintervjeni għal ebda attività oħra fl-ajruport ta' Brussell. BAC tassumi l-kost tas-servizzi ta' tifi tan-nar, tas-sikurezza u ta' manutenzjoni. Is-servizzi relatati mal-monitoraġġ, ir-reġistrazzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet jitħallsu direttament lil Belgocontrol mill-kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport ta' Brussell. Fl-ajruport ta' Charleroi, il-kumpaniji tal-ajru ma jridux iħallsu biex jibbenefikaw minn dawn is-servizzi. Bħala tali, is-servizzi rimborżati mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA mhumiex marbutin mal-eżerċitar tas-setgħa pubblika. |
(113) |
BAC tqis li dawn is-servizzi mhumiex servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, peress li huma inerenti għall-operat ta' ajruport u għall-aspetti essenzjali tal-attivitajiet ekonomiċi ta' ajruport u ma jissodisfawx il-kriterji tas-sentenza Altmark. |
(114) |
BAC tqis li l-pagamenti li saru biex jirrimborżaw lil BSCA għal dawn is-servizzi mhumiex konformi mal-MEIP u jikkostitwixxu għajnuna għall-funzjonament. Il-pagamenti li għamlet BSCA lir-Reġjun għall-użu tal-infrastrutturi kienu aktar baxxi minn dak li investitur privat iqis aċċettabbli, investitur bħal dan ma japprovax pagamenti addizzjonali għal servizzi mingħajr ma jibbenefika minn redditu korrispondenti. |
(115) |
BAC tenfasizza li l-għajnuna għall-funzjonament ma tistax tkun iddikjarata kumpatibbli ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali u f'kundizzjonijiet stretti f'reġjuni żvantaġġjati. L-ajruport ta' Charleroi ma jissodisfa ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet u l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern. |
(iii) Is-sehem tas- SOWAER fiż-żieda fil-kapital ta' BSCA
(116) |
BAC tiddubita kemm iż-żieda fil-kapital ta' BSCA tat-3 ta' Diċembru 2002 saret skont l-MEIP. BAC tenfasizza wkoll li biex ikun ivvalutat jekk investitur privat kienx iżid dan il-kapital, l-għajnuniet l-oħrajn li tgawdi minnhom BSCA m'għandhomx jiġu kkunsidrati. |
(iv) Impatt fuq il-kompetizzjoni
(117) |
BAC targumenta li l-għajnuna ppermettiet lill-ajruport ta' Charleroi isaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu meta mqabbel ma' ajruporti oħrajn u ma' mezzi oħrajn ta' trasport, bħall-ferrovija b'veloċità qawwija, għaliex tippermetti lil BSCA tapplika imposti tal-avjazzjoni baxxi. Minn dan tirriżulta differenza bejn l-imposti applikati fi Brussell u dawk applikati f'Charleroi, l-aktar minħabba d-differenzi bejn l-imposti fuq kull passiġġier u l-imposti marbutin mas-sikurezza. L-imposti tal-avjazzjoni li titlob BSCA huma aktar baxxi mill-prezz tas-suq meta mqabbla mal-ajruport ta' Brussell u ajruporti oħrajn simili li jinsabu fiż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi (bħal Eindhoven, Lille u Cologne/Bonn). |
(118) |
Skont BAC, din id-differenza wasslet għal telf ta' 2,5 miljun passiġġier bejn l-2004 u l-2011. Iż-żieda fl-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi mhuwiex dovut biss għat-traffiku supplimentari li l-ajruport ta' Brussell ma ġġenerax, kif jixhed il-fatt li t-tkabbir annwali medju ta' kampjun ta' referenza ta' ajruporti Ewropej kien ta' 20,5 % bejn l-2005 u l-2011 filwaqt li t-traffiku fi Brussell baqa' l-istess. Barra minn hekk, iż-żieda fid-destinazzjonijiet u l-frekwenzi f'Charleroi seħħet fl-istess żmien tat-tneħħija jew it-tnaqqis tal-frekwenzi fi Brussell għal dawn id-destinazzjonijiet. |
(b) Kummenti li waslu f'Mejju 2014 wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-avjazzjoni rigward l-għajnuna pubblika favur l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru
(119) |
BAC tqis li kemm l-għajnuna għall-investiment kif ukoll l-għajnuna operattiva li minnhom gawdiet BSCA huma għajnuniet mill-Istat li ma jistgħux jitqiesu kumpatibbli mas-suq intern. Id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-avjazzjoni jsaħħu din il-konklużjoni fil-fehma tagħhom. |
(i) L-għajnuna għall-investiment
(120) |
BAC hija tal-opinjoni li l-għajnuna għall-investimenti li minnha gawdiet BSCA hija għajnuna mill-Istat li għandha titqies inkumpatibbli mas-suq intern għaliex mhijiex proporzjonata mal-għanijiet ta' interess komuni (Bruxelles international ma kienx iffullat) u mhijiex limitata għall-minimu meħtieġ. |
(ii) Għajnuna operattiva
1. Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
(121) |
Skont BAC, id-Deċiżjoni tal- ftuħ ikkonċentrat l-aktar fuq id-differenza fit-trattament tal-finanzjament ta' dawn l-attivitajiet bejn Charleroi u kumpaniji oħrajn fi ħdan l-istess Stat Membru, u ajruporti oħrajn bħall-ajruport ta' Brussels-National. F'dan ir-rigward, BAC tqis li r-rimborż mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA tal-ispejjeż ta' dawn is-servizzi huwa għajnuna mill-Istat u diskriminazzjoni bejn BAC u BSCA fl-Istat Belġjan peress li min-naħa tagħha BAC kellha ġġarab dawn l-ispejjeż weħidha. |
2. Il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE
(122) |
Il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru (84) (minn hawn 'il quddiem il-“Linji Gwida tal-Avjazzjoni”) jistabbilixxi li ċertu numru ta' kriterji jridu jkunu ssodisfati biex l-għajnuna operattiva mogħtija tista' titqies kumpatibbli mas-suq intern. Skont BAC, l-għajnuna operattiva li minnha gawdiet BSCA ma tissodisfax dawn il-kriterji. |
a. L-għajnuna ma tikkontribwixxix għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni definit sew
(123) |
Fil-fatt, filwaqt li Charleroi u Brussels-National jikkompetu bejniethom fl-istess żona ta' kummerċ, l-għajnuna mogħtija lil BSCA wasslet, skont BAC, għall-irduppjar tal-kapaċitajiet tal-ajruport disponibbli fil-Belġju. B'hekk, il-kapaċitajiet ta' Charleroi ġew estiżi, meta dawk tal-ajruport ta' Brussell ma kinux saturati. B'hekk it-total tan-numru ta' passiġġieri f'Charleroi u fi Brussels Airport kien jammonta għal 25,4 miljuni fl-2012, jiġifieri numru saħansitra iżgħar mill-kapaċità ta' akkoljenza massima li jista' joffri Brussels Airport. |
b. Nuqqas ta' ħtieġa ta' intervent mill-Istat
(124) |
BAC tenfasizza li t-traffiku annwali ta' Charleroi kien jaqbeż il-miljun passiġġier fl-2001-2002 u t-tliet miljun passiġġier fl-2008-2009. Fir-rigward tal-kategoriji stabbiliti mil-Linji Gwida tal-avjazzjoni, BSCA kellha tkun kapaċi ġġorr il-parti l-kbira, jekk mhux it-total, tal-ispejjeż iġġenerati fl-ajruport ta' Charleroi matul il-perjodu kkunsidrat fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni. |
(125) |
Skont BAC, m'għandha tingħata ebda għajnuna operattiva lil BSCA minn meta daħlu fis-seħħ il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni peress li t-traffiku annwali tal-passiġġieri qabeż ferm il-limitu ta' tliet miljuni mill-2009 'l hawn. |
c. L-għajnuna mhijiex xierqa u l-ammont tagħha huwa sproporzjonat
(126) |
Skont BAC, l-ammonti mħallsa minn BSCA għas-servizzi li ġejjin setgħu kienu aktar xierqa: dak għad-disponibbiltà tal-infrastrutturi tal-ajruport, dak bi tpattija għas-servizzi pprovduti minn SOWAER, u r-rimborż mir-Reġjun tal-Vallonja ta' ċerti servizzi. Skont BAC, l-għajnuna mill-Istat mogħtija lil BSCA ma kinitx limitata għall-minimu meħtieġ u r-Reġjun tal-Vallonja u SOWAER setgħu użaw politiki li jagħmlu inqas ħsara lill-kompetizzjoni. |
d. L-għajnuna tiġġenera effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
(127) |
L-ewwel nett, BAC tenfasizza li għall-kuntrarju ta' dak li jirrakkomanda l-punt 131 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-pjan tan-negozju ta' BSCA ma studjax il-kwistjoni tal-impatt tal-iżvilupp tal-attività tagħhom fuq it-traffiku fi Brussels Airport. |
(128) |
Barra minn hekk, BAC tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-kawża inkwistjoni ma tistax titqabbel ma' dik tal-ajruport ta' Groningen fejn il-Kummissjoni kkunsidrat l-għajnuna operattiva bħala kumpatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, f'din il-kawża, il-Kummissjoni kienet irrikonoxxiet il-bżonn li titneħħa l-konġestjoni mill-ajruport ta' Schiphol u l-fatt li l-ajruporti kienu pjuttost imbiegħda minn xulxin; żewġ fatturi irrilevanti f'dan il-każ. |
(129) |
Din l-għajnuna li ppermettiet lil BSCA tbaxxi b'mod artifiċjali l-ammont tal-imposti tal-ajruport kellha dawn l-impatti negattivi li ġejjin fuq BAC: tnaqqis sinifikanti fil-frekwenza tal-passiġġieri fl-ajruport u tnaqqis jew saħansitra tneħħija tal-linji moqdija wkoll fl-ajruport ta' Charleroi. |
(130) |
F'dak li jirrigwarda t-tnaqqis fil-volum ta' passiġġieri fi Brussels-National, BAC tenfasizza li dan ġej essenzjalment mill-fatt li l-klijenti tagħha ġew assorbiti minn BSCA. B'hekk, skont BAC, filwaqt li l-parti l-kbira tal-ajruporti Ewropej irreġistraw żieda fil-frekwentazzjoni tagħhom bejn l-2005 u l-2013, dik ta' Brussels-National staġnat filwaqt li fl-istess ħin il-volum ta' passiġġieri f'Charleroi żdied. |
(131) |
Skont BAC, il-fenomenu ta' assorbiment tal-klijentela tagħha jispjega wkoll it-tneħħija ta' linji fi Brussels-National u t-tnaqqis fil-frekwenza ta' ċerti titjiriet. BAC tistabbilixxi b'mod partikolari korrispondenza bejn it-titjiriet imwaqqfa fl-ajruport ta' Brussels-National u l-istabbiliment ta' titjiriet ekwivalenti fl-ajruport ta' Charleroi. |
(132) |
BAC tirrakkomanda li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni li ser tieħu rigward din l-għajnuna, tiddikjara, skont il-limiti stabbiliti mil-Linji Gwida l-ġodda, (i) li ma tistax tingħata aktar għajnuna operattiva u għall-investimenti lil BSCA mid-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida l-ġodda, (ii) li s-servizzi tal-ajruport f'Charleroi jiġu ntaxxati f'livell suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż marġinali ġġenerati. |
4.1.2. Brussels Airlines
(a) L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat lil BSCA
(i) Attività ekonomika
(133) |
Brussels Airlines tgħid li s-servizzi tat-tifi tan-nar, ta' manutenzjoni, ta' sigurtà u ta' sikurezza, kif ukoll is-servizzi relatati mal-inżul, it-tlugħ u l-infrastrutturi ma jaqgħux taħt il-kompitu tagħha ta' servizz pubbliku iżda jagħmlu parti mill-attività ekonomika ta' tmexxija ta' ajruport u mgħandhomx ikunu ssussidjati b'mod diskriminatorju. Dawn is-servizzi ma jistgħux jitqiesu bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Brussels Airlines tgħid li setturi oħrajn fir-Reġjun tal-Vallonja jiffinanzjaw is-servizzi proprji ta' tifi tan-nar u li dan huwa l-każ ukoll tal-ajruport ta' Brussell. Billi r-Reġjun tal-Vallonja jkopri l-ispejjeż relatati mas-sikurezza tal-ajruport ta' Charleroi, BSCA ma tirkuprahomx mingħand il-kumpaniji tal-ajru, filwaqt li l-ajruport ta' Brussell ma bbenefika minn ebda kumpens f'dan ir-rigward. Il-passiġġieri li jitilqu minn Brussell huma wkoll soġġetti għall-imposta tal-Awtorità Belġjana tal-Avjazzjoni Ċivili, li mhuwiex il-każ tal-passiġġieri li jitilqu mill-ajruport ta' Charleroi. |
(ii) Vantaġġ
(134) |
Brussels Airlines ma taħsibx li r-Reġjun/SOWAER ġabu ruħhom bħal operatur privat f'ekonomija tas-suq meta taw l-għajnuna lil BSCA. Il-profittabbiltà ta' BSCA tidher li hija minfuħa bis-sussidji u l-miżuri ta' kumpens, li mingħajrhom il-marġni ta' qligħ kien ikun dejjem negattiv. Brussels Airlines tiddubita wkoll jekk il-profittabbiltà magħquda ta' BSCA u ta' SOWAER tirriflettix il-prattiki tas-suq. Brussels Airlines targumenta li r-Reġjun ma jaġixxix bħal investitur privat peress li dan tal-aħħar ma jinvestix f'kumpanija li strutturalment tagħmel telf. |
(iii) Distorsjoni tal-kompetizzjoni
(135) |
Ben l-2004 u l-2012, meta l-frekwenza tal-passiġġieri fuq titjiriet qosra f'Charleroi kienet ittriplat, dik tal-ajruport ta' Brussell kienet staġnat peress li r-rata ta' frekwentazzjoni tiegħu fl-2012 kienet l-istess bħal fl-2004. Brussels Airlines iżżid li f'dak li jirrigwarda l-kumpanija tagħha, in-numru ta' passiġġieri għadda minn […] miljun għal […] miljun. Fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, u minħabba li kkunsidrati flimkien, il-frekwentazzjonijiet tal-ajruporti żdiedu b'34 %, Brussels Airlines tiddeduċi li t-tkabbir kollu kien ta' benefiċċju għall-ajruport ta' Charleroi. Brussels Airlines tinnota li mill-2004 sal-2007, ajruporti oħrajn Ewropej raw tkabbir kbir (aktar minn 20 %), iżda dak ta' Charleroi mhuwiex iġġustifikat biss minn żieda fit-traffiku, iżda wkoll mill-fatt li għadd kbir ta' passiġġieri li normalment kienu jiffrekwentaw l-ajruport ta' Brussell ippreferew l-ajruport ta' Charleroi minnu. Brussels Airlines tistma dan it-telf għal […] miljun passiġġier fis-sena għall-benefiċċju tal-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri telf ta' dħul stmat għal aktar minn EUR […] miljun fis-sena. |
(b) Il-bażi legali li fuqha għandha tiġi evalwata l-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA
(136) |
Skont Brussels Airlines, il-Kummissjoni mgħandhiex bażi legali biex tawtorizza għajnuna operattiva li (i) ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni u (ii) kienet inkumpatibbli mas-suq intern meta ngħatat. Applikazzjoni retroattiva tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni hija kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tad-dritt u b'mod partikolari, kif inhu l-każ hawnhekk, meta l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna operattiva huma relattivament inqas stretti milli fil-passat. |
(137) |
Fl-ewwel lok, il-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta' non-retroattività tal-leġiżlazzjoni Ewropea jipprekludu l-possibbiltà li regolament tal-Unjoni jkollu effett qabel il-pubblikazzjoni tiegħu ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Fdan il-każ, skont Brussels Airlines, mhemmx ċirkustanzi eċċezzjonali. |
(138) |
Fit-tieni lok, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna illegali, jingħad li l-Kummissjoni għandha dejjem tivvaluta l-kumpatibbiltà mas-suq intern ta' għajnuna illegali fid-dawl tal-kriterji tal-istrumenti ġuridiċi fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna. Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, il-Kummissjoni ma tistax taħrab mir-regoli tagħha stess mingħajr ma tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt (trattament ugwali, aspettattiva leġittima). Għalhekk, skont Brussels Airlines mhemmx raġuni leġittima għalfejn din il-Komunikazzjoni mgħandhiex tiġi applikata f'dan il-każ. |
(139) |
Finalment, l-għajnuna operattiva hija inkumpatibbli mas-suq intern. Skont Brussels Airlines, dan il-prinċipju ġie ddikjarat b'mod ċar fil-Linji Gwida tal-2005. |
(140) |
Brussels Airlines tqis li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa aktar u aktar inaċċettabbli f'din il-kwistjoni meta:
|
(141) |
Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA kienu perfettament konxji mir-regolamenti fis-seħħ dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-projbizzjoni tal-għajnuna ma tmurx għalhekk kontra l-prinċipju ta' aspettattiva leġittima. Għall-kuntrarju, ikun partikolarment inġust li l-imġiba illegali tagħhom tiġi ġġustifikata b'mod retroattiv għad-detriment ta' partijiet terzi, u b'mod partikolari għad-detriment ta' dawk li rrispettaw ir-regoli. Il-bilanċ tal-interessi involuti jeħtieġ b'mod ċar il-projbizzjoni tal-għajnuna kkonċernata. |
(142) |
Skont Brussels Airlines, jekk il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jiġu applikati b'mod retroattiv għall-għajnuna operattiva mogħtija u manifestament inkumpatibbli, il-Kummissjoni tirrikonoxxi b'mod impliċitu din l-inkumpatibbiltà. |
(c) Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA fuq il-bażi tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni
(i) Għan ta' interess ġenerali
(143) |
Brussels Airlines tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li l-effetti pożittivi mistennija mill-politiki ta' għajnuna pubblika bħall-iżvilupp u l-aċċessibbiltà tar-reġjuni huma inċerti. |
(144) |
Il-fenomenu tat-tnaqqir tat-traffiku mill-ajruporti stabbiliti għall-benefiċċju tal-ajruporti reġjonali jġib miegħu, skont Brussels Airlines, diversi konsegwenzi negattivi oħrajn:
|
(145) |
Barra minn hekk, Brussels Airlines tenfasizza l-fatt li l-għajnuna operattiva ngħatat lill-ajruport ta' Charleroi meta (i) dan l-ajruport jinstab fl-istess żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National u (ii) dan tal-aħħar kien għad għandu kapaċitajiet disponibbli. Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, pjan tan-negozju bbażat fuq previżjonijiet ta' traffiku tal-merkanzija u tal-passiġġieri kien missu jidentifika l-impatt potenzjali tal-iżvilupp ta' dan l-ajruport fuq it-traffiku tal-ajruport ta' Brussell. Brussels Airlines tenfasizza li din il-valutazzjoni qatt ma saret. Fi kwalunkwe każ, kieku saret valutazzjoni bħal din, din kienet turi żieda fit-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi għad-detriment ta' dak tal-ajruport ta' Brussell. Skont Brussels Airlines, dan ir-riżultat kien jikkorrispondi għar-realtà: żieda fl-ishma tas-suq tal-ajruport ta' Charleroi, korrelatata ma' tnaqqis fl-ishma tas-suq tal-ajruport ta' Brussels-National u mat-tnaqqis fil-frekwenza u/jew mal-għeluq ta' diversi linji ta' Brussels Airlines. Għaldaqstant, Brussels Airlines tafferma mill-ġdid li l-għajnuna operattiva mogħtija lil BSCA ma kkontribwixxietx għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni. Għall-kuntrarju, dawn il-miżuri wasslu għal użu ħażin u ħela ta' riżorsi. |
(ii) Il-ħtieġa tal-għajnuna
(146) |
Brussels Airlines tfakkar li ajruport jibbenefika minn għajnuna operattiva, il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdu li t-traffiku annwali ta' ajurport ma jridx jaqbeż it-tliet miljun passiġġier. Brussels Airlines jenfasizza li dan il-limitu nqabeż fl-2009. Barra minn hekk, Brussels Airlines tinnota li l-għajnuna operattiva li minnha bbenefikat BSCA ma nbidlitx bejn l-2002 u l-2008 meta fit-teorija, BSCA kellha tkun kapaċi tkopri porzjon dejjem ikbar ta' dawn l-ispejjeż operattivi. Barra minn hekk, mill-2009, l-ajruport ta' Charleroi kellu jkun kapaċi jkopri dawn l-ispejjeż operattivi u ma kienx eliġibbli biex jirċievi għajnuna operattiva oħra. |
(iii) In-nuqqas ta' adegwatezza tal-għajnuna.
(147) |
Skont Brussels Airlines, anki jekk jiġi ppruvat li l-għajnuna operattiva kienet għadha meħtieġa għall-ajruport ta' Charleroi fl-2008, madankollu huwa ċert li l-finanzjament pubbliku ta' BSCA permezz ta' għajnuna mill-Istat ma kinitx politika ġusta peress li l-ajruport ta' Charleroi ma kienx jipproduċi qligħ. Barra minn hekk, Brussels Airlines tenfasizza li l-miżuri inkwistjoni kollha mhumiex xierqa minħabba l-fatt li r-reġjun tal-Vallonja, sa fejn taf hi, ma ppruvax iqabbel a priori l-miżuri tiegħu ma' miżuri ta' għajnuna li jfixklu inqas il-kompetizzjoni. |
(iv) Distorsjoni tal-kompetizzjoni.
(148) |
Brussels Airlines tfakkar li l-ajruport ta' Charleroi jinsab fl-istess żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussell u li dan tal-aħħar kien għad għandu kapaċità disponibbli matul il-perjodu eżaminat. Barra minn hekk, Brussels Airlines tenfasizza li għalkemm in-numru ta' passiġġieri żdied fl-ajruport ta' Charleroi, dak tal-ajruport ta' Brussels-National staġna jew saħansitra naqas f'dawn l-aħħar snin minkejja l-fatt li t-traffiku tal-ajru żdied globalment fil-pajjiżi kollha Ewropej. |
4.1.3. L-Assoċjazzjoni tar-Rappreżentanti tal-Kumpaniji tal-Ajru (BAR)
(a) Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012
(149) |
BAR tgħid li fl-ajruport ta' Brussell, l-ispejjeż għas-servizzi tat-terminals (imposti), l-ispejjeż relatati mas-sikurezza u ċerti spejjeż ta' sigurtà u l-ispejjeż għas-servizzi tat-tifi tan-nar huma mħallsa mill-utenti tiegħu, filwaqt li fl-ajruporti reġjonali, dawn jitħallsu mill-awtoritajiet tal-ajruport jew dawk reġjonali. Skont BAR, dan huwa vantaġġ sostanzjali għall-ajruporti reġjonali. |
(b) Kummenti li waslu wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-avjazzjoni rigward l-għajnuna pubblika favur l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru.
(i) Dwar id-distorsjoni fil-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna operattiva favur Brussels South Charleroi Airport (BSCA)
(150) |
BAR tfakkar fil-qosor it-tip ta' għajnuna inkwistjoni: għajnuna operattiva li rċeviet BSCA u li ngħatat mir-Reġjun tal-Vallonja, “aktarx ittrasferita lil Ryanair, għall-inqas parzjalment”. |
(151) |
BAR tikkundanna l-fatt li, meta ħabbret li riedet tapplika l-prinċipji msemmija fil-Linji Gwida tal-Avjazzjoni “fil-kawżi kollha li jirrigwardaw għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruporti, anki jekk l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014” il-Kummissjoni tmur kontra l-prinċipju ta' ċertezza legali u tadotta approċċ oppost għal dak li hija kienet tirrakkomanda fl-2002 fil-Komunikazzjoni tagħha dwar id-determinazzjoni tar-regoli applikabbli għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat illegali peress li skont BAR, din tispeċifika li l-għajnuna għandha tiġi eżaminata “fid-dawl tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fid-data tal-għoti tal-għajnuna”. Barra minn hekk, BAR tqis li din il-bidla fil-politika tal-Kummissjoni tikser ukoll il-prinċipju li għandhom jingħataw raġunijiet peress li l-Kummissjoni ma tispjegax għalfejn l-iżvilupp fis-settur tal-avjazzjoni għandu impatt fuq l-eżami tal-għajnuna operattiva tal-passat, u lanqas għalfejn din biss hija affettwata u mhux l-għajnuna għall-bidu jew għall-investiment fil-passat. F'dan ir-rigward, BAR tenfasizza li fl-ipoteżi li l-Kummissjoni kellha tiddikjara għajnuna mogħtija fil-passat bħala kumpatibbli mas-suq intern meta qabel kien ġie deċiż mod ieħor, dan mhux biss imur kontra l-prinċipji ġenerali msemmija qabel iżda wkoll il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u ta' aspettattiva leġittima. |
(152) |
Skont BAR, il-miżuri ta' għajnuna kkonċernati, inklużi dawk mogħtija fil-passat lil BSCA, mhumiex kumpatibbli mas-suq intern, anki jekk jiġu eżaminat fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(ii) Kummenti addizzjonali dwar il-kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni
(153) |
Skont BAR, jekk BSCA tqis li għajnuna maħsuba għat-twettiq ta' ċerti servizzi pubbliċi fl-ajruport għandha tkun awtorizzata, jeħtieġa li dawn jitqabblu mal-istess servizzi pprovduti fl-ajruport ta' Brussels-National. Madankollu, BAR tenfasizza li ċerti servizzi pprovduti lil BSCA huma kkunsidrati bħala servizzi pubbliċi filwaqt li fl-ajruport ta' Brussels-National mhumiex ikkunsidrati hekk. |
(154) |
BAR tinsisti fuq il-fatt li l-ġbir tal-imposti tal-ajruport m'għandux iwassal għal sitwazzjoni ta' diskriminazzjoni bejn l-utenti. B'mod partikolari BAR tirreferi għall-iskontijiet li tibbenefika minnhom Ryanair fuq l-imposti tal-ajruport u li minnhom ma jgawdux il-kumpaniji l-oħrajn stabbiliti f'dan l-ajruport, u għall-fatt li l-imposti tal-ajruport fl-ajruport ta' Brussels-National huma ferm ogħla. |
(155) |
BAR tfakkar li minn meta l-ajruport ta' Brussell ġie pprivatizzat, is-servizzi tiegħu mgħadhomx b'mod speċifiku kkunsidrati li jaqgħu taħt l-isfera pubblika. Dawn is-servizzi huma “attivitajiet irregolati” li għalihom l-imposti li jħallsu l-utenti jew il-passiġġieri tal-ajruport huma kkontrollati skont formula. |
(156) |
Barra minn hekk, BAR tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq l-ipoteżi ta' sussidji inkrojċati peress li Ryanair tiżvolġi l-attività tagħha kemm f'Charleroi kif ukoll fl-ajruport ta' Brussels-National. Kieku din l-ipoteżi kellha tiġi vverifikata, dan ikun b'mod ċar każ ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
4.1.4. L-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA)
(a) Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012
(157) |
L-AEA targumenta li s-sussidji mogħtija lill-ajruporti reġjonali huma aċċettabbli biss jekk ikunu ta' benefiċċju għall-utenti kollha tal-ajruport mingħajr ebda diskriminazzjoni u jekk ma joħolqux distorsjonijiet bejn l-ajruporti fl-istess żona ta' kummerċ. L-AEA tirrikonoxxi li l-ajruporti jistgħu jadattaw l-infrastrutturi tagħhom għall-ħtiġijiet ta' utenti speċifiċi, diment li l-prinċipji ta' trasparenza, ta' proporzjon mal-kontijiet u tan-nondiskriminazzjoni jkunu rrispettati. |
4.1.5. Air France
(a) Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012
(158) |
Air France titlob lill-Kummissjoni biex ma tapprovax dik li hija tqis bħala għajnuna operattiva li tfixkel il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru u bejn l-ajruporti. Air France tqis li l-Kummissjoni għandha tagħmel paragun dettaljat tal-imposti applikati fl-ajruport ta' Charleroi ma' dawk applikati fl-ajruporti tal-istess żona ta' kummerċ, b'mod partikolari fl-ajruport ta' Brussels-National. |
(159) |
Barra minn hekk, Air France tikkontesta l-applikazzjoni retroattiva tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għall-każijiet li jinvolvu għajnuna operattiva lill-ajruporti, anki jekk din l-għajnuna tħallset qabel il-pubblikazzjoni tagħhom, għal diversi raġunijiet:
|
(160) |
Air France issostni li l-Linji Gwida l-ġodda ser ikollhom l-effett li jiffavorixxu lill-operaturi l-ġodda għad-detriment tal-operaturi antiki. Fil-fatt, jekk jippermettu lil kumpanija tal-ajru ġdida tħallas biss il-kost inkrimentali assoċjat mal-attività tagħha, ikunu qegħdin jiddiskriminaw lill-operaturi antiki tal-ajruport li huma soġġetti għal imposti ogħla. |
(161) |
Fl-aħħar nett, Air France tfakkar li għalkemm il-kundizzjoni tal-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ta' ajruport tista' tidher faċilment issodisfata fit-teorija, il-prattika hija kompletament differenti, billi ċerti mudelli operattivi huma xjentement żvantaġġjati. |
4.1.6. BSCA
(a) Kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012
(162) |
BSCA tistieden lill-Kummissjoni tagħlaq l-investigazzjoni tagħha minħabba n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat favuriha jew favur l-imsieħba kummerċjali tagħha. |
(163) |
L-ewwel nett, BSCA tqis li t-tul ta' żmien mill-bidu tal-kawża huwa tali li jagħti lok għal aspettattiva leġittima lil BSCA u lill-utenti tagħha. BSCA tfakkar li l-Kummissjoni kienet diġà ġiet informata, waqt l-ewwel investigazzjoni tagħha li wasslet għad-deċiżjoni tal-2004, dwar il-mekkaniżmu implimentat mir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA fl-1991 bħala parti mill-kuntratt ta' konċessjoni u l-emendi ulterjuri tiegħu. BSCA tikkontesta għalhekk l-estensjoni tal-ambitu tal-miżuri li qegħdin jiġu eżaminati mill-Kummissjoni. |
(164) |
BSCA tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni rigward l-importanza tal-ajruporti reġjonali fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, tal-aċċessibbiltà tar-reġjun kif ukoll tat-turiżmu. BSCA tqis li l-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru ħolqot kategorija ġdida ta' passiġġieri ffukati fuq is-city trips u l-vjaġġi qosra għal raġunijiet familjari, kif ukoll mudelli ekonomiċi ġodda bi prezz baxx li jissodisfaw din id-domanda ġdida. BSCA tqis, għalhekk, li hija f'kompetizzjoni ferm żgħira mal-ajruport ta' Brussels-National. F'dan ir-rigward, BSCA tenfasizza l-impatt ferm limitat tal-ftuħ fil-passat ta' linja bejn Dublin u l-ajruport ta' Charleroi Bruxelles Sud fuq l-ajruport ta' Brussels-National. (85) BSCA tiġġustifika s-suċċess tagħha permezz tal-politika dinamika implimentata mill-awtoritajiet tal-Vallonja f'dawn l-aħħar snin kif ukoll permezz tal-flessibbiltà tal-infrastruttura tagħha u d-dinamiżmu tat-timijiet tal-ajruport. |
(165) |
Rigward is-servizzi ta' interess ġenerali, BSCA tfakkar li ilha mill-1991 tirċievi kumpens għal servizzi ta' interess ġenerali kif definiti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet konkluż mal-awtoritajiet pubbliċi tal-Vallonja. BSCA tikkontesta l-analiżi li għamlet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-21 ta' Marzu 2012, li tikkonfuta n-natura non-ekonomika ta' dawn l-attivitajiet. L-operatur iqis li din hija, minn naħa, tibdil ta'pożizzjoni tal-Kummissjoni meta mqabbla mal-prattika tad-deċiżjonijiet eżistenti tagħha u, min-naħa l-oħra, ksur tar-regolamenti internazzjonali u Ewropej dwar is-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport. BSCA tfakkar lill-Kummissjoni li t-trasferiment ta' dawn is-servizzi ta' interess ġenerali li qabel kienu jsiru mill-amministrazzjoni kien immotivat minn interess ta' amministrazzjoni tajba u ta' flessibbiltà. Għalhekk, il-kumpens imħallas mill-awtoritajiet tal-Vallonja huwa limitat, iġġustifikat abbażi tal-ispejjeż u ma joħloq ebda benefiċċju għal BSCA. Ġiet stabbilita sistema ta' kontroll biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed. |
(166) |
Rigward iż-żieda tal-kapital, BSCA tfakkar li l-Kummissjoni ma kienet qajmet l-ebda dubju fl-ewwel investigazzjoni u tqis li hija konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq. L-operatur iżid li din iż-żieda ġiet deċiża fuq il-bażi ta' pjan tan-negozju kredibbli u realista u li din kienet iġġustifikata mill-ħtiġijiet tagħha fil-kuntest tal-iżvilupp konsiderevoli tal-attivitajiet tagħha. F'dan ir-rigward, BSCA tenfasizza li l-Kummissjoni kienet diġà nnutat fl-2004 li l-qligħ mistenni għall-2003 kien ogħla minn dak mistenni fid-dawl tal-pjan tan-negozju tal-2001. Bl-istess mod, in-numru ta' passiġġieri li vvjaġġaw permezz ta' BSCA kif ukoll id-dħul operattiv fl-2011 jaqbżu l-estimi previsti minn dan l-istess pjan ta' negozju. Fl-aħħar nett, skont BSCA, l-iżvilupp tal-attivitajiet ta' BSCA fi sħubija ma' Ryanair ippermetta li SOWAER tibbenefika mir-riżultati tajbin miksuba minn BSCA biex tiġġenera valur miżjud sostanzjali mill-bejgħ ta' parti mill-assi tagħha fl-2009. |
4.2. Il-kummenti tal-partijiet interessati dwar il-miżuri favur Ryanair
4.2.1. Britannia
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(167) |
Il-kumpanija tal-ajru Britannia tikkunsidra li huwa normali li l-ajruporti jistgħu joffru appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u skontijiet skont il-volum ta' passiġġieri miġjub mill-kumpaniji, speċjalment fil-każ ta' ajruporti li għadhom mhumiex stabbiliti sew. Madankollu, dawn il-vantaġġi għandhom jibqgħu proporzjonati, realistiċi u limitati fiż-żmien. Britannia hija mħassba dwar l-inugwaljanza li nħolqot bejn il-kumpaniji tal-ajru f'kompetizzjoni ma' xulxin f'dan il-każ. It-taxxi tal-ajruport mhumiex l-istess u mhumiex realistiċi, filwaqt li l-kumpaniji bi prezz baxx jużaw ir-runways, it-terminals jew it-tagħmir ta' sigurtà bl-istess mod bħall-kumpaniji l-oħrajn. |
4.2.2. Scandinavian Airlines
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(168) |
SAS tfakkar li d-deregulazzjoni tal-ajru Ewropew ħolqot kompetizzjoni akbar bejn il-kumpaniji tal-ajru tradizzjonali u ħolqot ukoll kumpaniji ġodda li żviluppaw kunċetti ġodda ta' impriża. Huwa essenzjali li din il-kompetizzjoni tkun konformi ma' acquis regolatorju applikat b'mod trasparenti u nondiskriminatorju. |
4.2.3. KLM Royal Dutch Airline
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(169) |
KLM tispjega li l-kumpaniji bi prezzijiet baxxi u l-kumpaniji tradizzjonali joffru prodotti differenti u li kull waħda minnhom għandha l-iskop tagħha, kemm fil-livell kummerċjali kif ukoll dak operattiv. Il-kumpaniji bi prezzijiet baxxi ġeneralment jevitaw l-ajruporti l-kbar li l-loġistika tagħhom tista' tkun ikkumplikata u l-ispejjeż tagħhom kbar: huma jagħżlu pjattaformi reġjonali li jippermettulhom joperaw rotazzjonijiet mgħaġġla b'inqas kost. Dawn l-iżviluppi ma jistgħux jiġu kkontestati, iżda ma jistgħux jiġġustifikaw l-għajnuna. Skont KLM, il-vantaġġi li rċeviet Ryanair f'Charleroi imorru ferm lil hinn minn dak li huwa permess mill-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u l-korrispettiv mogħti minn Ryanair li jikkonsisti f'li tibbaża ċertu numru ta' ajruplani fl-ajruport ta' Charleroi ma jbiddel xejn minn dan il-fatt. |
4.2.4. Air France
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(170) |
Air France tikkunsidra li t-tnaqqis fl-imposti applikabbli għal Ryanair u l-ħlas tagħhom mir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA joħolqu żvantaġġ għall-kompetituri ta' Ryanair li jservu konnessjonijiet fuq is-suq intra-Komunitarju. It-tnaqqis tal-imposta fuq l-inżul tippermetti lil Ryanair tnaqqas l-ispejjeż operattivi tagħha u, b'hekk, issir aktar kompetittiva mill-kompetituri tagħha mhux biss fuq it-titjiriet li hija topera minn jew lejn Charleroi iżda wkoll fuq in-netwerk kollu ta' Ryanair. L-impenn ta' kumpens mogħti mir-Reġjun tal-Vallonja huwa wkoll meqjus bħala vantaġġ li jiggarantixxi lil Ryanair kundizzjonijiet operattivi stabbli filwaqt li l-“il-prattika tal-użu ta' kwalunkwe pjattaforma ta' ajruport turi li l-ambjent kummerċjali u regolatorju qatt ma huwa fiss. B'hekk l-ammont ta' taxxi tal-ajruport jista' faċilment jitla' jekk l-operatur ikun imġiegħel jiffinanzja miżuri speċifiċi, eventwalment biex jakkomoda trasportaturi oħrajn li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom f'Charleroi; barra minn hekk l-iżvilupp tal-miżuri ambjentali jista' wkoll jibdel il-kundizzjonijiet ta' użu ta' ajruport”. |
4.2.5. Austrian Airlines
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(171) |
Skont Austrian Airlines, il-wasla tal-kumpaniji bi prezzijiet baxxi ħolqot tellieqa għas-sussidji bejn l-ajruporti u r-reġjuni li jixtiequ jingħataw servizz minn dawn it-trasportaturi. Dawn l-iżviluppi jqiegħdu f'dubju l-prinċipju tar-remunerazzjoni għad-disponibbiltà tal-infrastrutturi, minkejja li din hija waħda mir-regoli bażiċi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili. L-għajnuna mogħtija mhijiex degressiva, hija indipendenti mis-suċċess irreġistrat minn Ryanair fuq il-konnessjonijiet li hija tkopri u hija biss ta' benefiċċju għal kumpanija waħda tal-ajru, fatt li joħloq diskriminazzjoni. Austrian tikkonkludi li “kooperazzjonijiet” bħal dawk bejn Ryanair u r-Reġjun tal-Vallonja jwasslu għal distorsjonijiet kbar fil-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-ajru u huma ġeneralment inkumpatibbli mal-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-avjazzjoni. |
4.2.6. Association des riverains et habitants des communes proches de l'aéroport de Charleroi-Gosselies (L-Assoċjazzjoni tar-residenti u l-abitanti tal-muniċipalitajiet fil-madwar tal-ajruport ta' Charleroi-Gosselies) (ARACH)
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(172) |
L-ARACH hija mħassba dwar il-fatt li l-għajnuna finanzjarja mogħtija lil Ryanair tista' twassal għal “żvilupp bla rażan tal-ajruport” f'sit urban, u li “bħala ċittadini u kontribwenti, aħna mħassba dwar l-għajnuna pubblika dubjuża mogħtija lil kumpanija privata, peress li dan huwa użu ħażin tar-riżorsi baġitarji tar-Reġjun tal-Vallonja.” |
4.2.7. Parti interessata A
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(173) |
Il-parti interessata A tħossha “ferm inkwetata” minħabba s-sussidji mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi li jaffettwaw il-kundizzjonijiet kompetittivi bejn id-diversi mezzi ta' trasport: “B'hekk il-kumpanija Ryanair tgawdi minn sussidji pubbliċi fosthom għall-konnessjoni bejn Charleroi u Londra, filwaqt li l-Eurostar, operata b'mod konġunt mill-SNCB, il-ferroviji Britanniċi u SNCF ma jgawdux minnhom. Madankollu ż-żewġ mezzi tat-trasport jinsabu f'kompetizzjoni diretta fuq ir-rotta Brussell-Londra. Hija r-responsabbiltà sħiħa tal-operaturi ferrovjarji li jagħmlu l-komunikazzjonijiet tagħhom għall-konnessjoni, li jixtru l-materjal u l-irmonk, li jħallsu l-pedaġġi tal-infrastrutturi u tal-mini, eċċ. Għaldaqstant mhemmx trattament ugwali bejn il-kompetituri”. |
4.2.8. Parti interessata B
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(174) |
Il-parti interessata B targumenta li l-vantaġġi mogħtija lil Ryanair itaffu l-istruttura tal-ispejjeż tagħha u jippermettulha tuża prezzijiet imraħħsa. Dawn il-prattiki jaffettwaw il-kundizzjonijiet kompetittivi li dawn il-kumpaniji joperaw mill-ajruport ta' Charleroi jew mill-ajruport ta' Brussels-National u jkunu xi jkunu r-rotot moqdija. Il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji msejħa “low-cost” mhijiex biss kompetizzjoni li trid tiġi analizzata rotta b'rotta. Għal ħafna vjaġġaturi, id-destinazzjonijiet ta' Venezja jew ta' Barċellona huma sostitwibbli. Għaldaqstant il-kompetizzjoni tapplika għar-rotot kollha. |
(175) |
Din l-impriża tispjega li l-kostijiet diretti għat-tluq minn Brussell huma ta' EUR 32,14 għal kull passiġġier, meta mqabbla ma' EUR 5 għal Ryanair meta titlaq minn Charleroi (86). |
(176) |
Anki jekk is-servizzi ta' groundhandling huma aktar limitati għal Ryanair milli għal kumpaniji tal-ajret., din il-parti interessata tikkumenta li ħafna mis-servizzi ta' groundhandling huma xorta waħda meħtieġa għall-kumpaniji kollha. Il-fatt li s-suq tal-groundhandling huwa miftuħ għall-kompetizzjoni fl-ajruport ta' Brussels-National ifisser li l-ispejjeż tal-groundhandling normalment m'għandhomx ikun ħafna ogħla fl-ajruport ta' Brussels-National milli fl-ajruport ta' Charleroi. L-ispejjeż ta' groundhandling, ġeneralment ikunu ogħla fl-ajruport ż-żgħar milli fl-ajruporti l-kbar peress li l-impriżi ġeneralment ma jirnexxielhomx jilħqu d-daqs essenzjali biex joperaw ekonomiji ta' skala. Din il-parti interessata tqis li Ryanair iffrankat EUR 17-il miljun fl-2003 fuq il-kost attwali tal-groundhandling u t-taxxa fuq l-inżul. Jirriżulta wkoll li BSCA ma kkunsidratx l-effetti tad-Direttiva 96/67KE (87): l-ajruport għandu jilħaq iż-żewġ miljun passiġġier fis-sena pjuttost malajr u BSCA għandha tapplika d-Direttiva għal dan il-limitu massimu u tiftaħ is-suq tal-groundhandling għal operaturi oħrajn. |
(177) |
BSCA ma aġixxietx bħal investitur privat f'ekonomija tas-suq iżda għal raġunijiet politiċi u soċjali, fuq struzzjonijiet tar-Reġjun tal-Vallonja. Il-kuntratt ta' 15-il sena probabbilment mhux ser jippermetti lil BSCA tistabbilixxi lilha nfisha bħala negozju profittabbli u ser jibqa' jkollha problemi operattivi. Il-prospett ta' ritorn fuq l-investiment jista' jkun imminat bl-irtirar ta' Ryanair (88). |
(178) |
BSCA tirċievi kontribuzzjonijiet mir-Reġjun tal-Vallonja, kemm jekk huma l-prodott tat-taxxi tal-ajruport li jammonta għal 65 % kif ukoll jekk huma d-disponibbiltà bla ħlas tal-infrastruttura, meta r-Reġjun tal-Vallonja jħallas kontribuzzjoni lil SOWAER. Fil-prinċipju, kull ħlas mingħand ir-Reġjun tal-Vallonja għandu jkun limitat għall-kumpens tal-ispejjeż relatati mal-obbligi ta' servizz pubbliku fuq BSCA, u s-sitwazzjoni ftit li xejn hija ċara f'dan ir-rigward. |
(179) |
Għal din l-impriża, li tirrikonoxxi li bbenefikat ukoll xi drabi minn vantaġġi ta' kummerċjalizzazzjoni għat-tnedija ta' destinazzjonijiet ġodda, iżda qatt minn tnaqqis fuq it-taxxi tal-ajruport jew mill-ispejjeż ta' groundhandling, il-vantaġġi mogħtija lil Ryanair f'Charleroi jisbqu ferm il-prattiki fis-seħħ. Hija tqis madankollu li ħadet riskji kummerċjali daqstant kbar meta stabbilixxiet ruħha fl-ajruport ta' Brussels-National fi żmien meta l-kompetizzjoni minn Sabena kienet kbira ħafna. |
(180) |
Il-fatt li ċerti operaturi tal-ajruporti jagħtu vantaġġi lil Ryanair mhuwiex rilevanti biex jintwera li l-ajruport ta' Charleroi ġab ruħu bħala investitur privat f'ekonomija tas-suq. L-impriża tirreferi għas-sentenza Steinike & Weiling (89). |
4.2.9. Brussels International Airport Company, li saret Brussels Airport Company (minn hawn “il quddiem BAC”)
(kummenti li waslu wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002)
(181) |
Skont BAC, BSCA ma ġabitx ruħha bħal investitur privat peress li l-vantaġġi li tat jiddistingwu ruħhom minħabba l-kobor tagħhom minn dawk mogħtija minn ajruporti oħrajn (90). Il-fatt li Ryanair tirċievi vantaġġi minn ajruporti oħrajn madankollu mhuwiex rilevanti, għaliex dawn ukoll jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. |
(182) |
Il-parti interessata tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq diversi fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati fl-analiżi tar-ritorn potenzjali għall-profittabbiltà ta' BSCA u li jidhru li jeskludu qligħ fuq terminu medju: |
(183) |
BSCA ibbenefikat minn rikapitalizzazzjoni mir-Reġjun tal-Vallonja ta' EUR 4 miljun f'Diċembru 2002.
|
4.2.10. Parti interessata C
(kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012)
(184) |
Il-parti interessata C tqis li l-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA u lil Ryanair jaffettwaw il-kompetizzjoni u li l-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National joperaw fuq l-istess suq. |
(185) |
Il-parti interessata C tikkritika r-rabta bejn ir-Reġjun tal-Vallonja, BSCA u Ryanair u d-differenzi li jirriżultaw fl-imposti miġbura mingħand il-kumpaniji tal-ajru fi Brussell u f'Charleroi. B'mod aktar partikolari, i) l-imposti ta' manutenzjoni mhumiex mgħoddija fuq l-utenti iżda kkumpensati mir-Reġjun tal-Vallonja, ii) it-taxxi fuq l-inżul jiffavorixxu lil Ryanair, […]. |
(186) |
Il-parti interessata C targumenta wkoll li Ryanair ma tħallasx għal servizzi li jaqgħu taħt il-ġestjoni normali tal-ajruport, bħas-servizzi ta' tifi tan-nar, it-tkabbir u l-bini ta' infrastrutturi u l-imposti għal kull passiġġier. |
4.2.11. Brussels Airlines
(a) L-eżistenza ta' għajnuna
(i) Vantaġġ selettiv
(187) |
Skont Brussels Airlines, Ryanair ibbenefikat minn vantaġġ selettiv meta mqabbla mal-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. |
(188) |
Fil-fatt, l-għajnuna mogħtija mir-Reġjun u minn SOWAER lil BSCA tbaxxi l-ispejjeż operattivi ta' din tal-aħħar u tippermettilha tapplika imposti aktar baxxi fuq il-kumpaniji tal-ajru, fosthom Ryanair, u b'hekk jonqsu wkoll l-ispejjeż operattivi ta' din il-kumpanija. B'mod partikolari, billi r-Reġjun tal-Vallonja jkopri l-ispejjeż relatati mas-sikurezza tal-ajruport ta' Charleroi, BSCA ma tirkuprahomx mingħand il-kumpaniji tal-ajru, filwaqt li l-ajruport ta' Brussels-National ma bbenefika minn ebda kumpens f'dan ir-rigward. Brussels Airlines tqis li l-programm ta' appoġġ finanzjarju kollu tar-Reġjun favur BSCA għandu jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tar-relazzjoni kummerċjali bejn BSCA u Ryanair. |
(189) |
Ryanair ibbenefikat ukoll minn miżuri finanzjarji diretti bħal għajnuna għall-bidu u kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Brussels Airlines għandha dubji dwar il-konformità ta' din l-għajnuna mal-kundizzjonijiet previsti mil-Linji Gwida tal-2005 u dwar ir-rispett tal-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' trasparenza. |
(190) |
Brussels Airlines tikkunsidra li minħabba l-effett kumulattiv tal-miżuri kollha, huwa impossibbli li wieħed jaħseb li BSCA ġabet ruħha bħal investitur privat u tistieden lill-Kummissjoni biex ma teżaminax il-miżuri b'mod separat iżda kollha f'daqqa. |
1. Benchmarking.
(191) |
Skont Brussels Airlines, l-imposti miġbura minn BSCA mingħand Ryanair matul il-perjodu kkonċernat kienu ferm inqas minn dawk imħallsa minn kumpaniji tal-ajret. f'ajruporti simili. |
(192) |
Brussels Airlines tuża bħala referenza l-imposti tal-avjazzjoni ta' grupp ta' ajruporti oħrajn li jinsabu fiż-żona ta' kummerċ ta' Charleroi (Eindhoven, Lille u Cologne) jew ta' daqs simili (Marsilja, Porto u Bolonja) u tikkonkludi li l-imposti tal-ajruport applikati fl-ajruport ta' Charleroi mhumiex konformi ma' dawk li japplika investitur privat f'ekonomija tas-suq. |
(193) |
Brussels Airlines tqis ukoll li l-ajruport ta' Brussell huwa referenza tajba għall-valutazzjoni tal-karattru diskriminatorju tal-imposti tal-ajruport: iż-żewġ ajruporti jinsabu fil-fatt fl-istess żona ta' kummerċ u jiffaċċjaw l-istess ambjent ekonomiku. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Brussell jista' jgħaddi l-ispejjeż fissi tiegħu fuq aktar kumpaniji tal-ajru, li jinvalida l-argument li l-imposti applikati mill-ajruport ta' Brussell huma bilfors ogħla minħabba d-daqs tiegħu. Tqabbil jiżvela differenza kbira bejn il-livell tal-imposti tal-ajruport fi Brussell u dak f'Charleroi, anki jekk jiġu kkunsidrati s-servizzi addizzjonali pprovduti fl-ajruport ta' Brussels-National minħabba d-differenzi bejn il-mudelli ekonomiċi tal-kumpaniji. |
2. Kopertura tal-ispejjeż
(194) |
Skont Brussels Airlines, BSCA ma turix li meta ġew deċiżi l-ftehimiet inkwistjoni (tal-2001 kif ukoll l-emendi li segwew), BSCA kienet f'qagħda li tkopri l-ispejjeż li nħolqu minn dawn il-ftehimiet, sakemm damu, waqt li fl-istess ħin tikseb qligħ raġonevoli fuq il-bażi ta' terminu medju. Għaldaqstant, BSCA ma ġabitx ruħha bħal investitur privat f'ekonomija tas-suq. |
(195) |
Brussels Airlines targumenta li l-marġni benefiċjarju ta' BSCA huwa ferm inferjuri minn dak tal-ajruporti l-oħrajn tal-Unjoni. Fl-2006 u fl-2007, il-marġni benefiċjarju medju ta' diversi ajruporti tal-Unjoni kien madwar 7 % u 9 %. Il-marġnijiet benefiċjarji ta' BSCA/SOWAER, aġġustati b'kunsiderazzjoni tas-sussidji, huma konsiderevolment negattivi u għalhekk ma jikkorrispondux għall-marġnijiet imsemmija qabel, li jindika prattiki mhux orjentati lejn is-suq. |
(196) |
Brussels Airlines tistaqsi dwar il-possibbiltà li tiġġustifika permezz ta' ekonomiji ta' skala t-tnaqqis ta' 50 % mogħti lil Ryanair fuq dawn l-imposti. L-imposti għal kull passiġġier, għal kull passiġġier b'mobilità mnaqqsa u tal-groundhandling ma jeżistux jew huma baxxi ħafna, waqt li dawn huma spejjeż li normalment jitħallsu mill-kumpaniji tal-ajru. |
(197) |
Skont Brussels Airlines, il-kostijiet tal-investiment u dawk operattivi li ma ġġarbux minn BSCA għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tal-għajnuna lil Ryanair. |
(198) |
Brussels Airlines tiddubita jekk BSCA ipproġettatx biżżejjed id-dħul u l-ispejjeż stmati tal-ajruport għat-terminu kollu tal-ftehimiet iffirmati ma' Ryanair. |
(199) |
Bħala korrispettiv għat-tnaqqis fuq l-imposti, Ryanair ma setgħetx tiggarantixxi lil BSCA traffiku li kien jiġġenera dħul ekwivalenti u proporzjonat għall-ispejjeż relatati mal-vantaġġi mogħtija lil Ryanair. |
(200) |
Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, il-miżuri inkwistjoni mhumiex konformi mal-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq, huma għajnuna mill-Istat u jagħtu vantaġġ selettiv lil Ryanair. |
(ii) Distorsjoni tal-kompetizzjoni
(201) |
Brussels Airlines targumenta li l-għajnuna għandha impatt negattiv fuq il-kumpaniji tal-ajru li joperaw mill-ajruport ta' Brussels-National. L-għajnuna tippermetti lil BSCA tapplika imposti aktar baxxi u li tnaqqas l-ispejjeż tal-kumpaniji li joperaw mill-ajruport ta' Charleroi. Dawn il-kumpaniji jistgħu jnaqqsu l-prezzijiet tal-kompetituri tagħhom li joperaw minn ajruporti oħrajn. Għaldaqstant, is-suq Ewropew tar-rotot minn punt għal punt mill-Belġju mexa lejn Charleroi. Charleroi biss esperjenza żieda fit-traffiku tiegħu f'dan is-segment. In-numru ta' passiġġieri fl-ajruport ta' Brussels-National staġna f'dawn l-aħħar snin, filwaqt li t-traffiku żdied kullimkien fl-Ewropa. Fi kliem ieħor, skont Brussels Airlines, Charleroi biss qed igawdi miż-żieda fit-traffiku lokali. |
(202) |
Brussels Airlines tfakkar li hija bbażata fl-ajruport ta' Brussels-National, li ż-żona ta' kummerċ tiegħu tkopri kważi għal kollox dik ta' Charleroi. Għaldaqstant, Brussels Airlines tinsab f'kompetizzjoni diretta ma' Ryanair: huma joperaw fl-stess żona ta' kummerċ u jattiraw l-istess klijentela. Fis-suq tal-Unjoni, Brussels Airlines u Ryanair joffru l-istess tip ta' servizz (servizz minn punt għal punt) u jaqdu l-istess destinazzjonijiet. 60 mid-destinazzjonijiet moqdija minn Brussels Airlines ikopru dawk moqdija minn Ryanair. Minn 46 destinazzjoni, Brussels Airlines hija f'kompetizzjoni ma' Ryanair fuq 16-il destinazzjoni fl-istess ajruport u fuq 12 oħra f'ajruport fl-istess żona ta' kummerċ. |
(203) |
Il-konsegwenza ta' din is-sitwazzjoni hija li Brussels Airlines kellha tagħlaq ċerti linji moqdija wkoll minn Ryanair (sebgħa mill-2007) u tnaqqas il-frekwenza tat-titjiriet fuq ċerti linji (fuq 14-il destinazzjoni). Bejn l-2004 u l-2012, is-sehem tas-suq ta' Brussels Airlines naqas minn […] % għal […] %. L-ishma tas-suq tagħha għadhom qegħdin jonqsu għall-benefiċċju ta' Charleroi li l-ishma tas-suq tiegħu żdiedu minn […] għal […] %. |
(b) Inkumpatibbiltà mas-suq intern.
(204) |
Għal Brussels Airlines, il-parti l-kbira tal-għajnuna mogħtija lil Ryanair ma tikkontribwixxix għat-twettiq ta' objettiv ta' interess komuni. Barra minn hekk l-għajnuna ġiet applikata b'mod li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni li tmur kontra l-interessi komuni. Għaldaqstant, skont Brussels Airlines, l-għajnuna mogħtija lil Ryanair hija inkumpatibbli mas-suq intern. |
4.2.12. BSCA
(kummenti li waslu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012)
(205) |
Skont BSCA, il-ftehim kummerċjali ma' Ryanair ma jikkostitwixxix għajnuna favur Ryanair. Fil-fatt, ir-riżultati ġġenerati minn din is-sħubija juru l-profittabbiltà tal-mudell ekonomiku. Barra minn hekk, BSCA iżżid tgħid li hija tmexxi l-attivitajiet tagħha f'awtonomija sħiħa mingħajr l-intervent dirett jew indirett tal-gvern tal-Vallonja, b'mod partikolari n-negozjati tal-kuntratti kummerċjali mal-kumpaniji tal-ajru. |
4.2.13. Ryanair
(206) |
Ryanair targumenta li l-ftehimiet li saru bejn Ryanair, BSCA u r-Reġjun tal-Vallonja ma fihomx elementi ta' għajnuna mill-Istat għal tliet raġunijiet: il-prinċipju ta' investitur privat f'ekonomija tas-suq japplika, mhemmx selettività u l-ftehimiet ma jaffettwawx il-kompetizzjoni. |
4.2.14. TBI
(207) |
Skont TBI, il-ftehimiet li saru fl-ajruport ta' Charleroi huma simili għall-arranġamenti konklużi minn TBI ma' Ryanair u kumpaniji oħrajn low-cost, b'mod partikolari fi Stokkolma Skavsta. Il-fatt li jingħataw skontijiet fuq it-taxxi fuq l-inżul u l-kost tal-groundhandling huwa prattika kummerċjali komuni biex wieħed jattira lill-kumpaniji li jistgħu jipprovdu volum kbir ta' passiġġieri. Il-kontribuzzjonijiet fil-forma ta' ħlas tal-ispejjeż tal-lukandi, tat-taħriġ tal-persunal jew tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jitqabblu mal-investiment magħmul u mar-riskju meħud mit-trasportatur. Il-kontribuzzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni huma ta' benefiċċju għall-ajruport minħabba li jtejbu l-immaġni, kif ukoll in-numru ta' passiġġieri, tiegħu. TBI toffri dan it-tip ta' kontribuzzjonijiet b'mod speċjali meta operatur jistabbilixxi servizz ġdid jew iżid il-frekwenza ta' ċerti titjiriet fuq rotta speċifika. |
4.2.15. HRL Morrison and Co
(208) |
Skont HRL Morrison, investitur privat jista' jadotta l-approċċ segwit mill-ajruport ta' Charleroi. Dan jibbaża l-offerta tiegħu fuq ċerti fatturi determinanti: il-volum ta' passiġġieri li kumpanija tista' ġġib lejn l-ajruport; ir-rieda tiegħu li jieħu impenn fit-tul permezz ta' kuntratti; il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kumpanija; l-iskeda tal-movimenti tal-ajruplani u l-koerenza tagħha mal-attività tal-ajruport (it-traffiku eżistenti); il-ħtiġijiet f'termini ta' riżorsi tat-terminal u ta' groundhandling. Huwa jikkalkula l-qligħ mistenni mill-ftehim ma' Ryanair b'mod globali (u mhux id-diversi elementi tiegħu meħudin b'mod separat). Il-benefiċċji ta' tali tranżazzjoni għandhom ikunu previsti fuq perjodu ta' madwar 20 sena, bi tnedija tal-attivitajiet wara tlieta sa ħames snin. Meta jkun ftehim ta' 15-il sena, l-azzjonisti ta' Morrison jikkunsidraw li jista' jkun kummerċjalment aċċettabbli li ritorn fuq l-investiment jibda jseħħ minn madwar ħames snin wara l-iffirmar tal-ftehim. |
5. IL-KUMMENTI TAL-BELĠJU
5.1. Il-kummenti tal-Belġju rigward il-miżuri favur BSCA
5.1.1. Nuqqas ta' għajnuna mill-Istat favur BSCA
5.1.1.1.
(a) Il-provvediment tal-infrastruttura minn SOWAER
(i) L-argument prinċipali mressaq mill-Belġju: l-approvazzjoni tal-programm ta' investimenti mill-gvern tal-Vallonja ġġib data qabel it-12 ta' Diċembru 2000
(209) |
Skont il-Belġju, il-programm ta' investimenti ġie deċiż mill-gvern tal-Vallonja f'Lulju 2000 u ġie kkonfermat f'Novembru 2000, jiġifieri qabel is-Sentenza Aéroports de Paris (91) (minn hawn 'il quddiem “is-Sentenza ADP”). Madankollu din is-sentenza tirrappreżenta d-data li fiha r-regoli tat-TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat bdew japplikaw għall-finanzjament tal-ajruporti. |
(210) |
Il-ftehim qafas tal-20 ta' Lulju 2000, li jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-iżvilupp tal-ajruporti reġjonali u l-miżuri ambjentali relatati miegħu, jirrappreżenta l-ftehim li sar fi ħdan il-gvern tal-Vallonja li permezz tiegħu r-Reġjun intrabat li jalloka parti mill-baġit tiegħu għall-iżvilupp tal-infrastrutturi tiegħu fl-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi. Id-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 timplimenta d-Deċiżjoni tal-20 ta' Lulju 2000 billi tittrasponi fil-programm ta' investimenti pluriennali l-ftehim-qafas stabbilit qabel. Għaldaqstant iż-żewġ deċiżjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati flimkien, peress li t-tieni waħda tikkompleta u tispeċifika l-ewwel waħda b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-iskeda konkreta tal-implimentazzjoni tal-miżuri finanzjarji deċiżi. |
1. Il-konfutazzjoni ta' ċerti elementi ppreżentati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012
a. Rigward il-kwistjoni ta' nuqqas ta' impenn fir-rigward ta' terzi
(211) |
Ma hemm ebda parti terza benefiċjarja fil-kuntest ta' dawn id-deċiżjonijiet, peress li r-Reġjun qed jagħmel dawn l-investimenti għalih stess. Skont il-Belġju, il-formulazzjoni ta' dawn iż-żewġ deċiżjonijiet hija għalhekk inqas formali milli fil-kuntest ta' deċiżjoni ta' għoti ta' għajnuna lil xi parti terza. Biex jagħti għajnuna lil xi parti terza, ir-Reġjun kien jadotta l-prinċipju u l-ammonti tal-investimenti bl-istess mod, mingħajr proċedura addizzjonali, iżda jibgħat ittra li tinnotifika d-deċiżjoni tal-gvern, li mhijiex utli f'dan il-każ. |
(212) |
Madankollu, skont il-Belġju, dan in-nuqqas ta' formaliżmu ma jimplikax in-nuqqas tan-natura vinkolanti ta' dawn id-deċiżjonijiet. Għalkemm ir-Reġjun huwa d-destinatarju tad-deċiżjonijiet adottati, l-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Gvern, tikkostitwixxi impenn min-naħa tal-Gvern. Il-fatt li dan l-impenn huwa unilaterali mhuwiex uniku għal dan il-każ. Fil-fatt, kull miżura finanzjarja, ikunu min ikunu d-destinatarji tagħha, dejjem tiġi deċiża permezz ta' att amministrattiv unilaterali tal-awtorità li tapprovahom, att li tiegħu hija tibqa' tikkontrolla ż-żamma, l-emenda jew l-irtirar. |
(213) |
Għaldaqstant ma ġiet imfassla ebda ittra formali tal-għoti tal-għajnuna lil xi impriża benefiċjarja, meta skont is-sentenza Fleuren Compost (92), huwa dan l-att li jrid jiġi kkunsidrat bħala l-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità kompetenti tintrabat li tagħti l-għajnuna u li, għalhekk, jikkostitwixxi d-data tal-għoti tal-għajnuna. Fin-nuqqas ta' dokument bħal dan, l-unika data possibbli hija d-data tad-deċiżjonijiet tal-Gvern li jiddeċiedu dwar l-għoti (il-prinċipju, l-ammonti u l-iskeda) tal-investimenti. |
b. Dwar il-kwistjoni tal-irrevokabbiltà, il-finalità u l-permanenza tad-Deċiżjonijiet tas-sena 2000
(214) |
Il-Belġju jindika li skont il-Kummissjoni, id-Deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju u tat-8 ta' Novembru 2000 ġew emendati b'mod sostanzjali wara u għaldaqstant mhumiex irrevokabbli, finali u permanenti. |
(215) |
Skont il-Belġju, fir-rigward ta' dan il-punt jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet li jipprovdu investimenti ġodda, li jikkorrispondu għal proġetti ġodda, u d-deċiżjonijiet li jeżegwixxu/jimplimentaw b'mod konkret l-investimenti deċiżi qabel, permezz ta' ċerti aġġustamenti, jekk ikunu meħtieġa. |
(216) |
F'dan il-każ, il-Belġju jikkonferma n-natura vinkolanti u irrevokabbli tad-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000, bil-fatt li wara ma ġiet adottata ebda deċiżjoni ġdida ta' finanzjament. L-uniċi deċiżjonijiet li ttieħdu wara mill-Vallonja, imbagħad minn SOWAER, kellhom l-għan li japplikaw u jimplimentaw il-miżuri ta' finanzjament skont id-Deċiżjonijiet tal-Gvern ta' Lulju u Novembru 2000. |
(217) |
L-aġġustamenti ulterjuri li saru fl-ammonti tal-investimenti stabbiliti mhumiex għaldaqstant deċiżjonijiet ġodda ta' investiment, iżda l-adattament meħtieġ, skont l-iżvilupp ġenerali tas-sitwazzjoni, ta' dak li kien diġà ġie approvat f'Lulju u f'Novembru 2000. Fil-fatt, ċerti ammonti previsti mill-ftehim qafas u l-programm ta' finanzjament kellhom jiġu vvalutati mill-ġdid wara, minħabba b'mod partikolari iż-żieda fil-kost tal-materja prima, l-irfinar tal-investimenti meħtieġa permezz ta' studji tekniċi, ir-restrizzjonijiet tekniċi marbutin mal-għoti tal-permessi jew ir-riżultat tal-organizzazzjoni tas-swieq pubbliċi. Skont il-Belġju, dawn l-aġġustamenti baġitarji jew tekniċi ma jistgħux jikkostitwixxu emendi sostanzjali. |
(218) |
Barra minn hekk, konxju tal-limiti tal-istima ta' tali investimenti, il-Gvern kien minnufih bassar li ċerti entrati (fosthom il-bini ta' terminal ġdid) setgħu jeħtieġu li jiġu vvalutati mill-ġdid “skont l-attività reali tal-ajruport” jew sakemm ikunu “skont il-ħtiġijiet reali tal-ajruport”. Billi l-attività u l-ħtiġijiet reali tal-ajruport bilfors jinbidlu fil-kuntest ta' ftehim u ta' programm ta' investimenti li jirrigwardaw diversi snin, kien loġiku, skont il-Belġju, li l-Gvern ikkwantifika ċerti entrati soġġetti għat-tibdil kontinwu ta' dawn il-fatturi. |
(219) |
Fir-realtà, skont il-Belġju, ir-rieda tal-Gvern li jistabbilixxi u jikkwantifika minn qabel dawn l-impenji, anki soġġetti għal irfinar ulterjuri, kienet preżenti diġà mill-adozzjoni tal-ftehim qafas tal-20 ta' Lulju 2000 u l-adozzjoni tal-programm ta' investimenti tat-8 ta' Novembru 2000. L-aġġustamenti li saru wara dawn id-deċiżjonijiet ma jistgħux iqajmu dubju dwar in-natura vinkolanti tal-impenn li ħa l-Gvern f'din id-data. |
(220) |
B'mod sussidjarju, għalkemm ċerti aġġustamenti f'dan l-istadju kellhom ikunu sostanzjali b'tali mod li fir-realtà jidher li kienu investimenti ġodda, u mhux l-adattament ulterjuri ta' investiment approvat diġà, quod non, huwa dan l-investiment biss, ikkunsidrat waħdu, li jista' għalhekk jitqies sussegwenti għad-Deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju u tat-8 ta' Novembru 2000. |
(221) |
Skont il-Belġju, biex il-valutazzjoni mill-ġdid ta' dan l-investiment tibdel il-kwalifika mill-ġdid tiegħu bħala investiment ġdid, l-emenda li saret għandha tirrigwarda mhux biss il-kobor, iżda wkoll in-natura tal-investiment stabbilit. Din l-emenda għandha tkun tista' tafferma li l-proġett ippjanat fil-mument tad-Deċiżjonijiet ta' Lulju u Novembru 2000 ma seta' bl-ebda mod jirreferi għall-proġett kif kien fil-fatt iffinanzjat u implimentat wara, irrispettivament mill-iżvilupp leġittimu tas-sitwazzjoni ġenerali. B'hekk, pereżempju, “komplement” ta' investiment, mhux iġġustifikat bl-adattament ulterjuri għall-ħtiġijiet reali tal-ajruport, iżda deċiż bl-għan li jiġu pprovduti infrastrutturi addizzjonali minbarra dawk previsti fil-bidu f'Lulju u Novembru 2000, jista' jitqies, b'mod esklussiv għal dan il-komplement biss, bħala investiment ġdid barra l-ftehim qafas u l-programm fiżiku ta' investiment tal-2000. |
(222) |
F'dan il-każ, għalkemm deher li ċerti entrati kienu sottovalutati jew mhux possibbli fit-terminu previst, l-investimenti kollha li saru kienu previsti fil-bidu fid-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000. Għalkemm l-ammonti nbidlu wara, dan ġara minħabba elementi ġodda fid-dossier, li ftit jew xejn setgħu jkunu mbassra meta ttieħdu d-deċiżjonijiet. |
2. L-argumenti tal-Belġju bbażati fuq l-analiżi tad-Deċiżjonijiet tas-sena 2000
(223) |
Skont il-Belġju, l-analiżi tad-Deċiżjonijiet tal-20 ta' Lulju 2000 u tat-8 ta' Novembru 2000 turi l-karattru legalment vinkolanti tal-impenji meħuda fihom. |
a. Id-Deċiżjoni tal-Gvern tal-Vallonja tal-20 ta' Lulju 2000 li tapprova l-ftehim qafas
(224) |
Il-ftehim qafas u l-programm ta' investiment huma deċiżjonijiet reali, li għandhom effett ta' impenn vinkolanti għall-Gvern. Barra minn hekk il-fatt li huwa att intitolat “ftehim qafas” ma żammx lill-Kummissjoni milli tikkunsidra f'deċiżjoni preċedenti li dan kien att legalment vinkolanti u li tqis id-data u l-firma tal-att imsemmi bħala dik tal-għoti ta' għajnuna (93). |
(225) |
Skont il-Belġju, il-ftehim qafas ta' Lulju 2000 imur ferm lil hinn minn ftehim ta' prinċipju, iżda jipprovdi b'mod konkret l-allokazzjoni tal-investimenti. L-entrati ta' allokazzjoni huma diġà deċiżi u l-kostijiet tal-investimenti wkoll ġew ivvalutati b'mod li l-infiq seta' minnufih jiġi impost fuq il-baġit. |
(226) |
Barra minn hekk, il-Gvern qagħad attent li jiċċara li kellu jiġi stabbilit “mekkaniżmu finanzjarju ad hoc”. Dan juri li l-Gvern kien diġà qed jikkunsidra li jwaqqaf operatur pubbliku, inkarigat mill-infrastrutturi tal-ajruport. |
(227) |
Waqt li jikkonferma l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Gvern ta' Lulju u ta' Novembru 2000 minn SOWAER, il-pjan finanzjarju ta' SOWAER approvat mill-Gvern fit-23 ta' Mejju 2001 jirreferi għall-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000, li jelimina kwalunkwe dubju rigward l-impenji li ħadet il-Vallonja. |
(228) |
Skont il-Belġju, dan il-metodu operattiv mhuwiex sostanzjali fir-rigward tal-prinċipju tal-approvazzjoni tal-programm ta' investimenti li hija l-kwistjoni fundamentali f'dan il-każ. Fil-fatt, it-twaqqif ta' SOWAER huwa biss miżura ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000, peress li din hija biss il-veikolu finanzjarju tal-Vallonja. Għalkemm il-mekkaniżmu finanzjarju konkret ta' implimentazzjoni tal-investimenti deċiżi mir-Reġjun kien għad irid jiġi ddeterminat wara d-Deċiżjonijiet ta' Lulju u ta' Novembru 2000, l-impenji tal-awtoritajiet tal-Vallonja kienu reali u prevalenti fuq il-mekkaniżmu finanzjarju li kien ser jintgħażel. |
b. Id-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 tal-gvern tal-Vallonja li timplimenta l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000 u li tapprova l-Programm pluriennali ta' investimenti tal-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi
(229) |
Fit-8 ta' Novembru 2000 il-gvern tal-Vallonja adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju 2000. Dakinhar huwa approva l-“programm fiżiku pluriennali ta' investimenti għall-2000 - 2004 dwar l-Ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi u l-pjan finanzjarju relatat”. Kull investiment deskritt fin-nota approvata mill-Gvern ġie vvalutat u l-kost tiegħu ddeterminat bi preċiżjoni. |
(230) |
B'konklużjoni, skont il-Belġju, il-programm ta' investimenti għall-2001 - 2010 relatat mal-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi kien ġie deċiż qabel fit-12 ta' Diċembru 2000, id-data li fiha ngħatat is-sentenza ta' Aéroports de Paris. |
(ii) L-argument imressaq mill-Belġju b'mod sussidjarju: il-finanzjament tal-infrastrutturi huwa konformi mal-prinċipju tal-investitur privat
(231) |
Fi kwalunkwe każ, skont il-Belġju, il-finanzjament tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi huwa konformi mal-prinċipju tal-investitur privat. |
(232) |
Biex juri dan, il-Belġju ppreżenta tabella tal-flussi tal-flus marbuta mal-investimenti għat-terminal il-ġdid u l-parkeġġ tal-karozzi bejn l-2002 u l-2036 (94). Minn dawn l-ammonti ta' investimenti, huwa ħa inkunsiderazzjoni biss 89,7 % tal-investimenti għall-parkeġġ u 28,1 % tal-investimenti għat-terminal il-ġdid, minħabba li kkunsidra li l-investimenti l-oħrajn kienu għal attivitajiet mhux ekonomiċi. Barra minn hekk, il-Belġju assuma li l-finanzjament pubbliku tas-servizzi ta' interess ġenerali ekonomiku u allura l-infrastrutturi ddedikati għal dawn l-attivitajiet kien awtorizzat mir-regolamenti Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Belġju jikkonkludi li apparti l-kumpens mogħti mir-Reġjun lil BSCA biex iġġorr is-sehem tal-imposti marbutin mal-infrastrutturi ddedikati għas-servizzi ta' interess ġenerali, ir-rata ta' profittabbiltà tal-finanzjament ta' dawn l-infrastrutturi titla' għal kważi 2 %. Għaldaqstant, il-provvediment tal-infrastruttura ma sarx bi prezz aktar baxx mill-valur tagħha. |
(b) Is-servizzi ta' SOWAER favur BSCA
(233) |
Il-Belġju jenfasizza li parti sinifikanti mill-ispejjeż ta' manutenzjoni maġġuri u ta' tiswija hija relatata mal-infrastrutturi ddedikati għal attivitajiet mhux ekonomiċi. |
(c) Il-finanzjament ta' parti mill-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali mir-Reġjun
(234) |
Mill-1991, il-prinċipju tas-separazzjoni tal-kontijiet għall-identifikazzjoni tal-ispejjeż koperti mill-kumpens kien stabbilit fl-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. |
(i) Prinċipalment: il-finanzjament ta' attivitajiet mhux ekonomiċi
1. Is-servizz tal-protezzjoni kontra n-nirien
(235) |
Skont il-Belġju, is-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien jikkostitwixxu attivitajiet mhux ekonomiċi u jaqgħu taħt l-awtorità pubblika. |
2. Is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art
(236) |
Skont il-Belġju, is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art ukoll jaqgħu taħt il-kompiti tal-awtorità pubblika. |
(237) |
Fil-fatt, skont il-Belġju, fid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni fit-23 ta' Lulju 2008 rigward l-ajruport ta' Leipzig Halle il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li s-servizzi relatati mas-sikurezza operattiva ma kinux attivitajiet ekonomiċi (95). Madankollu, jirriżulta mil-lista tal-infrastrutturi relatati mas-sikurezza operattiva pprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi u li tidher fit-tabella tal-premessa (58) ta' din id-Deċiżjoni, li dawn l-infrastrutturi huma dawk essenzjali għas-sikurezza fuq l-art, jiġifieri: il-provvista kontinwa tal-elettriku taż-żoni tat-traffiku, is-substazzjonijiet, id-dwal tar-runway, id-dwal taż-żoni tat-traffiku, eċċ. Ta' min ifakkar ukoll li din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ġiet ivvalidata mill-Qorti Ġenerali fis-Sentenza Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni (96) wara rikors għall-annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija. |
(238) |
Madankollu, jirriżulta mid-deskrizzjoni li ngħatat mis-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport fil-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim ta' Konċessjoni tad-9 ta' Lulju 1991 u għall-ispeċifikazzjonijiet konklużi fl-10 ta' Marzu 2006 li l-ispejjeż previsti, jiġifieri l-manuntenzjoni kontinwa tas-sit tal-ajruport marbuta mal-għan ta' sikurezza, is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi tal-ajruport, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni kontinwa u ta' tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni operattiva tad-dawl u tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, it-tindif mil-lastiku tar-runway u l-immarkar tagħha kif ukoll it-tindif tal-borra, jikkorrispondu għas-servizzi relatati mas-sikurezza operattiva li l-Kummissjoni aċċettat li mhumiex ekonomiċi fid-deċiżjoni tagħha dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle. |
3. Is-servizzi relatati mas-sigurtà
(239) |
Skont il-Belġju, l-attivitajiet relatati mas-sigurtà huma attivitajiet li jaqgħu taħt l-awtorità pubblika peress li dawn huma kompiti li normalment jitwettqu mill-Istat. Il-Belġju jikkwota regolamenti Ewropej u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig (97) insostenn tar-raġunament tiegħu. |
4. Is-servizzi ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ppjanar tat-titjiriet ipproġettati u ta' ggwidar tal-ajruplani
(240) |
Skont il-Belġju, il-kompiti ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ppjanar tat-titjiriet ipproġettati u l-iggwidar tal-ajruplani huma elementi essenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jikkorrispondu għalhekk għal kompiti ta' awtorità pubblika peress li huma komponenti fundamentali tas-sikurezza ta' ajruport. |
5. Konklużjonijiet dwar il-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA fuq talba tal-Vallonja
(241) |
Jirriżulta minn dak li ntqal li skont il-Belġju, is-servizzi kollha ta' interess ġenerali definiti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u li huma soġġetti għal kumpens mir-Reġjun favur BSCA huma attivitajiet mhux ekonomiċi esklużi mill-ambitu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, skont il-prattika tal-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet u l-ġurisprudenza Ewropea. |
(242) |
Il-Belġju jenfasizza li dawn is-servizzi qabel kienu jsiru mill-amministrazzjoni tal-Vallonja jiġifieri qabel l-1991 f'dak li jirrigwarda s-servizzi “tifi tan-nar - manutenzjoni” u qabel l-2008 f'dak li jirrigwarda s-sigurtà u s-servizzi ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ippjanar tat-titjiriet ipproġettati u ta' ggwidar tal-ajruplani. |
(243) |
Meta BSCA tipprovdi dawn is-servizzi, qiegħda biss tassumi l-obbligi tal-awtoritajiet pubbliċi skont l-obbligi internazzjonali lil jirriżultaw mill-istandards tal-ICAO jew skont ir-regolamenti Ewropej. |
(ii) Sussidjarjament: il-finanzjament tal-attivitajiet ekonomiċi li jaqgħu taħt l-interess ġenerali skont is-sentenza Altmark
(244) |
Skont il-Belġju, kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li wħud mill-attivitajiet imsemmija hawn fuq kienu attivitajiet ekonomiċi, hija għandha tikkonstata li l-finanzjamenti ta' dawn l-attivitajiet ma jirrappreżentawx għajnuna abbażi tal-kriterji msemmija fis-sentenza Altmark (98). Fil-fatt, dawn il-kumpensi jirrispettaw kriterji stabbiliti mill-ġurisprudenza Altmark li jeskludu l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat. |
1. L-eżistenza ta' obbligi ta' servizz pubbliku ddefiniti b'mod ċar
(245) |
Skont il-Belġju, l-attivitajiet eżaminati, li huma relatati mas-sigurtà u s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u ma' attivitajiet tal-ajruport, isegwu interess ġenerali. L-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet anness għall-Ftehim ta' Konċessjoni tad-9 ta' Lulju 1991 jiddefinixxi l-obbligi li għandha BSCA bħala parti mill-kompiti relatati mas-sigurtà u mas-sikurezza. Din id-dispożizzjoni tispeċifika li dawn is-servizzi huma “imwettqa mill-konċessjonarju fl-interess ġenerali”. Jirriżulta minn din id-dispożizzjoni li l-Vallonja fdat lill-konċessjonarju t-twettiq ta' dawn is-servizzi u għalhekk tagħtu l-mandat. |
2. Il-parametri tal-kumpens definiti b'mod oġġettiv u trasparenti
(246) |
Il-parametri tal-kumpens huma ddefiniti b'mod oġġettiv u trasparenti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet li jipprovdi li BSCA iżżomm rapport tal-introjtu separat għall-attivitajiet koperti minn dan l-Artikolu. |
(247) |
Fil-każ tal-ispejjeż li mhumiex attribwibbli kollha għal servizz ta' interess ġenerali, issir assenjazzjoni permezz ta' allokazzjoni proporzjonata fuq il-bażi tal-persentaġġ tal-persunal assenjat għas-servizz ta' interess ġenerali f'dak li jirrigwarda l-persunal, skont il-persentaġġ ta' żoni allokati għal dawn is-servizzi jew skont kriterji oħrajn oġġettivi li għandhom ikunu awtorizzati mir-Reġjun. |
(248) |
Mill-2006, għall-entrati relatati mas-servizzi għall-protezzjoni kontra n-nirien u għall-manutenzjoni u mill-2010, f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mas-sigurtà, mal-uffiċċju tan-navigazzjoni u mal-iggwidar tal-ajruplani, il-kumpens ġie limitat għal ammont speċifikat fl-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet soġġett għall-applikazzjoni tal-indiċjar. Fi kwalunkwe ipoteżi, l-ammont tal-kumpens ma jistax ikun ogħla mill-ispejjeż li BSCA attwalment ħarġet għal dawn is-servizzi. |
(249) |
B'hekk, parametri ta' kumpens ġew definiti minn qabel u fid-dettall li għalhekk jissodisfaw it-tieni kriterju tas-sentenza Altmark. |
3. Il-limitazzjoni tal-kumpens għall-ispejjeż li ntefqu
(250) |
Skont il-Belġju, hemm diversi mekkaniżmi li jevitaw il-kumpens żejjed:
|
(251) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 25 jipprovdi li fi kwalunkwe ipoteżi l-ammont riċevut ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwalment imġarrba, u li jekk kellu jingħata kumpens żejjed, jiġi applikat b'mod awtomatiku mekkaniżmu ta' kumpens baġitarju fil-baġit tas-sena ta' wara. Ta' min ifakkar li l-baġit huwa stabbilit qabel minn BSCA u kkontrollat mill-amministrazzjoni tal-Vallonja. Din tagħmel kontrolli kull sena fuq il-post sabiex tara li BSCA tirrispetta r-rakkomandazzjoni tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. |
4. Il-paragun ma' impriża simili mmexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq
(252) |
Skont il-Belġju, f'dak li jirrigwarda BSCA, ma hemm bżonn ta' ebda paragun ma' kumpanija oħra mgħammra kif xieraq u mmexxija tajjeb diment li hija manifestament impriża mgħammra kif xieraq u mmexxija tajjeb. |
(253) |
BSCA tirrispetta l-istandards ta' kontabilità u internazzjonali fis-seħħ u l-proporzjonijiet kollha msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħtija għas-servizzi ta' interess ekonomiku tal-20 ta' Diċembru 2011 juru l-ġestjoni effiċjenti ta' din il-kumpanija. Din wasslet ukoll biex jiġu attirati investituri privati fl-2009 fil-kuntest tal-privatizzazzjoni parzjali ta' BSCA. |
(254) |
Il-fatt li BSCA hija impriża mmexxija tajjeb u mgħammra b'mod adegwat jista' jiġi vverifikat prinċipalment mill-progress kostanti tar-riżultati finanzjarji tagħha mis-sena 2000 'l hawn. Fil-fatt, filwaqt li fis-sena 2000 BSCA irreġistrat fatturat ta' EUR 7 578 000, fl-2010 dan kien jammonta għal EUR 81 387 000. Huwa evidenti wkoll li kieku BSCA ma kinitx impriża mmexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq, l-ajruport ta' Charleroi ma kienx ikollu l-progress notevoli fil-volum ta' passiġġieri tiegħu bejn l-1997 u l-2011 (minn 211 065 passiġġier għal 5 901 007 passiġġier). |
(255) |
Fl-aħħar nett, jirriżulta mill-mekkaniżmu ta' finanzjament stabbilit li, b'definizzjoni, il-kumpens imħallas lil BSCA huwa aktar baxx mill-prezz tas-suq għas-servizzi kollha li huma fdati lilha minħabba li mill-2006 dan il-kumpens huwa limitat għas-servizzi marbuta mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport u mill-2010 għas-servizzi ta' sigurtà. |
(d) Żieda tal-kapital ta' BSCA minn SOWAER fl-2002
(256) |
Skont il-Belġju, il-Kummissjoni qatt ma esprimiet riżervi rigward iż-żieda tal-kapital ta' BSCA, qabel id-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012. Għall-kuntrarju, hija rrikonoxxiet b'mod espliċitu li din kienet operazzjoni mwettqa b'mod konformi mal-prinċipju tal-investituri privat (ara l-premessa (132) tad-deċiżjoni tal-2004). |
(257) |
L-aktar ċifri reċenti juru li BSCA iġġenerat qligħ li ppermettilha tqassam EUR 6 505 595 lill-azzjonisti pubbliċi u privati tagħha għas-sena 2010 biss. Ir-riżultat tal-aħħar ħames snin huwa ppreżentat fit-tabella li ġejja.
|
(258) |
Iż-żieda fil-kapital li saret minn SOWAER hija kkaratterizzata minn rata ta' redditu interna (IRR) ta' 26,09 %, li hija simili għall-istima magħmula minn Deloitte & Touche fl-2003, li b'hekk tikkonferma l-kredibbiltà ta' din l-analiżi. Minħabba dan li ntqal, huwa ċar li dan l-investiment bla dubju kien isir minn investitur privat. |
(259) |
Il-valutazzjoni taż-żieda tal-kapital mill-Kummissjoni, li “dawn id-dubji huma msaħħa mill-konstatazzjoni li BSCA ma ġarritx l-ispiża tal-infrastrutturi mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha u tas-servizzi differenti pprovduti minn SOWAER” hija wkoll ivvizzjata minn żball ta' liġi. Il-Kummissjoni fil-fatt għandha tapplika b'mod individwali għal kull forma ta' intervent il-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tar-regolarità rispettiva tagħhom u tevalwa għal kull intervent jekk hemmx għajnuna u, jekk iva, jekk l-għajnuna hijiex kumpatibbli jew le mas-suq intern. Fil-fatt, il-filosofija ta' żieda tal-kapital f'BSCA hija differenti mill-għan ta' tqegħid għad-dispożizzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport aktar u aktar fil-kuntest ta' dak iż-żmien. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma tistax tiglobalizza ż-żewġ tipi ta' intervent biex tivverifika l-profittabbiltà globali. |
5.1.1.2.
(a) L-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA
(260) |
Bi risposta għar-rimarki ta' BAC dwar l-imposti mħallsa minn BSCA għall-użu tal-infrastrutturi, il-Belġju jindika li xi wħud mill-imposti msemmija minn BAC mhumiex rilevanti għal Charleroi u fosthom:
|
(261) |
Barra minn hekk, skont il-Belġju, għall-kuntrarju ta' dak li ssostni BAC, imposta għall-infrastrutturi ċentralizzati hija fil-fatt prevista minn BSCA bħala operatur tal-infrastruttura għall-kumpaniji ta' groundhandling inkluża BSCA bħala handler. Imposta bħal din hija inkluża fil-kuntratt li BSCA iffirmat ma' Ryanair. |
(262) |
L-imposta applikata mill-amministrazzjoni Federali għall-ammont ta' 18-il ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport taqa' taħt il-kompetenza tal-Istat Federali u mhux dik ta' BSCA. |
(263) |
L-imposta PMM ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali mġarrba minn BSCA. F'dan ir-rigward, skont il-Belġju, huwa biżżejjed li wieħed iqabbel id-daqs tal-infrastruttura tal-ajruport ta' Charleroi u dik ta' Brussell biex wieħed jinduna li l-ġestjoni ta' dan is-servizz għall-persuni b'mobilità mnaqqsa tinvolvi inqas spejjeż f'Charleroi milli fi Brussell, anki sempliċiment minħabba l-kilometri li wieħed ikollu jkopri biex jasal sal-ajruplan jew biex joħroġ mit-terminal. |
(264) |
Barra minn hekk, il-Belġju jirrikonoxxi li huwa korrett li BSCA attwalment ma timponi ebda imposta għas-sigurtà. Billi dan il-kompitu huwa prerogattiva tal-awtorità pubblika huwa soġġett għal kumpens mill-Vallonja, iżda dan il-kumpens ingħata limitu massimu fil-kuntratt ta' konċessjoni li jorbot lil BSCA mal-Vallonja u l-ispejjeż li jaqbżu dan il-limitu jitħallsu minn BSCA. Madankollu, xejn ma jżomm lil BSCA milli tgħaddi dawn l-ispejjeż fuq il-passiġġieri permezz ta' imposta. |
(265) |
F'dak li jirrigwarda l-imposti fuq il-parkeġġ, skont il-Belġju, id-dejta mogħtija fit-tabella li bagħtet BAC hija żbaljata peress li tindika li ma hemm l-ebda imposta fuq il-parkeġġ fl-ajruport ta' Charleroi, li mhuwiex veru peress li t-tariffi ppubblikati fuq is-sit ta' BSCA jindikaw b'mod ċar l-eżistenza ta' dawn l-imposti li jikkorrispondu għal EUR 1,98 kuljum (24 siegħa) u għal kull tunnellata. |
(b) Il-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali
(266) |
Ħafna mill-partijiet terzi interessati li għamlu xi osservazzjonijiet, l-aktar Brussels Airlines u BAC, ikkummentaw il-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA għall-Vallonja u jikkontestaw li xi wħud mis-servizzi pprovduti minn BSCA, jiġifieri s-sikurezza, is-sigurtà, il-protezzjoni kontra n-nirien u s-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, jistgħu jikkostitwixxu attivitajiet esklużi mill-ambitu ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(i) Rimarka fuq il-paragun bejn l-ajruport ta' Charleroi u BAC
(267) |
Brussels Airlines u BAC jgħidu li fi Brussels Airport l-ispejjeż ta' dawn id-diversi servizzi mhumiex koperti mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli, f'dan il-każ l-Istat Federali, u jidhru li minn dan jiddeduċu l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat lill-ajruport ta' Charleroi. |
(268) |
F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun iċċarat li fil-Belġju, l-ajruporti kollha ma jaqgħux taħt l-istess awtorità pubblika, peress li l-ajruporti reġjonali jaqgħu taħt ir-Reġjun fejn huma lokalizzati u Brussels Airport jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Federali (99). Ir-responsabbiltà ta' kull awtorità għall-ajruporti fdati lilha kienet ġiet iddikjarata b'mod ċar fir-reġjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajruporti (minbarra dak ta' Brussels Airport) permezz tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-Istat Belġjan li kien qed jaġixxi għal Société nationale des voies aériennes (S.N.V.A.) (100) u r-Reġjuni (101) li jgħid b'mod ċar li “mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi, ir-Reġjuni huma għal kollox responsabbli tal-kompetenzi li ġew ittrasferiti lilhom. Minn din id-data, huma għandhom is-setgħa li jieħdu l-miżuri kollha xierqa, u jkunu responsabbli b'mod sħiħ għalihom”. |
(269) |
Għaldaqstant l-ajruport ta' Charleroi jiddependi fuq ir-regolamenti tal-Vallonja filwaqt li Brussels Airport huwa rregolat mill-Istat Federali. F'dan il-każ, fis-setgħa regolatorja tiegħu, ir-Reġjun tal-Vallonja għażel li jiffinanzja parti mill-ispiża ta' ċerti servizzi. Il-fatt li l-istess servizzi f'każ huma mħallsa minn awtorità pubblika u f'każ ieħor imħallsa mill-operatur ma għandu l-ebda impatt fuq il-kwalifika tagħhom ta' attivitajiet ekonomiċi jew mhux ekonomiċi. |
(270) |
Fir-Reġjun Fjamming pereżempju, uħud mis-servizzi eżaminati hawnhekk huma direttament ipprovduti mill-amministrazzjoni reġjonali u għalhekk jitħallsu direttament mir-Reġjun. Dan huwa partikolarment il-każ tal-ispejjeż kollha relatati mas-servizzi tas-sigurtà u ta' sikurezza fl-ajruport fl-ajruporti ta' Anvers u ta' Ostende hu x'inhu l-volum ta' attivitajiet ta' dawn l-ajruporti. |
(ii) Is-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien
(271) |
Rigward b'mod aktar speċifiku s-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien, Brussels Airlines tgħid li impriżi oħrajn li jinsabu fil-Vallonja u soġġetti għad-Direttiva Seveso (102) iridu jġorru huma l-ispiża tas-servizz ta' protezzjoni kontra n-nirien, kif inhu l-każ, pereżempju, tal-kumpanija Total li tinsab f'Feluy u li fi Brussels Airport, dawn is-servizzi mhumiex iffinanzjati mir-Reġjun Fjamming jew l-Istat Federali. |
(272) |
Skont il-Belġju, dan il-paragun mal-kumpaniji soġġetti għall-obbligi tad-Direttiva Seveso mhuwiex rilevanti diment li jirriżulta mill-formulazzjoni ta' din id-Direttiva li teżiġi li l-Istati Membri jimponu fuq il-kumpaniji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha (103) li jieħdu huma stess miżuri għall-prevenzjoni tan-nirien. Għall-kuntrarju, l-obbligu li jiġu organizzati servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien f'ajruport huwa impost minn konvenzjoni internazzjonali adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili u l-Istati Membri huma responsabbli direttamenti għalih |
(273) |
Barra minn hekk, kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll il-Qorti Ġenerali kkonfermaw li s-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien huma attivitajiet tas-setgħa pubblika li jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
(iii) Is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport
(274) |
Brussels Airlines tikkontesta wkoll il-kwalifika ta' attività mhux ekonomika tas-servizzi ta' manutenzjoni li f'dan il-każ jikkorrispondu għas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport. F'dan ir-rigward, Brussels Airlines tenfasizza sempliċiment li dawn is-servizzi jaqgħu taħt il-ġestjoni ta' ajruport u għaldaqstant huma ekonomiċi. |
(275) |
Il-fatt li l-attività ta' ġestjoni ta' ajruport tikkostitwixxi attività ekonomika huwa rikonoxxut. Madankollu, ċerti attivitajiet huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE peress li huma prerogattivi tas-setgħa pubblika u min-natura tagħhom mhumiex ekonomiċi anki jekk, kif tinnota Brussels Airlines, huma essenzjali għall-ġestjoni ta' ajruport. B'hekk, għalkemm huwa evidenti, pereżempju, li l-ġestjoni ta' ajruport (attività ekonomika) tinvolvi l-provvediment ta' servizzi ta' dwana biex tiġi kkontrollata l-identità tal-passiġġieri, huwa madankollu ċar li tali servizz jagħmel parti mill-prerogattivi tradizzjonali tal-Istat u li mhuwiex attività ekonomika. Għaldaqstant, il-fatt li s-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport huma essenzjali għall-ġestjoni ta' ajruport mhuwiex suffiċjenti biex ineżżagħhom min-natura tagħhom ta' attività mhux ekonomika. |
(276) |
Madankollu, kif innutat il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni msemmija qabel rigward l-ajruport ta' Leipzig Halle: “ċerti spejjeż, f'dan il-każ, jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-kompiti ta' awtorità pubblika. Dawn l-ispejjeż huma marbuta ma' funzjonijiet għas-sigurtà u tal-pulizija, ma' miżuri għall-protezzjoni minn nirien u tas-sigurtà pubblika, mas-sikurezza tal-operat, mas-servizzi meteoroloġiċi u mal-kontroll tat-traffiku fl-ajru” (104). Il-Belġju, fl-osservazzjonijiet tiegħu wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012 tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, fakkar li jirriżulta minn din l-istess deċiżjoni li l-“attivitajiet ta' sikurezza tal-operat” ikopru dak kollu meħtieġ għas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, jiġifieri l-provvista tal-elettriku, id-dwal tar-runway, id-dwal taż-żoni tat-traffiku, eċċ. Iżda, hija preċiżament kwistjoni ta' manutenzjoni ta' dawn id-diversi funzjonijiet hawnhekk. |
(iv) Is-servizzi relatati mas-sigurtà u s-sikurezza inġenerali
(277) |
Fl-aħħar nett, Brussels Airlines tikkontesta l-kwalifika ta' “mhux ekonomiċi” li għandhom is-servizzi ta' sikurezza u sigurtà inġenerali. F'dan il-każ, jidher li Brussels Airlines ikklassifikat fost is-servizzi relatati mas-sikurezza, dawk relatati mal-monitoraġġ, ir-reġistrazzjoni u l-ippjanar tat-titjiriet kif ukoll l-iggwidar tal-ajruplani. |
(278) |
Brussels Airlines tikkontesta b'mod aktar speċifiku li s-servizzi relatati mal-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet, u l-iggwidar tal-ajruplani huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (105), li tfisser “il-kombinazzjoni ta' miżuri u riżorsi umani u materjali maħsuba għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali”. |
(279) |
L-awtoritajiet tal-Vallonja madankollu qatt ma kkunsidraw li l-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ippjanar tat-titjiriet u ta' ggwidar tal-ajruplani jkunu marbutin mas-sigurtà tal-ajruport. Huma jikkunsidraw minflok li dawn l-attivitajiet huma essenzjali għas-sikurezza ta' ajruport u jirreferu rigward dan il-punt għall-ispjegazzjonijiet diġà pprovduti fir-risposta tagħhom għad-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali. |
(280) |
Rigward ir-rimarka ta' BAC dwar il-fatt li l-kumpaniji tal-ajru li joperaw minn Brussell iridu jħallsu imposta għas-servizzi ta' monitoraġġ, ta'reġistrazzjoni u ta' ppjanar tat-titjiriet ipprovduti minn Belgocontrol, dan huwa għal darba oħra argument ibbażat fuq is-sors ta' finanzjament ta' servizz li mhuwiex suffiċjenti biex jikkwalifika dan is-servizz bħala wieħed mhux ekonomiku. |
(281) |
Il-Belġju tinnota wkoll li l-fatt li ċerti servizzi pprovduti minn Belgocontrol fl-ajruporti reġjonali jkunu bla ħlas ġie deċiż fil-Ftehim ta' kooperazzjoni tal-1989 imsemmi qabel u li kien jistipula li “ir-Reġjuni jistgħu jitolbu għall-għajnuna bla ħlas mis-servizzi ċentrali tal-(S.N.V.A.) fil-qasam tal-applikazzjoni tal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali dwar l-avjazzjoni ċivili” (106). Dan il-forniment bla ħlas huwa limitat għal-livell tal-attivitajiet tal-ajruporti tal-Vallonja tal-1989, bis-servizzi kollha li jaqbżu dan il-livell ta' attivitajiet jitħallsu mill-Vallonja. |
(282) |
Jirriżulta kemm fil-Linji Gwida tal-2005 kif ukoll fir-regolamenti tal-Unjoni dwar is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru li dawn is-servizzi mhumiex ekonomiċi u li għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Fil-fatt dan huwa wieħed mill-modalitajiet tar-reġjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-ajruporti għajr Brussels Airport. |
(283) |
Skont il-Belġju, jirriżulta minn dak li ntqal li ebda waħda mir-rimarki magħmula minn Brussels Airlines u BAC ma hija tali li titfa' dubju fuq il-fatt li l-kompiti ta' protezzjoni kontra n-nirien, dawk relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport, dawk relatati mas-sigurtà u dawk relatati mal-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, mal-ippjanar tagħhom kif ukoll mal-iggwidar tal-ajruplani, mhumiex attivitajiet ekonomiċi. |
5.1.1.3.
(284) |
Il-Belġju għamel b'mod partikolari kummenti dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni li nħoloq mill-miżuri favur BSCA wara l-osservazzjonijiet li waslu wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni. |
(285) |
Il-partijiet interessati (BAC u Brussels Airlines) huma tal-opinjoni li l-għajnuna ppermettiet lil BSCA tapplika imposti “artifiċjalment baxxi” u li għalhekk hemm differenza kbira bejn l-imposti ta' BSCA u dawk ta' ajruporti oħrajn. Din il-prattika allegatament kellha bħala riperkussjoni t-tnaqqis fil-volum tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Brussels-National. |
(286) |
Il-Belġju jikkontesta ċerta informazzjoni f'ċifri pprovduta minn Brussels Airlines. Pereżempju, f'dak li jirrigwarda l-paragun bejn it-tariffi bejn BAC u BSCA, il-Belġju jenfasizza li “Brussels Airlines tinkludi tariffi li ma jkoprux lill-kumpaniji tal-ajru iżda l-groundhandling”. It-tabella pprovduta minn Brussels Airlines ma tinkludix l-ispejjeż simili mitluba minn BSCA. L-istess japplika għal spejjeż oħrajn imposti mill-Istat Federali. |
(287) |
Skont il-Belġju, l-istess prekawzjonijiet għandhom jittieħdu f'dak li jirrigwarda t-tabelli relatati mat-tqabbil bejn ajruporti differenti. B'hekk fil-kolonna “passenger charges or fee” għall-ajruport ta' Marseille Provence, Brussels Airlines tinkludi imposta ta' EUR 13,47 li fir-realtà tikkorrispondi skont il-Belġju għal “taxxa fuq is-sigurtà imposta fuq l-Istat u mhux għal imposta fuq il-passiġġier fis-sens ta' imposta tal-ajruport”. |
(288) |
Rigward in-nuqqas ta' effett fuq il-kummerċ il-Belġju jirreferi lill-Kummissjoni għall-osservazzjoni tagħha tat-23 ta' Mejju 2012 u għall-Komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Diċembru 2012 f'dak li jirrigwarda d-differenzi bejn l-ajruporti ta' Brussels - National u Charleroi. |
(289) |
Rigward l-impatt negattiv fuq il-kumpaniji tal-ajru stabbiliti fl-ajruport ta' Brussels-National, il-Belġju jenfasizza ċertu numru ta' elementi:
|
(290) |
Il-Belġju jfakkar li Ryanair dan l-aħħar stabbilixxiet ruħha fl-ajruport ta' Brussels-National li juri li l-livell għoli ta' imposti ma fixkilx dan l-iżvilupp ġdid ta' Ryanair. Madankollu, il-Belġju jafferma mill-ġdid li l-kompetizzjoni bejn l-ajruport ta' Charleroi u dak ta' Brussels-National hija limitata, u fuq segmenti preċiżi li huma ċ-ċarter u l-low cost. |
(291) |
Barra minn hekk, il-Belġju jikkontesta l-fatt li wieħed jikkunsidra li l-istrateġija kummerċjali ta' BSCA dwar l-imposti tagħha biss tispjega s-suċċess tal-ajruport ta' Charleroi. Din id-dikjarazzjoni tinjora r-realtà tat-twelid ta' suq ġdid tal-low cost li jissodisfa domanda ġdida. F'dan ir-rigward, il-Vallonja tfakkar li xi snin ilu, 40 % tal-passiġġieri ta' Charleroi kienu qegħdin isiefru għall-ewwel darba, li juri li dawn ma “nsterqux” mill-ajruport ta' Brussels-National. |
5.1.2. Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna lil BSCA
5.1.2.1.
(292) |
Skont il-Belġju (107), kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li BSCA ibbenefikat minn xi għajnuna, din l-għajnuna għandha tkun ikkwalifikata bħala għajnuna operattiva li tista' tkun awtorizzata taħt il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni. Fil-fatt, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għall-awtorizzazzjoni ta' tali għajnuna kif previsti mill-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru huma l-kontribut għal objettiv definit ta' interess komuni, il-ħtieġa tal-għajnuna, l-adegwatezza tal-għajnuna mill-Istat bħala strument ta' politika, l-eżistenza tal-effett ta' inċentiv, il-proporzjonalità tal-għajnuna u n-nuqqas ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni. |
(a) Kontribut għal objettiv ta' interess komuni
(293) |
L-iżvilupp tal-ajruporti tar-Reġjun tal-Vallonja kien integrat fi strateġija globali ta' żvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjuni kkonċernati implimentata mill-1989. Il-Vallonja pprovdiet diversi dokumenti u studji li juru t-tiftix ta' dan l-objettiv. |
(294) |
Barra minn hekk, kif juru l-istudji ordnati mir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA fl-2000 – 2001, dak iż-żmien l-ajruport ta' Brussels-National kien fil-limitu ta' saturazzjoni u l-ajruport ta' Charleroi seta' għalhekk jidħol għal għan ta' ġlieda kontra l-konġestjoni. |
(295) |
Barra minn hekk, jirriżulta mid-diversi studji mwettqa fuq talba tar-Reġjun tal-Vallonja u BSCA li kienet teżisti domanda reali għall-ajruport ta' Charleroi fis-segmenti tal-low cost. Din id-domanda ġiet ikkonfermata fil-fatt mis-suċċess tiegħu u għalhekk kien iġġustifikat li l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi ikun żgurat fid-dawl tad-densità taż-żona ta' kummerċ ferm popolata u lokalizzata fiċ-ċentru tal-Ewropa. |
(296) |
L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi wera li ma kienx finanzjament ta' attivitajiet mhux profittabbli peress li dan beda jagħmel profitt mill-2004. Il-pjan ta' negozju ta' BSCA stabbilit fl-2001 kien jipprovdi ritorn lejn il-profittabbiltà fl-2005, jiġifieri sena wara, li juri kemm dan il-pjan kien prudenti u raġonevoli. |
(297) |
Skont il-Belġju, jekk wieħed jeżamina l-iżvilupp parallel tat-traffiku tal-passiġġieri fl-ajruport ta' Brussels-National u tal-ajruport ta' Charleroi, wieħed jista' jikkonkludi li kwalunkwe impatt ta' Charleroi fuq Brussels-National kien marġinali. L-ispiża tal-waqfien mill-iżvilupp ta' Brussels-National kienet ikkawżata mill-falliment ta' Sabena f'Novembru 2001 u mhux mill-iżvilupp konkomitanti tal-ajruport ta' Charleroi. Ta' min ifakkar li studju magħmul minn BSCA fl-2010 jistabbilixxi li 40 % ta' dawn il-passiġġieri jsiefru għall-ewwel darba, li juri li parti konsiderevoli tal-volum ta' passiġġieri mhix “misruqa” mingħand l-ajruport ta' Brussell. Barra minn hekk, parti sinifikanti oħra mill-passiġġieri hija magħmula minn vjaġġaturi ta' city trip li jiddeċiedu li jagħmlu vjaġġi għal żmien qasir li ma kienux jagħmlu kieku t-tariffi ma kinux attraenti. Sa ftit ilu, l-ajruport ta' Brussels-National ma kienx żviluppa jew ftit kien żviluppa s-segment tal-low cost. B'hekk, easyJet nediet l-ewwel destinazzjonijiet tagħha fl-ajruport ta' Brussels-National matul l-2007. |
(b) Ħtieġa tal-għajnuna
(298) |
L-għajnuna eventwali kkonstatata mill-Kummissjoni żgur kienet meħtieġa biex jintlaħaq dan l-għan ta' żvilupp ekonomiku u reġjonali. |
(c) Adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna
(299) |
Il-kopertura finanzjarja tal-ispejjeż relatati mal-kompiti ta' interess ġenerali fdati mir-Reġjun lil BSCA kien il-mezz l-aktar xieraq biex jintlaħaq dan l-objettiv ta' interess ġenerali msemmi aktar 'il fuq. Mhemmx strumenti ta' politika jew ta' għajnuna oħrajn li jistgħu jilħqu dan l-objettiv. |
(d) Effett ta' inċentiv
(300) |
Barra minn hekk, l-effett ta' inċentiv huwa ssodisfat peress li mingħajr dan il-finanzjament, ma kienx ikun possibbli li jiġi assigurat l-iżvilupp tal-attivitajiet tal-ajruport, u lanqas li jintlaħaq dan il-livell ta' volum li wassal biex titjieb il-mobilità taċ-ċittadini Ewropej u jiġi assigurat l-iżvilupp ekonomiku u reġjonali bis-saħħa tal-attivitajiet tal-ajruport. Il-Belġju jirreferi lill-Kummissjoni għan-numru ta' passiġġieri li BSCA laqgħet fil-perjodu li għandu jkun ikkunsidrat. Ta' min ifakkar li l-ajruport ta' Charleroi f'dan iż-żmien kien ajruport ta' kategorija D, li ma jistax jaffettwa l-kompetizzjoni. Barra minn hekk huwa konformi mal-għanijiet tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, jiġifieri eventwalment jiżgura l-profittabbiltà tal-ajruporti reġjonali. |
(e) Proporzjonalità tal-għajnuna
(301) |
Fl-aħħar nett, l-għajnuna hija proporzjonata. Ta' min ifakkar li l-kumpens mogħti għall-kompiti ta' interess ġenerali kif ipprovdut fl-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet konklużi annessi għall-Ftehim dwar is-servizzi bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA huwa limitat b'mod li f'każ li jinqabeż dan il-limitu massimu, li huwa l-każ f'dak li jirrigwarda l-parti tal-kumpens iddedikata għall-protezzjoni kontra n-nirien u s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, l-ispejjeż iridu jkunu koperti minn BSCA. L-għajnuna eventwali fil-kuntest tal-provvediment ta' servizzi minn SOWAER tirrigwarda ammont marġinali. |
(302) |
Jekk wieħed iqis l-ammont limitat tal-parti tal-għajnuna fil-kuntest ta' dawn il-kumpensi għas-servizzi ta' interess ġenerali li jistgħu jqajmu dubju fil-Kummissjoni u l-għan ta' dawn is-servizzi, għandu jkun ikkunsidrat li din il-kundizzjoni ta' proporzjonalità hija ssodisfata. |
(f) In-nuqqas ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni
(303) |
F'dak li jirrigwarda n-nuqqas jew l-evitar ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nfisha fid-data tal-għoti tal-finanzjament pubbliku sabiex tivvaluta din il-kundizzjoni. Ma jistax jitqies li meta ngħata dan il-finanzjament, kien hemm impatt ħażin fuq il-kompetizzjoni. Kif intwera lill-Kummissjoni Ewropea, l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi ma sarx għas-spejjeż ta' ajruporti oħrajn. Dawn l-attivitajiet huma r-riżultat tal-ħolqien ta' suq ġdid fuq segment partikolari li ftit li xejn kien żviluppat fl-ajruport ta' Brussell. |
(304) |
Ta' min ifakkar li żewġ studji li saru minn esperti indipendenti, Roland Berger International Management Consultant u GTM, stabbilixxew is-saturazzjoni imminenti ta' Brussels-National u n-nuqqas ta' koinċidenza f'termini ta' klijentela bejn iż-żewġ ajruporti. Il-kumpaniji li jiffrekwentaw l-ajruport ta' Brussell dak iż-żmien ma kellhom l-ebda interess fl-ajruport ta' Charleroi filwaqt li Ryanair, l-utent ewlieni tal-ajruport ta' Charleroi, ma kellha ebda pjan dak iż-żmien li tistabbilixxi ruħha f'ajruporti prinċipali. |
(305) |
Barra minn hekk, il-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000 tar-Reġjun tal-Vallonja kif estiż mid-Deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 kien jinkludi l-għan li “tintuża politika li tippermetti kollaborazzjoni effettiva mal-operaturi tal-ajruport ta' Brussels National” (108). |
(306) |
Barra minn hekk, l-ajruport ta' Charleroi kien żvantaġġjat bir-restrizzjonijiet regolatorji li jirregolaw il-ħinijiet tal-ftuħ limitati tiegħu. Fis-sena 2000, l-ajruport kien jiftaħ bejn is-sebgħa ta' filgħodu u l-għaxra ta' filgħaxija. Dawn il-ħinijiet ġew irranġati xi ftit biex ġew estiżi għal bejn is-sitta u nofs ta' filgħodu u l-ħdax ta' filgħaxija biex ikunu jistgħu jintlaqgħu l-ajruplani stabbiliti. |
(307) |
Barra minn hekk, fis-sena 2000, l-ajruport ta' Charleroi kien qed ibati minn problema kbira ta' immaġni kif kienu juru l-istudji ta' GTM u ta' Roland Berger. L-infrastruttura kienet skomda, limitata, u ftit li xejn iffrekwentata. L-ajruport kien joffri biss rotta regolari u xi titjiriet ċarter fis-sajf. Ma jistax jitqies li dak iż-żmien, l-ajruport ta' Charleroi seta' jikkompeti mal-ajruport ta' Brussels-National. |
(308) |
Fl-aħħar nett, l-ajruport ta' Brussels-National kien vantaġġat f'termini ta' infrastrutturi (diversi terminals, diversi runways, eċċ.) u ta' aċċessibbiltà minħabba l-pożizzjoni tiegħu qrib il-kapitali u l-konnessjoni ferrovjarja li Charleroi ma kellux. |
5.1.2.2.
(309) |
Dawn l-osservazzjonijiet kienu jirrigwardaw il-kumpatibbiltà:
|
(310) |
F'dak li jirrigwarda l-kumpatibbiltà tal-finanzjament ta' parti mill-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali vvalutata fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE, il-Belġju jsostni li dan il-finanzjament huwa konformi:
|
(311) |
Skont il-Belġju, jekk il-Kummissjoni qieset li mhux il-kundizzjonijiet kollha tas-sentenza Altmark kienu ssodisfati, allura jeħtieġ li l-kumpens tas-servizzi ta' interess ġenerali jiġu awtorizzati fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005 (109). |
(312) |
Rigward il-miżuri mogħtija qabel id-19 ta' Diċembru 2005, jiġifieri qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005, il-kumpatibbiltà tagħhom hija bbażata direttament fuq l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. Jirriżulta mill-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea (110) li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE jikkoinċidu ma' dawk imniżżla fid-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonjiet tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċertu intrapriżi responsabbli għall-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (111). Il-kumpatibbiltà tal-miżuri mogħtija qabel id-19 ta' Diċembru 2005 għaldaqstant tista' tkun analizzata b'mod konġunt ma' dawk mogħtija sussegwentement skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE, fid-dawl tal-istess kriterji bażiċi bħal dawk imniżżla fid-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005. |
(313) |
Rigward il-miżuri mogħtija mid-19 ta' Diċembru 2005 'l hawn, dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005, jekk jikkorrispondu għal kumpensi ta' servizz pubbliku mogħti lil impriżi li l-fatturat annwali medju tagħhom esklużi t-taxxi ma jkunx laħaq EUR 100.000.000 matul is-sentejn preċedenti dik tal-għoti tal-imsemmi servizz, diment li l-ammont annwali tal-kumpens ma jaqbiżx EUR 30 000 000 (112). Madankollu, f'ebda mument il-BSCA ma għamlet fatturat annwali ta' aktar minn EUR 100 000 000. Barra minn hekk, skont il-Belġju, huwa evidenti li l-kumpens tas-servizzi ta' interess ġenerali eventwali li jiġu kkwalifikati bħala ekonomiċi mill-Kummissjoni huwa ferm 'il bogħod milli jilħaq il-limitu ta' EUR 30 000 000. Għaldaqstant, dan il-kumpens jaqa' b'mod ċar fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005. |
(314) |
Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005, il-miżuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha huma kumpatibbli jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin. |
(a) Il-mandat
(315) |
Il-Belġju jqis li wera l-eżistenza ta' obbligi ta' servizz pubbliku meta “stabbilixxa” li l-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark kienet issodisfata (ara t-Taqsima 5.1.1.1(c)(ii)). Barra minn hekk, skont il-Belġju, il-parametri tal-kalkolu tal-kumpens, kif ukoll il-modalitajiet maħsuba biex jevitaw kull kumpens żejjed ġew espliċitati meta l-Belġju wera li t-tielet u r-raba' kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark kienu ssodisfati. |
(b) Il-kumpens
(316) |
Il-Belġju jfakkar li l-intervent tal-Vallonja ilu limitat mill-2006 f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport u mill-2010 f'dak li jirrigwarda s-servizzi relatati mas-sigurtà, mal-uffiċċju tan-navigazzjoni u mal-iggwidar tal-ajruplani. Il-kumpatibbiltà analitika implimentata minn BSCA turi r-rispett ta' din il-kundizzjoni. |
(c) Il-kontabbiltà separata
(317) |
Skont il-Belġju, il-kontabbiltà separata hija assigurata mill-applikazzjoni tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet li jipprovdi li l-“konċessjonarju għandu jżomm rapport tal-introjtu separat għas-Servizzi. Dan ir-rapport jista' fi kwalunkwe ħin jiġi kkontrollat fuq il-post mill-awtorità ta' konċessjoni”. Hija wkoll ikkonfermata mid-dokument li jidher fl-Anness 8. |
(d) Il-kontroll tal-kumpens żejjed
(318) |
Il-Vallonja għandha l-possibbiltà li tikkontrolla l-kontijiet ta' BSCA iddedikati għas-servizzi ta' interess ġenerali fi kwalunkwe ħin, skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, l-amministrazzjoni tal-Vallonja kull sena tagħmel kontroll fuq il-post sabiex tivverifika dokumenti sottostanti għad-dikjarazzjoni tal-ammonti riċevibbli ppreżentata minn BSCA sabiex tikseb il-kumpens għas-servizzi ta' interess ġenerali. |
(e) Konklużjoni
(319) |
Jirriżulta minn dak li ntqal li l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali li jiġu kkwalifikati bħala ekonomiċi mill-Kummissjoni jista' jiġi ddikjarat kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2005. |
5.2. Il-kummenti tal-Belġju dwar il-miżuri favur Ryanair
(320) |
Wara d-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002 u d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, il-Belġju kkummenta bl-għan li juri li l-miżuri favur Ryanair eżaminati f'din id-deċiżjoni mhumiex għajnuna mill-Istat. |
5.3. Il-kummenti tal-Belġju dwar il-perjodu ta' preskrizzjoni
(321) |
Skont il-kummenti li l-Belġju fformula wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, li wieħed jikkunsidra li l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, din tibbenefika mill-preskrizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (113) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament tal-proċedura”). |
(322) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-perjodu ta' preskrizzjoni jibda jiddekorri dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarji. Skont ir-regolamenti tal-Unjoni (114) u l-prattika tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (115), il-Kummissjoni għandha tivvaluta miżura skont ir-regoli applikabbli fid-data li fiha ngħatat l-għajnuna, “jiġifieri d-data tal-att legalment vinkolanti li fuq il-bażi tiegħu l-benefiċjarju jikseb id-dritt li jirċievi l-għajnuna”. Il-ġurisprudenza tal-Unjoni tikkonferma li d-data tal-għoti ta' għajnuna tikkorrispondi għad-data ta' “l-att legalment vinkolanti li permezz tiegħu l-awtorità (nazzjonali) kompetenti tintrabat li tagħti l-għajnuna” (116). Madankollu, l-att ġuridiku jsir vinkolanti mill-jum li fih, skont il-liġi interna, l-Istat ikun obbligat li jwettaq l-impenn tiegħu fuq il-bażi tal-att inkwistjoni. Qabel dan, ikunu biss dikjarazzjonijiet ta' intenzjoni (117). |
(323) |
Jirriżulta minn dak li ntqal li l-jum li fih ingħata l-kumpens tas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA kien id-9 ta' Lulju 1991, jiġifieri d-data tal-ftehim ta' konċessjoni u tal-ispeċifikazzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi ġuridika ta' dan il-kumpens li jorbot lir-Reġjun. Minn din id-data, minkejja l-adozzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet mingħajr impatt fuq il-prinċipju tar-rimborż obbligatorju mir-Reġjun ta' dawn in-nefqiet, il-ħlas ta' dan il-kumpens huwa responsabbiltà tal-Vallonja. Ċerti servizzi mhux ekonomiċi biss, koperti mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 mhumiex koperti minn din il-preskrizzjoni. Il-bidu tal-preskrizzjoni ta' għaxar snin għaldaqstant huwa d-9 ta' Lulju 1991. |
(324) |
Ebda miżura tal-Kummissjoni dwar il-kumpens riċevut għas-servizzi ta' interess ġenerali pprovduti minn BSCA, kif meħtieġ mill-Artikolu 15 tar-Regolament tal-proċedura ma interrompa t-terminu ta' għaxar snin, li għalhekk skada f'Lulju 2001. Minkejja l-assenza tal-formalizzazzjoni ta' dan il-kumpens fil-Ftehim għall-perjodu 2000-2001, il-Partijiet, jiġifieri l-Vallonja u BSCA, dejjem kellhom l-intenzjoni li jżommuh għal perjodu indefinit, intenzjoni kkonfermata mill-kopertura ta' dawn l-ispejjeż għal dan il-perjodu u kkonkretizzata permezz tal-Ftehim Supplimentari tal-2002 b'mod li mhemmx dubju dwar il-punt minn meta bdiet tiddekorri l-preskrizzjoni. |
(325) |
L-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta' April 2002 biss, li tinkludi b'mod partikolari mistoqsijiet dwar il-finanzjament ta' BSCA u li għalhekk tista' tirrigwarda indirettament il-kopertura tal-ispejjeż għas-servizzi ta' interess ġenerali setgħet tinterrompi t-terminu tal-preskrizzjoni. L-awtoritajiet tal-Vallonja taw spjegazzjonijiet dettaljati wara din it-talba u fl-ebda mument il-Kummissjoni ma ddubitat il-legalità ta' dan il-finanzjament. |
(326) |
Jirriżulta minn dan li ntqal li meta jitqies li l-kumpens imħallas għas-servizzi ta' interess ġenerali jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, quod non, is-setgħat tal-Kummissjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna huma preskritti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura. |
5.4. Il-kummenti tal-Belġju dwar il-ksur tal-aspettattiva leġittima
(327) |
Wara d-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, il-Belġju fformula kummenti dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' aspettattiva leġittima għas-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport |
(328) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni hija obbligata li tqis awtomatikament iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-proċedura, li hija tirrinunzja għall-irkupru tal-għajnuna mogħtija illegalment meta dan l-irkupru jmur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħar-rispett tal-aspettattiva leġittima tal-benefiċjarji. |
(329) |
Kif qal fil-qosor l-Avukat Ġenerali Philippe Léger, il-ksur ta' dan il-prinċipju huwa ammess meta t-tliet kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati: “Fl-ewwel lok, irid ikun hemm att jew aġir tal-amministrazzjoni Komunitarja li seta' ta lok għal din l-aspettattiva. (…). Imbagħad, il-persuna kkonċernata ma setgħetx tbassar il-bidla fl-imġiba adottata preċedentement mill-amministrazzjoni Komunitarja (…) Fl-aħħar nett, l-interess Komunitarju segwit mill-att ikkontestat ma jiġġustifikax li l-aspettattivi leġittimi tal-persuna kkonċernata jiġu mminati. (…)”. |
(330) |
Skont il-Belġju, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda s-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport, it-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa preċedenti huma ssodisfati. |
(331) |
Il-Kummissjoni eżaminat is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport fl-ewwel investigazzjoni u ma qajmet l-ebda oġġezzjoni f'dan ir-rigward fid-Deċiżjoni tagħha tal-2004. Fid-deċiżjoni tal-2004, il-Kummissjoni kienet semmiet espressament li hija “ma tikkontestax il-possibbiltà leġittima tal-awtoritajiet tal-Vallonja li jkomplu jħallsu l-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' kontra n-nirien” (118). Madankollu, is-servizzi ta' manutenzjoni li f'dak iż-żmien kienu koperti minn BSCA kienu definiti kif ġej: “il-konċessjonarju jrid jiżgura, bħala parti mill-konċessjoni ta' servizz il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir, l-istrutturi u l-materjal magħmula disponibbli għalih u allokati għall-kompiti ta' servizzi konċessi, b'mod li jkunu dejjem adattati għall-użu li jkunu maħsuba għalih”. Fl-istess sens, fil-premessa 352 tal-istess deċiżjoni tal-2004, il-Kummissjoni kkonkludiet li “[parti mill-ispejjeż ta' dawn l-ajruporti, kemm jekk ikunu privati jew pubbliċi, spiss tkun soġġetta għal kumpensi ta' servizz pubbliku, taħt il-kompiti li jirriżultaw mill-imperattivi ta' sikurezza jew ta' sigurtà, jew kontribuzzjonijiet oħrajn għal spejjeż li ma joffrux vijabbiltà ekonomika fihom infushom iżda jibqgħu meħtieġa għall-operat ta' dawn il-pjattaformi. Jistgħu jkunu servizzi ta' kontroll tal-ajru, ta' pulizija, tifi tan-nar, eċċ.”. |
(332) |
Il-Belġju jenfasizza wkoll li l-annullament tal-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma kien jaffettwa dan l-aspett tad-deċiżjoni tal-2004. |
(333) |
Minn dan jikkonkludi li t-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 329 huma ssodisfati. |
(334) |
L-ewwel nett, id-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni fl-2004 u l-assenza ta' ċensura mill-Qorti Ġenerali fuq dan il-punt “ħolqu minn qabel sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal din l-aspettattiva”. Fil-fatt, skont il-Belġju, BSCA ibbenefikat minn assigurazzjonijiet preċiżi li l-kopertura tal-ispejjeż tas-servizzi ta' interess ġenerali ma kinitx għajnuna mill-Istat, minħabba n-nuqqas ta' aċċenn ta' lment fuq dan il-punt fid-deċiżjoni tal-2004. Din l-aspettattiva leġittima barra minn hekk kienet imsaħħa mill-prattika tad-deċiżjonijiet stabbilita tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari d-distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi kif imtenni b'mod partikolari fid-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle. |
(335) |
It-tieni, BSCA ma “setgħetx tbassar il-bidla fl-imġiba adottata preċedentement mill-amministrazzjoni Komunitarja”. Fil-fatt, skont il-Belġju, ebda element ma kien jippermetti li BSCA taħseb li l-Kummissjoni kienet ser terġa' teżamina, fl-2012, miżura li fuqha ma kienet qajmet ebda riżerva fl-2004, u li l-Qorti Ġenerali ma ddubitatx fuqha fl-2008. |
(336) |
It-tielet, l-interess tal-Unjoni ma jegħlibx dak ta' BSCA “għaż-żamma tas-sitwazzjoni li hija setgħet b'mod leġittimu qieset li kienet stabbli”. Fil-fatt, skont il-Belġju, issir ħsara kbira lil BSCA minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru tas-sussidji li rċeviet BSCA bi tpattija għas-servizzi ta' interess ġenerali. |
(337) |
B'konklużjoni, skont il-Belġju, dawn il-kumpensi finanzjarji, essenzjali biex tiġi assigurata s-sigurtà u s-sikurezza tal-post u tal-attività tal-ajruport, inżammu u ġew estiżi wara d-deċiżjoni tal-2004, b'mod partikolari fuq il-bażi tal-aspettttiva leġittima li nħolqot mill-imġiba tal-Kummissjoni rigward il-fatt li l-finanzjament tas-servizzi ta' interess ġenerali ma kienx għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE. Minħabba l-aspettattiva leġittima li l-Kummissjoni ħolqot f'BSCA, kieku l-Kummissjoni kellha tikkunsidra li s-sussidji inkwistjoni huma għajnuna mill-Istat, hija ma tistax tordna l-irkupru tagħha, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-proċedura. |
6. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI
(338) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, titqies bħala inkumpatibbli mas-suq intern. |
(339) |
Miżura tiġi għalhekk ikkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat jekk il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin ikunu ssodisfati, jiġifieri li: 1) il-benefiċjarju jew benefiċjarji huma impriżi fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, 2) il-miżura tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tagħha, 3) il-miżura tingħata permezz ta' riżorsi tal-Istat u hija attribwibbli lill-Istat u 4) il-miżura toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni fil-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
(340) |
F'dan il-kapitolu, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-miżuri deskritti fil-Kapitolu 3 jistgħux jikkostitwixxu għajnuna lil BSCA u/jew lil Ryanair, imbagħad tittratta l-kwistjoni tal-kumpatibbiltà tal-għajnuniet identifikati mas-suq intern, l-applikabbiltà tal-perjodu ta' preskrizzjoni u tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima. |
6.1. L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat favur BSCA
6.1.1. Il-kunċett ta' impriża fis-sens tal-Artikolu 107 tat-TFUE
(341) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jirrikjedi li miżura, sabiex tiġi definita bħala għajnuna mill-Istat, għandha tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti”. |
(342) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement iddefinixxiet l-impriżi bħala entitajiet involuti f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom u mill-mod kif huma ffinanzjati (119). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li kull attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari tikkostitwixxi attività ekonomika (120). |
(343) |
Fis-sentenza tagħha “Aéroports de Paris”, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-operat ta' ajruport li jikkonsisti fil-provvediment ta' servizzi tal-ajruport lill-kumpaniji tal-ajru huwa attività ekonomika. |
(344) |
Fis-sentenza tagħha “Leipzig-Halle airport” (121), il-Qorti Ġenerali kkonfermat li l-operat ta' ajruport bi ħlas hija attività ta' natura ekonomika, li minnha l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-ajruport tagħmel parti inseparabbli (122). Diment li operatur ta' ajruport jeżerċita attivitajiet ekonomiċi, ikun xi jkun l-istatus legali jew il-metodu ta' finanzjament tiegħu, huwa jikkostitwixxi impriża fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, u għaldaqstant jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tat-TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat (123). Il-Qorti Ġenerali kkonfermat ukoll li għall-kuntrarju tal-effetti tagħhom, l-objettivi ta' politika reġjonali, ekonomika jew tat-trasport segwiti permezz tal-bini jew l-estensjoni ta' infrastrutturi ta' ajruport ma kinux rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk hijiex attività ekonomika. |
(345) |
Il-kwistjoni jekk jeżistix suq għal ċerti servizzi tista' tiddependi fuq kif dawk is-servizzi huma organizzati mill-Istat Membru kkonċernat (124). Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss fejn ċerta attività tkun ipprovduta f'ambjent ta' suq. In-natura ekonomika ta' ċerti servizzi tista' għalhekk tvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Barra minn hekk, minħabba l-għażla politika jew l-iżviluppi ekonomiċi, il-klassifikazzjoni ta' servizz partikolari tista' tinbidel biż-żmien. |
(346) |
B'hekk, sas-sentenza ADP, il-prattika kostanti tal-Kummissjoni kienet li tikkunsidra li l-attività ta' żvilupp u ta' ġestjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ma kinux jikkostitwixxu attività ekonomika li tista' tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (125). Wara s-sentenza ADP, il-Kummissjoni kkonstatat li minħabba l-liberalizzazzjoni progressiva tas-suq, din l-attività kienet saret attività ekonomika. Barra minn hekk, kif jispeċifikaw il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru (126) (minn hawn 'il quddiem il-“Linji Gwida tal-Avjazzjoni”) fil-punti 28 u 29 tagħhom, “mid-data tas-Sentenza ADP (12 ta' Diċembru 2000), l-operat u l-kostruzzjoni ta' infrastrutturi tal-ajruport għandhom jitqiesu li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat. Għall-kuntrarju ta' dan, minħabba l-inċertezza li kienet teżisti qabel is-sentenza ‘ADP’, l-awtoritajiet pubbliċi setgħu leġittimament iqisu li l-finanzjament tal-infrastruttura tal-ajruport ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, u għalhekk tali miżuri ma kellhomx għalfejn ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni. Konsegwentement il-Kummissjoni ma tistax tikkontesta, abbażi tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-miżuri ta' finanzjament li ngħataw qabel is-Sentenza ADP.” |
(347) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk il-miżuri mogħtija lil BSCA għall-operat u l-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ingħatawx qabel jew wara t-12 ta' Diċembru 2000, id-data tas-Sentenza ADP. |
(348) |
Barra minn hekk, anki wara s-Sentenza ADP, kif ifakkru l-punti 34 u 35 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, l-attivitajiet ta' operatur ta' ajruport mhumiex neċessarjament kollha kkunsidrati ekonomiċi. Il-Qorti Ġenerali b'hekk ikkonfermat li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi ta' awtorità pubblika mhumiex ekonomiċi (127). F'ajruport, attivitajiet bħall-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija, id-dwana, it-tifi tan-nar u attivitajiet neċessarji għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali u l-investimenti relatati mal-infrastruttura u t-tagħmir neċessarju biex jitwettqu dawn l-attivitajiet huma ġeneralment meqjusa bħala ta' natura mhux ekonomika. |
(349) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu identifikati l-miżuri mogħtija lil BSCA wara t-12 ta' Diċembru 2000 u jiġu esklużi l-miżuri għal attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi ta' awtorità pubblika tiegħu. |
6.1.1.1.
(350) |
F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni teżamina:
|
(a) Il-miżura, inkluża d-disponibbiltà ta' infrastrutturi ġodda maħluqa skont il-pjan ta' investiment, ingħatat qabel is-Sentenza ADP?
(351) |
Kif imfakkar fil-premessi 344 u sussegwenti, il-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport fil-prinċipju ma tistax tkun separata mill-attività ekonomika tal-operat tal-pjattaforma tal-ajruport. |
(352) |
F'dak li jirrigwarda l-kostruzzjoni tal-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi soġġetta għall-pjan ta' investiment pluriennali, l-awtoritajiet Belġjani jikkunsidraw madankollu li dan il-pjan ta' investiment ġie deċiż qabel it-12 ta' Diċembru 2000, data tas-Sentenza ADP. L-argumenti tal-Belġju, ippreżentati fit-Taqsima 5.1.1.1(a)(i), essenzjalment jirribattu l-ambitu u l-preċiżjoni tal-argumenti preliminari żviluppati mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, li l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Lulju 2000 u d-Deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-8 ta' Novembru 2000 (minn hawn 'il quddiem id-“deċiżjonijiet tas-sena 2000”) ma jimplikawx għar-Reġjun impenn fir-rigward ta' parti terza u mhumiex irrevokabbli, permanenti u finali. |
(353) |
Il-Kummissjoni madankollu tqis li d-deċiżjoni ta' disponibbiltà għall-użu lil BSCA tal-infrastrutturi, inklużi infrastrutturi ġodda deċiżi u mwettqa permezz tal-programm ta' investimenti, u li jiġu pprovduti ċerti servizzi bi tpattija għal imposta ma ngħatatx permezz tad-Deċiżjonijiet tas-sena 2000, iżda permezz tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 u dan għar-raġunijiet li ġejjin. |
(354) |
Il-kriterju deċiżiv għad-data li fiha jitqies li ngħatat miżura ta' għajnuna potenzjali hija d-data tal-att legalment vinkolanti li bih l-awtoritajiet pubbliċi jintrabtu li jagħtu l-miżura inkwistjoni lill-benefiċjarju tagħha (128). |
(355) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tqis li:
|
(356) |
Qabel il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, BSCA ma kienet tibbenefika minn ebda impenn tar-Reġjun jew ta' SOWAER dwar it-twettiq tal-programm ta' investimenti. |
(357) |
Il-Belġju jirrikonoxxi fil-fatt li qatt ma tfasslet ittra formali tal-għoti tal-għajnuna lil BSCA. Madankollu, skont il-Belġju, għalkemm ir-Reġjun huwa nnifsu huwa d-destinatarju tad-deċiżjonijiet tas-sena 2000, dawn tal-aħħar huma l-bidu ta' impenn għall-gvern. Il-Belġju jqis li l-fatt li dan l-impenn huwa unilaterali mhuwiex uniku għal dan il-każ. Fil-fehma tiegħu, kull miżura finanzjarja, ikunu min ikunu d-destinatarji tagħha, dejjem tiġi deċiża permezz ta' att amministrattiv unilaterali tal-awtorità li tapprovahom, att li tiegħu hija tibqa' tikkontrolla ż-żamma, l-emenda jew l-irtirar. |
(358) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-deċiżjonijiet tas-sena 2000 ma kinux ġew ippubblikati jew innotifikati lil BSCA. Fi kwalunkwe ħin qabel l-iffirmar tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA, ir-Reġjun seta' jibdel il-programm ta' investimenti, billi jadotta deċiżjoni ġdida unilaterali, jew saħansitra jirrinunzja totalment għal dan il-programm, mingħajr ma deċiżjoni bħal din taffettwa d-drittijiet ta' BSCA. |
(359) |
Barra minn hekk, kif indikat fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, dan il-programm ta' investimenti kien jinkludi xi inċertezzi rigward il-mekkaniżmu finanzjarju u l-ammonti. Fil-fatt, dawn setgħu jkunu adattati skont kif jevolvu l-ħtiġijiet. B'hekk, it-terminal Nord il-ġdid kellu jkun flessibbli u l-bini tiegħu “assolutament progressiv u magħmul skont l-iżvilupp tal-attività reali tal-ajruport u tal-ħtiġijiet operattivi li jirriżultaw minnha”. Barra minn hekk, il-formula ta' finanzjament ippjanata dak iż-żmien – jiġifieri permezz tal-intervent tas-Société Régionale Wallonne du Transport – finalment ġiet skartata u minflokha ntgħażel il-finanzjament minn SOWAER, strument ġdid li ġie pprovdut b'mezzi finanzjarji u sa EUR 75 000 000 biss minn meta nħoloq fl-1 ta' Lulju 2001. |
(360) |
Għall-kuntrarju, ladarba l-programm ta' investimenti ġie inkluż fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA, SOWAER intrabtet vis-à-vis BSCA li: trid tagħmel disponibbli għal BSCA artijiet u infrastrutturi inklużi l-infrastrutturi li għandhom jinbnew skont il-programm ta' investiment, u tipprovdi ċerti servizzi, bħala korrispettiv għal imposta ta' konċessjoni, inkella ma tirrispettax l-obbligi kuntrattwali tagħha. |
(361) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-impenn ta' SOWAER li twettaq programm ta' investimenti u li toffri ċerti servizzi għandu jiġi eżaminat fl-istess waqt mal-impenn ta' BSCA li tħallas imposta ta' konċessjoni. Mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk il-proġetti tar-Reġjun li jqiegħed għad-disponibbiltà ta' BSCA xi infrastrutturi, inklużi infrastrutturi ġodda mibnija skont il-programm ta' investimenti, u l-provvediment ta' ċerti servizzi jikkostitwixxux għajnuna diment li l-ammont tal-imposta li trid tħallas BSCA bħala korrispettiv mhuwiex magħruf. |
(362) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta' disponibbiltà għal BSCA tal-infrastrutturi, inklużi l-infrastrutturi l-ġodda li SOWAER tintrabat li tibni, u l-provvediment ta' ċerti servizzi bħala korrispettiv għal imposta ngħatat permezz tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002. Għaldaqstant hija saret wara s-Sentenza ADP. |
(363) |
Barra minn hekk, ta' min ifakkar li l-programm ta' investimenti integrat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 ġie emendat b'mod sostanzjali permezz tad-deċiżjoni tal-gvern tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003. Fil-fatt, b'applikazzjoni tad-Deċiżjoni tat-3 ta' April 2003, il-gvern tal-Vallonja nnota reviżjoni tal-programm ta' investimenti (130), li tellgħet l-ammont tal-investimenti minn EUR 93 miljun għal kważi EUR 151 miljun, jiġifieri żieda ta' EUR 57,8 miljun li minnhom EUR 33 miljun għat-terminal il-ġdid. Il-Kummissjoni tqis li din ir-reviżjoni tal-programm ta' investimenti hija emenda sostanzjali u għaldaqstant miżura ġdida li potenzjalment tista' tikkostitwixxi għajnuna ġdida mill-Istat lil BSCA li tingħaqad mal-għajnuna potenzjali diġà mogħtija permezz tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002. Minħabba li tirriżulta minn deċiżjoni tat-3 ta' April 2003, din il-miżura hija miżura ġdida, adottata wara s-Sentenza ADP u għaldaqstant soġġetta għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(b) Investimenti u servizzi pprovduti minn SOWAER li għandhom ikunu esklużi mill-eżami minħabba li mhumiex ekonomiċi
(364) |
Kif imfakkar fil-punti 34 u 35 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, l-attivitajiet ta' operatur ta' ajruport mhumiex neċessarjament kollha ekonomiċi. Il-Qorti Ġenerali b'hekk ikkonfermat li l-attivitajiet li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat fl-eżerċizzju tal-prerogattivi ta' awtorità pubblika mhumiex ekonomiċi (131). Attivitajiet bħal dawn jinkludu b'mod partikolari s-sigurtà, il-kontroll tat-traffiku tal-ajru, il-pulizija u d-dwana (132). |
(365) |
Il-Kummissjoni tqis li l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar għal assi relatati man-navigazzjoni tal-ajru (relatati pereżempju mat-torri ta' kontroll), mat-tifi tan-nar fuq l-ajruplani, mas-sigurtà (definita bħal l-ġlieda kontra l-atti ta' interferenza illegali), mal-pulizija u mad-dwana jistgħu ma jkunux ekonomiċi. Minħabba li f'dan il-każ, is-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru, it-tifi tan-nar fuq l-ajruplani, is-sigurtà, il-pulizija u d-dwana mhumiex organizzati skont il-loġika tas-suq, il-Kummissjoni tqis li l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar li jirrigwardaw assi relatati ma' dawn is-servizzi mhumiex ekonomiċi. B'mod partikolari, l-għeluq b'reċinti tal-parti tas-sit tal-ajruport li wieħed jaċċessa għaliha wara l-kontrolli tal-pulizija u tal-parti tas-sit fejn ikunu l-ajruplani tista' titqies bħala attività mhux ekonomika diment li taqa' taħt is-sigurtà. |
(366) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li mhumiex ekonomiċi l-ispejjeż relatati mal-investimenti u mal-manutenzjoni tal-bini u t-tagħmir użati kemm għal attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi fi proporzjon korrispondenti għall-użu tagħhom għal attività mhux ekonomika. B'mod partikolari, 7 % tal-kost tal-investimenti magħmula għat-terminal il-ġdid jistgħu jitqiesu bħala mhux ekonomiċi, peress li 7 % tal-erja tat-terminal hija okkupata mis-servizzi tal-pulizija, tad-dwana, uffiċjali inkarigati mit-tiftix fuq il-passiġġieri u fil-bagalji, kif ukoll uffiċjali tas-Servizz Pubbliku tal-Vallonja inkarigati mis-sikurezza tas-sit. |
(367) |
Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis ekonomiċi l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar relatati mas-sistema ILS ta' Kategorija III (133) u mad-dwal tar-runways. Fil-fatt, dawn l-ispejjeż mhumiex marbuta ma xi prerogattiva ta' awtorità pubblika, iżda huma inerenti għall-operat kummerċjali tal-infrastrutturi, li jinvolvi li l-infrastrutturi jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-kumpaniji tal-ajru f'kundizzjonijiet ta' sikurezza sodisfaċenti. B'mod partikolari, l-iżgurar tas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art (inkluż waqt l-inżul u t-tlugħ) jagħmel parti integrali mill-operat kummerċjali tal-ajruport u għaldaqstant huwa ekonomiku. Fid-deċiżjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Marsilja (134), is-sikurezza tal-operat ġiet eskluża mill-kamp tal-attivitajiet “mhux ekonomiċi”. |
(368) |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-investimenti relatati mad-detezzjoni tan-nar fil-parkeġġi għall-passiġġieri huma ekonomiċi. Fil-fatt, dawn l-ispejjeż mhumiex relatati ma' prerogattiva ta' awtorità pubblika, iżda huma inerenti għall-operat kummerċjali tal-parkeġġ għall-passiġġieri. |
(369) |
Barra minn hekk, kif imfakkar fil-punt 36 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi jservi biss biex jikkumpensa l-ispejjeż li jirriżultaw u ma jistax ikun allokat għal attivitajiet ekonomiċi (135). Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(370) |
SOWAER tassumi direttament it-twettiq tal-investimenti u tat-tiswijiet il-kbar. Il-finanzjament ta' dawn l-ispejjeż għaldaqstant mhuwiex soġġett għal xi sussidju mħallas lil BSCA, li din tista' tuża għal attivitajiet ekonomiċi. |
(371) |
Fl-aħħar nett, kif imfakkar fil-punt 37 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni inġusta bejn l-arjuporti. Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(372) |
Kif spjega l-Belġju, SOWAER tagħmel l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar b'mod nondiskriminatorju għall-ajruporti li hija inkarigata minnhom, jiġifieri l-ajruporti tar-reġjun tal-Vallonja. |
(373) |
Kif imfakkar fil-premessa 26 ta' din id-Deċiżjoni, ir-reġjuni Belġjani ngħataw il-kompetenzi meħtieġa għat-tagħmir u l-operat tal-ajruporti pubbliċi li jinsabu fit-territorju tagħhom ħlief għall-ajruport ta' Brussels-National. Minħabba dan il-qafas ġuridiku, il-Kummissjoni tqis li l-livell rilevanti biex tivvaluta l-eżistenza ta' diskriminazzjoni dwar il-finanzjament tal-investimenti u s-servizzi pprovduti minn SOWAER huwa dak tar-reġjun, u mhux dak tal-Istat Federali. Minħabba li s-SOWAER tagħmel l-investimenti u t-tiswijiet il-kbar b'mod nondiskriminatorju għaż-żewġ ajruporti ewlenin tal-Vallonja (Liège u Charleroi), il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemmx diskriminazzjoni inġusta bejn l-ajruporti. |
(374) |
Il-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi deskritti fil-premessa 365 ma għandux jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat u għalhekk huwa eskluż minn analiżi ulterjuri. |
6.1.1.2.
(375) |
Kif indikat fit-Taqsima 5.1.1.1(c)(i), il-Belġju jqis li l-kompiti li għalihom ir-Reġjun iħallas sussidju jagħmlu parti mill-eżerċizzju ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika u għaldaqstant mhumiex attività ekonomika. |
(376) |
Biex jiġi vvalutat sa liema punt is-sussidju jirrigwarda attivitajiet mhux ekonomiċi u għandu jkun eskluż mill-kontroll dwar l-għajnuna mill-Istat, jeħtieġ li jsir l-istess eżami bħal dak deskritt fit-Taqsima 6.1.1.1(b). |
(a) Protezzjoni kontra n-nirien u sigurtà
(377) |
Għalhekk kif indikat fil-premessa 365, il-Kummissjoni tqis li fil-każ inkwistjoni, l-attivitajiet relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien tal-ajruplani u s-sigurtà (136) ma jikkostitwixxux attivitajiet ekonomiċi. |
(i) L-applikazzjoni tal-punt 36 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni
(378) |
Kif imfakkar fil-punt 36 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, anki jekk attività titqies li mhijiex ekonomika, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi jservi biss biex jikkumpensa l-ispejjeż li jirriżultaw u ma jistax ikun allokat għal attivitajiet ekonomiċi (137). Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
1. Protezzjoni kontra n-nirien
(379) |
F'dak li jirrigwarda l-protezzjoni kontra n-nirien, il-Kummissjoni tinnota li b'applikazzjoni tal-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-1991, biex tikseb l-għajnuna tar-Reġjun għas-servizzi ta' kontra n-nirien u l-manutenzjoni, BSCA trid iżżomm rapport tal-introjtu separat li jista' jkun analizzat u kkontrollat mill-awtorità ta' konċessjoni. |
(380) |
Barra minn hekk, b'applikazzjoni tal-Artikolu 3.2.3 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002, ir-rimborż tan-nefqiet inerenti għas-servizzi ta' kontra n-nirien u l-manutenzjoni jsir fi 12-il pagament, bil-ħlas tat-tnax-il pagament isir wara li l-Ministru jirċievi u japprova rapport meħud mill-kontijiet annwali ta' BSCA li jiġġustifika l-ispejjeż imġarrba skont l-istess mudell mitlub għall-baġit provviżorju, jiġifieri abbażi tal-intestaturi kif iddefiniti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. |
(381) |
Fl-aħħar nett, għall-perjodu ta' wara l-10 ta' Marzu 2006, l-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet, introdott permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006, jipprovdi li l-ammont tal-kumpens għas-servizzi ta' protezzjoni kontra n-nirien u għas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport ma jistax jaqbeż l-ispejjeż attwali sostnuti minn BSCA u li kwalunkwe kumpens żejjed tal-ispejjeż għandu jsir kumpens baġitarju pagabbli mill-intestatura baġitarja tas-sena ta' wara. |
(382) |
Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dispożizzjonijiet huma biżżejjed sabiex tikkonkludi li mill-Ftehim Supplimentari Nru 3 tal-2002 sal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, il-kumpens imħallas mir-Reġjun għall-ispejjeż marbutin mal-protezzjoni kontra n-nirien kien proporzjonat u ma ntużax biex jissussidja attivitajiet ekonomiċi. |
2. Sigurtà
(383) |
Is-sigurtà ġiet miżjuda mal-attivitajiet li għalihom BSCA tingħata kumpens skont il-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008. Il-kompiti ta' sigurtà huma definiti bħala “il-kombinazzjoni ta' miżuri u riżorsi umani u naturali maħsuba għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali.” (138). Is-servizzi marbutin mas-sikurezza jinkludu “l-iskrinjar, is-sorveljanza elettronika, ir-rondi u l-pattulji ta' sorveljanza, il-kontroll tal-aċċess u t-tqassim tal-badges tal-viżitaturi” (139). |
(384) |
L-Artikolu 25.7 tal-ispeċifikazzjonijiet, kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 jipprovdi li “l-ammont tal-kumpens finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqiet għat-twettiq tas-servizzi, ma jistax jaqbeż l-ispejjeż reali mġarrba mill-konċessjonarju għal dawn is-servizzi, wara t-tnaqqis ta' kwalunkwe imposta li tinġabar mingħand l-utenti biex tkopri dawn is-servizzi. Kwalunkwe kumpens żejjed ta' dawn l-ispejjeż għandu jingħata kumpens ta' baġit li jiddaħħal fl-entrata baġitarja tas-sena ta' wara”. |
(385) |
Il-Kummissjoni tqis li dawn id-dispożizzjonijiet huma biżżejjed sabiex tikkonkludi li l-kumpens imħallas mir-Reġjun għall-ispejjeż marbutin mas-sigurtà kien proporzjonat u ma ntużax biex jissussidja attivitajiet ekonomiċi. |
(ii) L-applikazzjoni tal-punt 37 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni
(386) |
Kif imfakkar fil-punt 37 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-finanzjament tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jwassalx għal diskriminazzjoni inġusta bejn l-ajruporti. Inkella, il-finanzjament tagħhom ikollu jkun soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(387) |
Kif spjega l-Belġju, l-attivitajiet mhux ekonomiċi taż-żewġ ajruporti ewlenin tal-Vallonja (Liège u Charleroi) huma ffinanzjati b'mod nondiskriminatorju mir-Reġjun. |
(388) |
Kif imfakkar fil-premessa 26 ta' din id-Deċiżjoni, ir-reġjuni Belġjani ngħataw il-kompetenzi meħtieġa għat-tagħmir u l-operat tal-ajruporti pubbliċi li jinsabu fit-territorju tagħhom ħlief għall-ajruport ta' Brussels-National. Minħabba dan il-qafas ġuridiku, il-Kummissjoni tqis li l-livell rilevanti biex tivvaluta l-eżistenza ta' diskriminazzjoni dwar il-finanzjament ta' ċerti servizzi mhux ekonomiċi relatati mal-attività tal-ajruport huwa dak tar-reġjun, u mhux dak tal-Istat Federali. Minħabba li l-attivitajiet mhux ekonomiċi taż-żewġ ajruporti ewlenin tal-Vallonja (Liège u Charleroi) huma ffinanzjati b'mod nondiskriminatorju mir-Reġjun, il-Kummissjoni tikkonkludi li ma hemm ebda diskriminazzjoni inġusta bejn l-ajruporti. |
(389) |
Il-kumpens imħallas għall-attivitajiet ta' BSCA relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u mas-sigurtà ma għandux jiġi kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat u għaldaqstant huwa eskluż minn analiżi ulterjuri. |
(b) Manutenzjoni/sikurezza tat-traffiku fuq l-art
(390) |
F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni ser teżamina jekk is-servizzi li ġejjin jistgħux jevitaw ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba li mhumiex ekonomiċi:
|
(391) |
Kif indikat fil-premessa 71, is-servizz ta' manutenzjoni huwa definit mill-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet bħala “is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-artijiet, tar-runways, tal-madwar, tal-vetturi, eċċ.” (140), kif ukoll “il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir tal-bini u l-materjal l-ieħor li jagħmel parti mill-konċessjoni jew huwa magħmul disponibbli għaliha b'mod li jkunu dejjem tajbin għall-użu li huma maħsubin għalih” (141). |
(392) |
Kif indikat fil-premessi 73 u 74, il-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006 emenda l-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet. B'applikazzjoni ta' dawn l-emendi, ir-Reġjun irid jagħti kumpens lil BSCA għall-ispejjeż tas-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u tas-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport. L-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendat jispeċifika li “is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport jinkludu l-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, is-servizz tekniku ta' manuntenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' ħsad, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif tal-borra u kull servizz ieħor li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport”. |
(393) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-definizzjoni tas-“servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport”, li għalihom BSCA għandha tirċievi kumpens mill-10 ta' Marzu 2006, taqbel ħafna mad-definizzjoni tas-“servizzi ta' mantuenzjoni”, li għalihom BSCA kienet tirċievi kumpens qabel l-10 ta' Marzu 2006. Biex tiddetermina jekk dawn is-servizzi humiex servizzi ekonomiċi, hija ser teżaminahom flimkien. |
(394) |
Il-Kummissjoni tqis li dawn is-servizzi, kemm jekk jirrigwardaw il-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, il-manuntenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif tal-borra u kull servizz ieħol li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi, ma jaqgħux taħt il-prerogattiva ta' awtorità pubblika. Dawn is-servizzi huma b'mod partikolari differenti mis-servizzi ta' sigurtà. Huma inerenti għall-operat kummerċjali tal-ajruport, li jimplika li s-sit tal-ajruport, inklużi r-runways, ikunu miżmuma tajjeb biżżejjed biex l-ajruplani jkunu jistgħu jinżlu u jitilgħu f'kundizzjonijiet ta' sikurezza sodisfaċenti. Ebda prerogattiva ta' awtorità pubblika ma hija marbuta ma' dan it-tip ta' servizzi. |
(395) |
Skont il-Belġju (ara l-premessa 237), fid-deċiżjoni li ħadet fit-23 ta' Lulju 2008 rigward l-ajruport ta' Leipzig Halle, il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li s-servizzi relatati mas-sikurezza operattiva ma kinux attivitajiet ekonomiċi (142). Madankollu, jirriżulta mil-lista tal-infrastrutturi relatati mas-sikurezza operattiva pprovduta mill-awtoritajiet Ġermaniżi li dawn l-infrastrutturi huma dawk essenzjali għas-sikurezza fuq l-art, jiġifieri: il-provvista kontinwa tal-elettriku taż-żoni tat-traffiku, is-substazzjonijiet, id-dwal tar-runway, id-dwal taż-żoni tat-traffiku, eċċ. Skont il-Belġju, din il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ġiet ivvalidata mill-Qorti Ġenerali fis-Sentenza mogħtija fl-24 ta' Marzu 2011 (143) wara rikors għall-annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija. |
(396) |
Il-Kummissjoni tikkontesta li wieħed jista' jiddeduċi mill-premessi 182 u 183 tad-Deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle li l-Kummissjoni qieset fil-passat li kompiti simili għall-manutenzjoni u s-sikurezza tat-traffiku, kif iddefiniti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-awtorità pubblika, għar-raġunijiet li ġejjin. |
(397) |
L-ewwel nett, l-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' sikurezza tat-traffiku fuq l-art kif definiti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA huma ferm usa' mill-ispejjeż relatati mas-sikurezza tal-operat imsemmija fid-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle. Fil-fatt, dawn tal-aħħar jikkonsistu fil-provvista kontinwa tal-elettriku għaż-żona tat-traffiku, is-substazzjoni, il-kejbils ta' vultaġġ għoli u d-dwal tar-runway. L-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' sikurezza tat-traffiku kif iddefiniti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA “jinkludu l-manutenzjoni ta' kuljum tas-sit tal-ajruport, is-servizz tekniku ta' manuntenzjoni tal-bini, tar-runways, tal-madwar u tal-vetturi, ix-xogħlijiet iż-żgħar ta' asfaltar, ta' manutenzjoni ta' kuljum u tiswijiet tar-runway u tal-aċċessi, il-manutenzjoni u t-tħaddim tad-dwal tar-runway, ix-xogħlijiet ta' qtugħ ta' ħaxix, tindif tar-runway mil-lastiku u l-immarkar tagħha, it-tindif tal-borra u kull servizz ieħol li jassigura s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art, fis-sit tal-ajruport u tal-infrastrutturi minbarra l-ħwienet taż-żona tal-ajruport”. |
(398) |
Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tinnota li, għall-kuntrarju ta' dak li jgħid il-Belġju, il-Kummissjoni ma kkonkludietx li l-kompiti ta' sikurezza tal-operat imsemmija fid-Deċiżjoni Leipzig Halle jikkostitwixxu kompiti li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tal-prerogattivi tal-awtorità pubblika. Fil-fatt, fil-premessa (182) ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li “huwa possibbli li wieħed iqis ċerti spejjeż bħala li jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-kompiti pubbliċi” (enfażi miżjuda). Fil-premessa 183 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li “ diment li dawn il-miżuri jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-kompiti pubbliċi…”, il-miżuri ma għandhomx ikunu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat (enfażi miżjuda). Hija tindika li “ anki f'każ li l-Kummissjoni kellha ssegwi l-argument tal-Ġermanja li l-ispejjeż ma jistgħu bl-ebda mod jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat, din il-valutazzjoni bl-ebda mod ma taffettwa l-eżitu ta' din il-kawża” (enfażi miżjuda). Għaldaqstant, fil-premessi inkwistjoni, il-Kummissjoni la kkonfermat, u lanqas ċaħdet il-pożizzjoni tal-Ġermanja li ċerti kompiti, inklużi l-kompiti ta' sikurezza tal-operat, kienu kompiti relatati mal-prerograttivi ta' awtorità pubblika, iżda indikat li ma kellhiex għalfejn tieħu pożizzjoni, minħabba li anki kieku l-miżura kienet għajnuna, din kienet tkun awtorizzata. |
(399) |
Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tinnota li fis-Sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle, għall-kuntrarju ta' dak li jgħid il-Belġju, il-Qorti Ġenerali ma vvalidatx fil-punt 225 tas-sentenza tagħha din l-allegata pożizzjoni tal-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali fil-fatt iċċitat il-premessi 182 u 183 tal-imsemmija deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tfakkar il-pożizzjoni ta' din tal-aħħar u kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet qieset li ma kellhiex għalfejn tiddeċiedi b'mod definittiv fuq il-kwistjoni (jiġifieri jekk kellhiex għalfejn issegwi l-argument tal-awtoritajiet Ġermaniżi li l-ħlas tal-ispejjeż inkwistjoni ma jistax ikun ikkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat). |
(400) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-“servizzi ta' manutenzjoni”, kif iddefiniti mill-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, u s-“servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art”, kif iddefiniti mill-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet kif emendat mill-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006, jikkostitwixxu servizzi ekonomiċi. Għaldaqstant il-finanzjament tagħhom ma jistax jevita r-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
(c) Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati u l-iggwidar tal-ajruplani
(401) |
F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni ser teżamina jekk is-servizzi li ġejjin, li t-twettiq tagħhom ġie fdat lil BSCA u li għalihom BSCA tirċievi kumpens skont il-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008, jistgħux jevitaw ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat minħabba li mhumiex ekonomiċi:
|
(402) |
Skont il-Belġju (ara l-premessa 240), il-kompiti ta' monitoraġġ u ta' reġistrazzjoni tat-titjiriet, ta' ppjanar tat-titjiriet ipproġettati u l-iggwidar tal-ajruplani huma elementi essenzjali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u jikkorrispondu għalhekk għal kompiti ta' awtorità pubblika peress li huma komponenti fundamentali tas-sikurezza ta' ajruport. |
(403) |
Il-Kummissjoni tqis li l-kompiti li jingħataw dan il-kumpens huma attivitajiet inseparabbli mill-attività ekonomika tal-operatur tal-ajruport BSCA. Dawn il-kompiti ma jistgħux jiġu konnessi mal-kompiti ta' sigurtà mifhuma bħala ġlieda kontra l-atti ta' interferenza illegali, u lanqas ma' ebda attività li tinvolvi l-eżerċitar ta' prerogattivi ta' awtorità pubblika. |
(404) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet u l-ippjanar tat-titjiriet, kif ukoll l-iggwidar tal-ajruplani, huma servizzi ekonomiċi. Għaldaqstant il-finanzjament tagħhom ma jistax jevita r-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
6.1.1.3.
(405) |
Iż-żieda tal-kapital, soġġetta għall-proċedura ta' investigazzjoni formali li ġiet sottoskritta minn SOWAER favur BSCA fl-2002, jiġifieri wara s-Sentenza ADP (147), ma tistax tevita l-kontroll tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-premessa 346). |
6.1.2. Vantaġġ selettiv
(406) |
Sabiex jiġi evalwat jekk miżura statali tikkostitwixxix għajnuna, għandu jiġi ddeterminat jekk din il-miżura tagħtix lill-impriża benefiċjarja vantaġġ li hija ma kinitx ser tikseb f'kundizzjonijiet normali tas-suq. Il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku tista' tkun eskluża meta l-miżuri inkwistjoni jkunu operazzjonijiet ekonomiċi magħmulin minn korpi pubbliċi jew impriżi pubbliċi mwettqa fil-kundizzjonijiet normali tas-suq (148). F'dan il-każ irid jiġi ddeterminat jekk f'ċirkustanzi simili, operatur privat li jibbaża ruħu fuq il-possibbiltajiet prevedibbli ta' qligħ, irrispettivament minn kwalunkwe kunsiderazzjoni ta' natura soċjali jew ta' politika reġjonali jew settorjali, kienx jidħol għall-istess operazzjonijiet bħall-entità li tat il-miżura (minn hawn 'il quddiem “il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq”). Il-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku tista' tkun eskluża wkoll meta l-miżuri inkwistjoni jkunu kumpensi finanzjarji mogħtija lill-impriżi kkonċernati biex joperaw servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, sakemm dawn il-kumpensi jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fis-Sentenza Altmark (149). Wara, il-Kummissjoni ser tanalizza l-miżuri kkonċernati suċċessivament fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-Sentenza Altmark u tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq |
6.1.2.1.
(407) |
L-ewwel nett jeħtieġ li jiġi eżaminat l-argument tal-Belġju ppreżentat fit-Taqsima 5.1.1.1(c)(ii) li s-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attivitajiet tal-ajruport –fl-ipoteżi li wħud minn dawn is-servizzi huma ekonomiċi - mhumiex vantaġġ għal BSCA skont is-Sentenza Altmark (150). |
(408) |
Kif ġie analizzat fit-Taqsima 6.1.1, il-Kummissjoni tikkunsidra li parti mis-servizzi li għalihom ingħata s-sussidju mhijiex ekonomika (pereżempju, is-servizzi tat-tifi tan-nirien u tas-sigurtà) u ser teskludi mill-analiżi tagħha l-parti tas-sussidju li tikkumpensa l-ispejjeż ta' dawn is-servizzi. |
(409) |
Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li parti oħra mis-servizzi li għalihom ingħata s-sussidju hija ekonomika, bħall-manutenzjoni u t-tiswija tal-infrastrutturi użati b'mod kummerċjali jew inkella l-iggwidar tal-ajruplani. |
(410) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Belġju jwettaq żball manifest ta' valutazzjoni meta jikkwalifika dawn is-servizzi bħala servizzi ekonomiċi ta' interess ġenerali. Fil-fatt, kif ifakkar il-punt 47 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (151), bħala regola ġenerali, “kompitu partikolari ta' servizz pubbliku” jimplika l-forniment ta' servizzi li, li kieku kellha tqis l-interessi kummerċjali tagħha stess, impriża ma tassumix jew ma tassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet. Fil-punt 50 tal-imsemmija Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tqis ukoll li s-servizzi li għandhom jiġu kklassifikati bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għandhom ikunu indirizzati liċ-ċittadini jew ikunu fl-interess tas-soċjetà kollha kemm hi. Fil-każ inkwistjoni, is-servizzi ekonomiċi identifikati mhumiex ipprovduti fl-interess taċ-ċittadini, iżda biss biex BSCA tkun tista' tipprovdi servizz tal-ajruport. Huma inseparabbli mill-attività ekonomika tal-operat ta' ajruport. |
(411) |
Barra minn hekk, BSCA ma ntgħażlitx skont proċedura li tissodisfa l-kundizzjonijiet definiti mir-raba' kriterju Altmark. |
(412) |
Barra minn hekk, il-Belġju ma tax prova li l-ammont tas-sussidju kien iddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża medja, immexxija tajjeb u mgħammra kif xieraq, kienet iġġarrab sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' servizz pubbliku. Fil-fatt, l-argumenti tal-Belġju mhumiex adegwati:
|
(413) |
B'konklużjoni, tal-inqas l-ewwel u r-raba' kriterju tas-Sentenza Altmark mhumiex issodisfati. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax teskludi, skont is-Sentenza Altmark, li s-sussidju tar-Reġjun għal servizzi relatati mal-attività tal-ajruport jikkostitwixxi vantaġġ. |
6.1.2.2.
(414) |
F'dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-entità li tagħti l-miżura, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-azzjonijiet ta' (i) ir-Reġjun, bħala proprjetarju tal-art taż-żona tal-ajruport, minn naħa u, (ii) SOWAER, kumpanija kkontrollata esklussivament mir-Reġjun tal-Vallonja, bħala konċessjonarja tal-art taż-żona tal-ajruport, proprjetarja tal-infrastrutturi mibnijia fuq l-art tal-ajruport, u proprjetarja tal-kompiti ddelegati mir-Reġjun, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu analizzati flimkien la jaqgħu taħt l-istess attività tal-ajruport. F'dawn iċ-ċirkustanzi fil-fatt, SOWAER tidher bħala intermedjarja tar-Reġjun f'dan l-eżerċizzju. Għaldaqstant, sabiex ikun iddeterminat jekk il-miżuri ddefiniti fit-Taqsima 3.1 jagħtux jew le vantaġġ ekonomiku lil BSCA, il-Kummissjoni ser tikkunsidra li l-entità li tagħti l-miżura hija l-grupp ifformat mir-Reġjun u SOWAER (minn hawn 'il quddiem “ir-Reġjun-SOWAER”). |
(415) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li għandha teżamina flimkien l-impenji tar-Reġjun-SOWAER meta jemendaw l-elementi ekonomiċi tal-konċessjoni (id-disponibbiltà tal-infrastrutturi inkluż l-iżvilupp tal-programm ta' investimenti u r-responsabbiltà tat-tiswijiet il-kbar, l-imposta tal-konċessjoni, is-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport la dawn is-servizzi huma ekonomiċi) u huma kważi simultanji u relatati. |
(416) |
Il-Kummissjoni ser tapplika għalhekk il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għal dawn l-erba' miżuri li ġejjin flimkien, u meħudin wara xulxin:
|
(417) |
Il-Kummissjoni sejra tapplika wkoll il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għaż-żieda tal-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER f'Diċembru 2002. |
(418) |
Għal kull waħda minn dawn il-miżuri, ladarba tkun tikkostitwixxi vantaġġ, il-Kummissjoni ser teżamina jekk dan il-vantaġġ huwiex selettiv. |
(a) L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-miżuri ta' disponibbiltà tal-infrastruttura li jinkludu t-twettiq ta' investimenti ġodda u tiswijiet kbar, u għall-għoti ta' sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport
(i) Il-Ftehimiet tal-2002
1. L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq
a. Il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-erba' miżuri
(419) |
Kif ifakkar il-punt 51 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, l-analiżi ta' konformità mal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għandha tkun imsejsa fuq prospetti ta' profitabbiltà ex ante soda għall-entità li tagħti l-finanzjament (152). |
(420) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-Reġjun ma pprovda ebda pjan ta' negozju sabiex juri l-profittabbiltà mistennija għar-Reġjun u/jew SOWAER mill-investimenti pprogrammati meta ttieħdu d-deċiżjonijiet vinkolanti għat-twettiq ta' kull wieħed minnhom. In-nuqqas ta' pjan tan-negozju jindika li r-Reġjun u/jew SOWAER ma kinux qegħdin jaġixxu skont loġika ta' operatur f'ekonomija tas-suq meta adottaw il-miżuri favur BSCA. |
(421) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li r-rapporti pprovduti insostenn tad-deċiżjonijiet tal-gvern tal-Vallonja jiġġustifikaw l-interess ta' dawn l-investimenti bl-impatt pożittiv tal-iżvilupp tal-ajruport fuq l-ekonomija u l-impjiegi f'Charleroi u fir-reġjun tiegħu (153). Il-Kummissjoni tfakkar madankollu li, skont ġurisprudenza kostanti, il-kunsiderazzjonijiet ta' żvilupp reġjonali ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq (154). |
(422) |
Minkejja n-nuqqas ta' pjan ta' negozju tar-Reġjun u/jew ta' SOWAER, il-Kummissjoni eżaminat jekk, għall-grupp magħmul mir-Reġjun-SOWAER, il-valur preżenti nett ta' kull grupp ta' miżuri identifikat fil-premessa 416 kienx pożittiv. Fil-fatt, jekk il-valur preżenti nett ta' miżura huwa pożittiv, dan ifisser li l-miżura inkwistjoni hija profittabbli għall-operatur ikkonċernat. |
(423) |
Il-valur preżenti nett ġie kkalkulat bis-somma mnaqqsa mill-flussi finanzjarji (dħul nieqes l-ispejjeż) aggregati għall-grupp Reġjun-SOWAER li jistgħu jkunu mistennija minn kull grupp ta' miżuri dakinhar li ngħata. |
(424) |
Ir-rata ta' skont użata għall-kalkolu tal-valur preżenti nett ġiet iddeterminata billi ġie stabbilit il-kost kapitali għall-entità li tat il-miżura dakinhar li ngħatat. Il-kost kapital ta' entità jiddependi mill-istruttura ta' finanzjament tiegħu, b'mod partikolari f'termini ta' ekwità u dejn. F'dan il-każ, il-biċċa l-kbira tal-ispejjeż marbutin mal-proġett li għalihom huwa responsabbli l-grupp Reġjun-SOWAER ġejja mill-investimenti ffinanzjati minn SOWAER. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta l-kost kapitali tal-entità li tat il-miżura permezz tal-kost kapitali mogħti permezz tal-istruttura tal-bilanċ ta' SOWAER, li hija l-istruttura ta' finanzjament magħżula għar-Reġjun-SOWAER, u permezz tal-kundizzjonijiet ta' aċċess tagħha għas-swieq kapitali. |
b. L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-Ftehimiet tal-2002
(425) |
Skont il-Ftehimiet tal-2002, ir-Reġjun-SOWAER iddeċieda li jipprovdi lil BSCA, bħala korrispettiv għal imposta ta' konċessjoni, l-artijiet u l-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, billi jintrabat li jiżviluppa din l-infrastruttura skont il-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, u li jagħmel il-manutenzjoni u t-tiswijiet il-kbar, kif ukoll li jħallas lil BSCA sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport. |
(426) |
Ix-xenarju kontrofattwali kien jikkonsisti għar-Reġjun-SOWAER f'li ma jiffirmax il-Ftehimiet tal-2002 u għalhekk li ma jintrabatx għal investimenti kbar ġodda, u lanqas li jagħti s-sussidju “nirien-manutenzjoni”. Il-Kummissjoni assumiet li f'dan ix-xenarju kontrofattwali mingħajr għajnuna, l-ajruport aktarx ikompli jopera, iżda b'mod ferm inqas prominenti, minħabba l-ħtieġa tal-investimenti previsti mill-Ftehimiet tal-2002 biex it-traffiku fl-ajruport ikun jista' jiżdied b'mod sostanzjali. Dan ix-xenarju kontrofattwali iwassal għal valur preżenti nett kemmxejn pożittiv, li diffiċli jkun stmat b'livell xieraq ta' affidabbiltà, l-aktar minħabba li huwa diffiċli ħafna li wieħed jistma x'seta' kien it-traffiku mistenni fin-nuqqas tal-Ftehimiet tal-2002, u l-ammonti ta' imposta ta' konċessjoni li r-Reġjun-SOWAER kienu ser jiksbu mingħand BSCA. Fil-kalkoli tagħha tal-valur preżenti nett, il-Kummissjoni assumiet għalhekk li l-valur preżenti nett tax-xenarju kontrofattwali huwa żero. Jekk abbażi ta' din l-ipoteżi, il-valur preżenti nett tal-Ftehimiet tal-2002 huwa negattiv, ikun wisq aktar hekk fl-ipoteżi fejn il-valur preżenti tax-xenarju kontrofattwali huwa pożittiv. Għaldaqstant hija ipoteżi favorevoli għar-Reġjun-SOWAER u għal BSCA. |
i. L-ispejjeż u d-dħul ikkunsidrati għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002
(427) |
Biex tikkalkula l-valur preżenti nett tal-Ftehimiet tal-2002 għar-Reġjun-SOWAER, il-Kummissjoni ddeterminat l-ispejjeż u d-dħul li setgħu jkunu antiċipati minħabba dawn il-Ftehimiet, filwaqt li inkorporat:
|
(428) |
Din id-dejta hija bbażata fuq il-previżjonijiet li kellhom ir-Reġjun u SOWAER fl-2002, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-traffiku u l-ispejjeż. Għalhekk il-Kummissjoni ma kkunsidratx id-devjanzi tal-ispejjeż tal-programm ta' investimenti li ma setgħux ikunu antiċipati meta ttieħdet id-deċiżjoni dwar il-programm f'April 2002 (pereżempju ż-żieda fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni u d-devjanzi tal-ispejjeż marbuta mal-problemi ta' stabilità tal-art li ma kinux magħrufa meta tfassal il-programm ta' investimenti). |
(429) |
Il-Kummissjoni ma kkunsidratx lanqas il-valur tal-artijiet u tal-infrastrutturi fil-kalkolu tal-valur preżenti nett, kemm fil-kalkolu tax-xenarju fejn il-Ftehimiet tal-2002 jiġu adottati kif ukoll f'dak tax-xenarju kontrofattwali. Il-kalkolu tal-valur preżenti nett huwa fil-fatt ibbażat fuq il-flussi ta' flus futuri mistennija fl-2002. |
(430) |
Fl-aħħar nett, ma ttieħdux inkunsiderazzjoni gwadanji eventwali f'termini ta' kapital u dividendi mdaħħla minn SOWAER taħt il-parteċipazzjoni tagħha fil-kapital ta' BSCA. Fil-fatt, kif speċifikat il-Qorti Ġenerali (156), “biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq. Fil-każ ta' dan l-eżami, hija r-responsabbiltà tal-ġurisdizzjoni nazzjonali li tiddetermina r-remunerazzjoni normali għas-servizzi inkwistjoni”. Il-Kummissjoni tqis li f'dan il-każ, id-disponibbiltà ta' infrastruttura għal prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq hija vantaġġ għal BSCA, anki fl-ipoteżi li SOWAER tittama li tirkupra t-telf tagħha permezz tal-valutazzjoni tal-kapital li għandha jew id-dividendi li ser iddaħħal. Barra minn hekk il-Kummissjoni tinnota l-effetti fuq il-kompetizzjoni ta' approċċ fejn jiġu kkunsidrati l-gwadanji eventwali f'termini ta' kapital u d-dividendi. Meħud sal-estrem tiegħu, dan ix-xenarju jwassal biex wieħed jammetti li awtorità pubblika tista' teżiġi imposta ta' konċessjoni żero minn ajruport li tkun azzjonista tiegħu (diment li din l-awtorità tista' tistenna dividendi u/jew żieda fil-valur tal-azzjonijiet tagħha), mingħajr ma din tkun għajnuna. Dan jippermetti lill-ajruport inkwistjoni li joffri kundizzjonijiet ta' tariffi baxxi ħafna lill-kumpaniji tal-ajru u b'hekk joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni l-aktar fir-rigward tal-ajruporti privati. |
(431) |
It-tabella li ġejja tindika l-ispiża tal-investimenti ekonomiċi kkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002. Biex ħolqot din it-tabella, il-Kummissjoni ħadet spunt mill-programm ta' investimenti previst għall-ajruport ta' Charleroi li kien anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002. Għalkemm anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002, dan il-programm ma jidentifikax l-investimenti li kien għad fadal isiru fil-15 ta' April 2002, iżda l-investimenti kollha li kellhom isiru mill-1 ta' Jannar 2001 jew li għadhom iridu jsiru. Biex tidentifika l-investimenti li kienu għadhom iridu jsiru fil-15 ta' April 2002, il-Kummissjoni ttrasferiet fl-2002 l-investimenti previsti fl-2001 u fl-2002 (157) u minn din is-somma naqqset l-investimenti li kienu diġà saru fil-15 ta' April 2002 (158). Tabella 13 Kost tal-investimenti li kienu għadhom iridu jsiru fil-15 ta' April 2002
Imbagħad il-Kummissjoni żammet biss il-parti ta' dawn l-investimenti li hija tqis relatati mal-attivitajiet ekonomiċi. U għalhekk ġew esklużi:
Il-Kummissjoni waslet għall-pjan ta' investimenti li ġej: Tabella 14 Spiża tal-investimenti ekonomiċi kkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002
Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni, l-investimenti għal attivitajiet ekonomiċi previsti fil-bidu kienu ta' EUR 89 690 000, jiġifieri 97 % tal-investimenti previsti fil-bidu. |
(432) |
Ma' dawn l-investimenti, wieħed għandu jżid l-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-ispejjeż operattivi ta' SOWAER attribwibbli għall-attivitajiet ekonomċi tal-ajruport ta' Charleroi, kif previsti mir-Reġjun/SOWAER (159). Jekk wieħed jikkunsidra li 97 % tal-investimenti previsti fil-bidu kienu għal attivitajiet ekonomiċi (160), il-Kummissjoni mmultiplikat b'0,97 l-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-ispejjeż operattivi indikati fil-paġna 10 tal-pjan tan-negozju ta' SOWAER anness għad-Deċiżjoni tar-Reġjun tat-23 ta' Mejju 2001. Għall-ispejjeż operattivi, il-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi tal-informazzjoni li pprovda r-Reġjun, li 29 % tal-ispejjeż għall-ajruporti ta' Charleroi u Liège huma attribwibbli lil Charleroi. Tabella 15 Totali tal-ispejjeż ta' manutenzjoni (A) u l-ispejjeż operattivi (B) ta' SOWAER attribwibbli għall-attivitajiet ekonomiċi tal-ajruport ta' Charleroi
|
(433) |
Jeħtieġ ukoll li jiżdied il-porzjon tas-sussidju “nirien-manutenzjoni” attribwibbli għall-attivitajiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni tqis li 10 % tan-nefqiet ikkumpensati mis-sussidju “nirien-manutenzjoni”, kif indikati fil-pjan tan-negozju ta' BSCA tal-2002, huma ekonomiċi. Tabella 16 Porzjon tas-sussidju “nirien-manutenzjoni” li jikkumpensa attivitajiet ekonomiċi
|
(434) |
Sabiex tiddetermina l-flussi ta' flus li ħarġu u li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002, il-Kummissjoni ħadet għalhekk it-total tal-aħħar linji tat-Tabella 14Tabella 14, tat-Tabella 15Tabella 15 u tat-Tabella 16Tabella 16. Tabella 17 Flussi ta' flus li ħarġu sal-2015, ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002
|
(435) |
Biex tikkalkula l-valur preżenti nett tal-proġett, jeħtieġ li jiġi ddeterminat id-dħul antiċipat. Dan id-dħul antiċipat huwa magħmul mill-porzjon varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni ta' BSCA, kif stabbilit mill-Artikolu 11.1 tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, jiġifieri 35 % tad-dħul mill-avjazzjoni ta' BSCA b'limitu massimu li jevolvi maż-żmien. Minħabba l-previżjonijiet relatati mad-dħul tal-avjazzjoni, seta' jkun antiċipat li l-imposta varjabbli tkun limitata sal-2015. Dan il-limitu massimu kien iffissat għal EUR 883 689 fl-2002, dan l-ammont kellu jiżdied bi 2 % fis-sena sal-2006, imbagħad kellu jittella' għal EUR 2 651 067 fl-2007, b'dan l-ammont ikun ukoll miżjud bi 2 % fis-sena. Mill-2015, il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kien jipprovdi li dawn l-ammonti jiġu riveduti. Il-Kummissjoni ssupponiet li l-limitu massimu għandu jitneħħa mill-2015 (kieku l-Kummissjoni kellha tassumi li l-limitu massimu kellu jinżamm wara l-2015, hija ssib valur preżenti nett tal-miżura aktar baxx minn dak li sabet). Tabella 18 Flussi ta' flus li ħarġu sal-2015, ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002
|
(436) |
Il-Kummissjoni kkalkulat il-flussi ta' flus netti (deħlin nieqes ħerġin) ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002 billi ħadet id-differenza bejn l-aħħar linja tat-Tabella 18 Tabella 18 u tat-Tabella 17 Tabella 17. Tabella 19 Flussi ta' flus netti (deħlin nieqes ħerġin) sal-2015, ikkunsidrati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002
|
ii. Ir-rata ta' skont ikkunsidrata għall-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002
(437) |
Kif spjegat fil-premessa 424, sabiex tiddetermina r-rata ta' skont, il-Kummissjoni stmat l-ispiża medja ponderata tal-kapital għal SOWAER meta ngħatat il-miżura. Din l-istima saret mid-dejta u s-suppożizzjonijiet li ġejjin:
Fuq il-bażi ta' din id-dejta u suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tikkalkula l-ispiża medja ponderata tal-kapital (K), skont il-formula klassika li ġejja: C = (1 – rD) × kE + rD × kD Fejn l-ispiża tal-kapital (kE) hija mogħtija permezz tal-mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji (MEDAF) skont il-formula: kE = rf + β × Δk Fuq il-bażi ta' din il-formula u tas-suppożizzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li rata ta' skont ta' 9 % hija rata raġonevoli. |
iii. Riżultat tal-kalkolu tal-valur preżenti nett
(438) |
Il-flussi ta' flus netti indikati fit-Tabella 19Tabella 19 skontati bir-rata ta' 9 % jirrappreżentaw valur preżenti nett ta' EUR – 83,7 miljun. |
(439) |
Għall-kalkolu tal-valur preżenti nett fuq it-terminu totali tal-konċessjoni, jeħtieġ li jiġi attribwit valur terminali għall-proġett fl-2015. Dan isir billi wieħed jassumi mill-2015 fluss ta' flus ugwali għal dak tal-medja 2013-2015 b'żieda ta' 2 % fis-sena. Diment li jkun ipotizzat li l-limitu massimu għall-parti varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni jitneħħa mill-2016, il-valuri li għandhom ikunu kkunsidrati huma l-flussi ta' flus mingħajr limitu massimu fl-2013-2015. Fuq il-bażi ta' dawn is-suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni kkalkulat li l-valur terminali tal-proġett fl-2015 seta' jkun stmat għal EUR 8,07 miljun. |
(440) |
Il-valur preżenti nett tal-miżura tal-2002 jammonta għal EUR – 75,63 miljun. Billi dan il-valur preżenti nett huwa negattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ftehimiet tal-2002 mhumiex għalhekk konformi mal-kriterji tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq u jagħtu vantaġġ lil BSCA fuq il-kompetituri tagħha. |
2. Selettività
(441) |
Skont il-Ftehimiet tal-2002, ir-Reġjun-SOWAER iddeċieda li jipprovdi lil BSCA l-artijiet u l-infrastrutturi tal-ajruport ta' Charleroi, billi jintrabat li jiżviluppa din l-infrastruttura skont il-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, u li jagħmel il-manutenzjoni u t-tiswijiet il-kbar, kif ukoll li jħallas lil BSCA sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport, bħala korrispettiv għal imposta ta' konċessjoni aktar baxxa minn dik li kien jitlob operatur privat f'ekonomija tas-suq. |
(442) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ngħatat lil BSCA biss. |
(443) |
Ċertament, skont il-Belġju (166), ma hemm ebda diskriminazzjoni fil-livell tar-Reġjun rigward is-sussidju taħt ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport (167). Barra minn hekk, skont il-Belġju, il-kompiti ta' sigurtà u sikurezza fl-ajruporti li jappartjenu għar-Reġjun Fjamming jitwettqu minn dan tal-aħħar. |
(444) |
Madankollu, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej. |
(445) |
L-ewwel nett, peress li l-vantaġġ inkiseb minħabba li l-imposta ta' konċessjoni hija aktar baxxa minn dik li kien jitlob operatur privat biex jipprovdi l-infrastrutturi, is-servizzi u s-sussidju, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżura tagħtix vantaġġ selettiv lil BSCA. F'dan il-kuntest, il-fatt biss li r-Reġjun iħallas is-sussidju lill-ajruporti l-oħrajn li jmexxi b'mod nondiskriminatorju mhuwiex suffiċjenti. Jeħtieġ li jkun stabbilit li r-Reġjun applika l-istess miżura għall-ajruporti l-oħrajn li jmexxi, waqt li aċċetta imposta aktar baxxa mill-imposta tas-suq fl-istess kundizzjonijiet mogħtija lil BSCA. Il-Belġju ma weriex dan. |
(446) |
Anki jekk wieħed jassumi li l-Belġju seta' juri dan, il-Kummissjoni tinnota li fi kwalunkwe każ, miżura bħal din xorta waħda tagħti vantaġġ selettiv lil BSCA peress li din il-miżura tibbenefika lil settur ekonomiku speċifiku (jiġifieri s-settur tal-ġestjoni tal-ajruporti) u għaldaqstant mhijiex miżura ġenerali (168). B'mod partikolari l-operaturi ta' mezzi oħrajn tat-trasport mhumiex jibbenefikaw minn dan il-vantaġġ. |
(447) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv lil BSCA. |
(ii) Id-Deċiżjoni tal-investiment tal-2003
1. L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq
(448) |
Ir-Reġjun seta' kompla jsegwi l-programm tal-2002. Għalhekk għad-Deċiżjoni ta' April 2003 jikkorrispondi xenarju kontrofattwali li jikkonsisti fil-kontinwazzjoni tal-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA. L-ispejjeż tad-Deċiżjoni ta' investiment tal-2003 għar-Reġjun-SOWAER jikkorrispondu għalhekk għall-ispejjeż addizzjonali għall-ispejjeż previsti fil-“programm ta' investiment” tal-2002. |
(449) |
Biex ikun eżaminat jekk operatur tas-suq kienx jieħu d-Deċiżjoni ta' investiment tal-2003, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-valur preżenti nett tal-miżura tal-2003 huwiex pożittiv. |
(450) |
Id-differenzi bejn il-pjan tal-2003 u tal-2002 jirrigwardaw kemm il-previżjonijiet f'termini ta' investimenti kif ukoll in-numru mistenni ta' passiġġieri. |
(451) |
Għal dak li jirrigwarda l-investimenti, il-Kummissjoni tinnota differenza għall-entrati “terminal ġdid” u “parkeġġ”, kemm f'termini ta' ammonti kif ukoll ta' dati tal-investimenti. Iż-żieda tal-investimenti għall-parkeġġ u t-terminal saret rispettivament fl-2002 fil-pjan inizjali ta' investiment u fl-2004 fil-pjan ta' investiment tal-2003. Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li kien hemm bidla ta' sentejn bejn iż-żewġ pjanijiet f'termini ta' investimenti. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni li bagħat il-Belġju, il-Kummissjoni tqis li s-sehem ekonomiku tal-investimenti fil-parkeġġ u fit-terminal huwa ta' 93 %. L-ammont ta' investimenti addizzjonali li jirriżulta mill-miżura tal-2003 jikkorrispondi għalhekk għat-tqabbil li ġej: Tabella 20 Ammont ta' investimenti addizzjonali b'bidla ta' sentejn li jirriżulta mill-miżura tal-2003
|
(452) |
F'dak li jirrigwarda t-traffiku tal-passiġġieri, il-Kummissjoni tinnota differenza bejn il-livell ta' passiġġieri għall-2003 antiċipati fl-2002 (1,47 miljun) u fl-2003 (1,7 miljuni). Il-Kummissjoni tikkunsidra għalhekk li kien antiċipat li l-investimenti addizzjonali jwasslu għal żieda fl-ammont ta' passiġġieri ta' 16 % (1,7/1,47) fuq il-perjodu kollu. Din iż-żieda fil-passiġġieri ma twassalx għal żieda fid-dħul għall-perjodu 2003-2015 peress li huwa antiċipat li l-limitu massimu tal-imposta ta' konċessjoni varjabbli jkun diġà ntlaħaq għal dawn is-snin. Madankollu, din iż-żieda fit-traffiku għandha impatt fuq id-dħul mill-2016 u għalhekk fuq il-valur terminali tal-ajruport fl-2015. |
(453) |
Kif spjegat fil-premessa 424, sabiex tiddetermina r-rata ta' skont, il-Kummissjoni stmat l-ispiża medja ponderata tal-kapital għal SOWAER meta ngħatat il-miżura. Din l-istima saret mid-dejta u s-suppożizzjonijiet li ġejjin:
Fuq il-bażi ta' din id-dejta u suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tikkalkula l-ispiża medja ponderata tal-kapital (K), skont il-formula klassika li ġejja: C = (1 – rD) × kE + rD × kD Fejn l-ispiża tal-kapital (kE) hija mogħtija permezz tal-mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji (MEDAF) skont il-formula: kE = rf + β × Δk Fuq il-bażi ta' din il-formula u tas-suppożizzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tqis li rata ta' skont ta' 9,5 % tikkostitwixxi rata raġonevoli. |
(454) |
B'kont meħud tal-investimenti fuq il-perjodu 2003-2007 u tad-dħul antiċipat fil-forma ta' valur terminali fl-2015, il-kalkolu tal-valur preżenti nett ibbażat fuq spiża medja ponderata tal-kapital ta' 9,5 % iwassal għal valur ta' EUR – 19,81 miljun. Id-deċiżjoni ta' investiment tal-2003, bħal dik tal-2002, mhijiex għalhekk konformi mal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. |
2. Selettività
(455) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-miżura ngħatat lil BSCA biss. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tagħti vantaġġ selettiv lil BSCA. |
(iii) Il-Ftehimiet tal-2006
(456) |
Il-Ftehimiet tal-2006:
|
(457) |
F'dak li jirrigwarda l-ispejjeż mistennija mill-miżuri tal-2006, bl-introduzzjoni ta' limitu massimu tas-sussidju tar-Reġjun, il-miżuri tal-2006 kienu jippermettu, anki minn perspettiva ex ante, li tiġi limitata ż-żieda tas-sussidju u b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tal-grupp Reġjun/SOWAER fir-rigward tas-sitwazzjoni preċedenti. |
(458) |
F'dak li jirrigwarda d-dħul mistenni mill-miżuri tal-2006, ta' min jinnota li skont il-Belġju, ġie deċiż li jinbidlu l-metodi ta' kalkolu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni b'mod li l-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti (u allura BSCA), li kienu għadhom kemm kisbu d-dritt li jistabbilixxu l-livell tal-imposti tal-ajruport, ma jkunux jistgħu jnaqqsu l-imposta dovuta lil SOWAER (sa dakinhar din l-imposta kienet ibbażata fuq l-imposti tal-ajruport). Skont il-Belġju, SOWAER u BSCA xtaqu li l-Ftehimiet tal-2006 ma jaffettwawx il-bilanċ finanzjarju stabbilit permezz tal-Ftehimiet tal-2002. Għalhekk:
|
(459) |
Il-Kummissjoni tqis li fil-fatt kien raġonevoli għal SOWAER li tinnegozja ma' BSCA emenda fil-metodi ta' kalkolu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, b'mod li BSCA ma tkunx tista' tibdel il-livell tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni billi tnaqqas l-imposti tal-ajruport (172). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li fin-nuqqas ta' merkanzija, il-limitu massimu introdott mill-miżuri tal-2006 intlaħaq mas-637 689 passiġġier fl-2006 u 1 737 378 passiġġier fl-2007, meta l-ajruport ta' Charleroi diġà kellu 2 170 000 passiġġier fl-2006. Għaldaqstant, iż-żamma tal-limitu massimu tal-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni fl-istess livell kellu jippermetti li jinżamm il-livell tad-dħul ta' SOWAER. F'każ ta' ċirkustanzi eċċezzjonali li jwasslu għal tnaqqis fl-ammont varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, SOWAER setgħet tinnegozja mill-ġdid ma' BSCA biex tara x'emendi għandhom isiru biex jiġi stabbilit mill-ġdid il-bilanċ tas-servizzi reċiproċi. Għaldaqstant il-miżuri tal-2006 ma kellhomx inaqqsu a priori d-dħul tal-grupp Reġjun/SOWAER. |
(460) |
Il-miżuri tal-2006 kellhom għalhekk jippermettu a priori li jkunu limitati l-ispejjeż tal-grupp Reġjun/SOWAER (ara l-premessa 457), filwaqt li jinżamm id-dħul tiegħu (ara l-premessa 459). Il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn il-miżuri huma konformi mal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, mhumiex għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant din il-miżura hija eskluża minn analiżi ulterjuri. |
(iv) L-Emenda tal-2008 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA
(461) |
L-Emenda tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008 introduċiet l-impenn tar-Reġjun li jidħol responsabbli għas-servizzi ekonomiċi l-ġodda (iggwidar tal-ajruplani, eċċ.) permezz tas-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport. Dawn l-attivitajiet qabel kienu jaqgħu direttament taħt ir-responsabbiltà tar-Reġjun. |
(462) |
Skont il-Belġju, il-grupp Reġjun/SOWAER kellu interess f'dan it-trasferiment ta' kompetenzi, avolja kien qed jintrabat li jidħol għall-ispejjeż relatati, peress li kien qed jistenna tnaqqis fl-ispejjeż ladarba dawn is-servizzi kienu ser jiġu pprovduti minn BSCA minflok ma kienu ser jiġu pprovduti direttament mir-Reġjun. |
(463) |
Insostenn tal-pożizzjoni tiegħu, il-Belġju jikkwota l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-abbozz tad-digriet (173) li ttrasferixxa lil BSCA ir-responsabbiltà tal-kompiti ta' sigurtà u ta' sikurezza, kif ukoll rapport tal-Parlament tal-Vallonja tas-6 ta' Diċembru 2007 dwar dan l-istess digriet. |
(464) |
Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-imsemmi abbozz ta' digriet, jissemmew l-objettivi tat-trasferiment tal-kompiti ta' sigurtà u sikurezza lill-kumpaniji li jmexxu l-ajruporti fil-Vallonja, jiġifieri:
|
(465) |
Dwar dan l-aħħar punt, il-Belġju speċifika li kienet kwistjoni ta' rkupru tal-VAT fuq is-servizzi tas-sottokuntrattur BSCA-Security (għall-kompitu ta' sigurtà), li r-Reġjun ma setax jirkupra għall-kuntrarju ta' BSCA. |
(466) |
Il-Belġju jikkwota wkoll rapport (174) tal-Parlament tal-Vallonja dwar l-abbozz tad-digriet, li fih il-Ministru tad-Djar tat-Trasport u tal-Iżvilupp Territorjali tar-Reġjun tal-Vallonja jindika li:
|
(467) |
Fl-aħħar nett, skont il-Belġju, is-servizzi relatati mal-kontrolli tas-sigurtà jvarjaw ħafna minn mument għal ieħor tal-ġurnata u minn staġun għal ieħor skont in-numru ta' passiġġieri li jiffrekwentaw l-ajruport. Meta dawn il-kompiti kienu jaqgħu taħt ir-Reġjun, dan kien ikollu jiżgura preżenza kontinwa anki meta l-attività kienet tkun aktar kwieta peress li fil-fehma tiegħu, kien imġiegħel jagħmel dan mir-regolamenti tal-persunal. Minflok, il-ħinijiet tal-ħaddiema ta' BSCA u tas-sottokuntrattur tagħha BSCA-Security kienu flessibbli skont l-attività tal-ajruport. |
(468) |
Il-Kummissjoni tqis li operatur f'ekonomija tas-suq raġonevoli seta' effettivament jitlob lil BSCA li tassumi r-responsabbiltà ta' dawn l-attivitajiet minfloku u jikkumpensaha għall-ispejjeż ikkaġunati (minflok ikompli jwettaq dawn l-attivitajiet huwa stess), diment li seta' jistenna tnaqqis f'dawn l-ispejjeż. L-elementi pprovduti mill-Belġju huma suffiċjenti biex juru li dan it-tnaqqis fl-ispejjeż seta' jkun mistenni mill-miżura. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura hija konformi mal-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq u li għalhekk, mhijiex għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant din il-miżura hija eskluża minn analiżi ulterjuri. |
(b) L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għaż-żieda tal-kapital sottoskritta minn SOWAER f'Diċembru 2002
(469) |
Fit-3 ta' Diċembru 2002, SOWAER ħarġet is-somma ta' EUR 3 808 660 biex tixtri 6 143 sehem f'BSCA, li jirrappreżentaw 49,23 % tal-kapital ta' BSCA, jiġifieri prezz ta' EUR 620 għal kull sehem. |
(470) |
Fl-analiżi tiegħu tal-pjan tan-negozju tal-2002, il-konsultent Deloitte & Touche argumenta li r-Reġjun-SOWAER kien aġixxa bħala investitur prudenti, peress li l-fondi investiti f'BSCA kellhom jipproduċu ritorn fuq l-investiment ta' madwar 27 % fid-dawl tar-riżultati mistennija minn BSCA għall-perjodu 2001-2010 (176). |
(471) |
Skont il-kalkoli tal-Kummissjoni bbażati fuq il-pjan tan-negozju ta' BSCA tal-2001, il-valur preżenti nett ta' BSCA, wara l-injezzjoni ta' kapital, kienet ta' EUR 65,6 miljun. Minħabba n-numru totali ta' ishma wara l-injezzjoni ta' kapital, dan il-valur preżenti nett jikkorrispondu għal valur għal kull sehem ta' EUR 5 287, ferm ogħla mill-prezz imħallas ta' EUR 620 għal kull sehem. |
(472) |
Dawn l-elementi jissuġġerixxu għalhekk li ż-żieda fil-kapital sottoskritta minn SOWAER f'Diċembru 2002 hija konformi mal-prinċipju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq. Madankollu l-Kummissjoni ma tħossx li tista' teskludi li din iż-żieda ta' kapital tat vantaġġ ekonomiku lil BSCA. Fil-fatt, il-Kummissjoni tinnota li din iż-żieda fil-kapital saret ftit wara li saru l-Ftehimiet tal-2002 u li barra minn hekk, it-telf ta' BSCA, li minħabba fih l-injezzjoni ta' kapital saret essenzjali, huwa marbut mal-ekonomija ġenerali tas-sistema definita fil-Ftehimiet tal-2002. Madankollu dawn taw vantaġġ lil BSCA. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma teskludix li l-injezzjoni ta' kapital tal-2002 setgħet tat ukoll vantaġġ ekonomiku lil BSCA. Jekk dan il-vantaġġ jeżisti, ingħata biss lil BSCA u għalhekk huwa selettiv. |
6.1.3. L-użu tar-riżorsi tal-Istat u l-imputabbiltà tal-miżuri lill-Istat
(473) |
F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni ser teżamina jekk il-Ftehimiet tal-2002, iż-żieda fil-kapital tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 humiex miżuri mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tiddetermina (i) jekk ir-riżorsi tar-Reġjun u ta' SOWAER humiex riżorsi tal-Istat u (ii) jekk id-deċiżjonijiet ta' SOWAER rigward il-miżuri humiex imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi. |
6.1.3.1.
(474) |
Ir-riżorsi disponibbli għar-Reġjun tal-Vallonja bħala kollettività territorjali (177) jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. |
(475) |
Peress li SOWAER hija 100 % proprjetà tar-Reġjun u tinsab taħt il-kontroll esklussiv tiegħu, ir-riżorsi disponibbli għaliha biex twettaq il-kompiti fdati lilha mir-Reġjun huma riżorsi tal-Istat. |
(476) |
Għaldaqstant, il-miżuri mogħtija lil BSCA ingħataw permezz ta' riżorsi tal-Istat. |
6.1.3.2.
(477) |
Ir-Reġjun tal-Vallonja huwa kollettività territorjali (178), id-deċiżjonijiet li jieħu huma attribwibbli lill-Istat. |
(478) |
Rigward id-deċiżjonijiet meħudin minn SOWAER, il-Kummissjoni tqis, partikolarment fuq il-bażi tas-Sentenza Stardust (179), li l-imputabbiltà ta' dawn id-deċiżjonijiet tista' tkun stabbilita mill-elementi li ġejjin:
|
(i) Il-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002
(479) |
Permezz ta' deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2001, il-gvern tal-Vallonja approva l-pjan finanzjarju ta' SOWAER. Dan il-pjan finanzjarju jinkludi programm ta' investimenti għall-ajruport ta' Charleroi. Dan il-programm kien anness mal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA. |
(480) |
F'dak li jirrigwarda l-ammont tal-imposta li baqa' taħt ir-responsabbiltà ta' BSCA għad-disponibbiltà tal-infrastruttura u t-twettiq ta' ċerti servizzi, dan l-ammont jiddependi mis-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għall-imposta fissa. |
(ii) Id-deċiżjoni tal-investiment tal-2003
(481) |
Permezz ta' deċiżjoni li ġġib id-data tat-3 ta' April 2003, il-Gvern approva l-programm ta' investimenti tal-2003. |
(iii) Żieda tal-kapital sottoskritt minn SOWAER fl-2002
(482) |
Fid-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2001 dwar il-pjan finanzjarju ta' SOWAER, ir-Reġjun kien ivvalida l-prinċipju ta' injezzjonijiet ta' kapital suċċessivi fil-kumpaniji ta' ġestjoni tal-ajruporti tal-Vallonja (181). Il-pjan finanzjarju ta' SOWAER f'dik id-data kien jipprovdi “investiment f'BSCA ta' madwar BEF +/– 60 miljun […] u mbagħad, imqassmin fuq tliet snin, tliet darbiet 30 miljun (kapital ta' 600 miljun u investiment ta' 25 % ta' SOWAER jiġifieri 150 miljun)”, jiġifieri injezzjoni ta' kapital ta' EUR 3,718-il miljun imqassma fuq tliet snin. |
(483) |
Minn dan li ntqal, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Ftehimiet tal-2002, iż-żieda fil-kapital tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huma miżuri attribwibbli lill-Istat. |
6.1.4. Distorsjoni tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ
(484) |
Bħala operatur tal-ajruport ta' Charleroi, BSCA tikkompeti mal-operaturi tal-ajruporti l-oħrajn li jaqdu l-istess żona ta' kummerċ. Il-Kummissjoni tosserva b'mod partikolari li l-ajruport ta' Brussels-National jinsab 69 km 'l bogħod bit-triq, dak ta' Liège 78 km, dak ta' Lille-Lesquin 121 km, u dak ta' Maastricht-Aachen 126 km-il bogħod (182). Dawn l-ajruporti li jikkompetu ma' Charleroi jinsabu fil-Belġju jew fi Stati Membri oħrajn. |
(485) |
Is-sit tal-Internet ta' BSCA jikkonferma din id-dimensjoni internazzjonali tal-ajruport ta' Charleroi: l-ajruport ta' Charleroi “jinsab 45 minuta 'l bogħod miċ-ċentru ta' Brussell, fin-Nofsinhar tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Majjistral ta' Franza, mil-Lussemburgu u fil-Punent tal-Ġermanja, sagħtejn bit-triq mill-ibliet il-kbar bħal Kolonja, Pariġi u Amsterdam”; iż-żona ta' kummerċ tagħha “tinkludi ħames miljun passiġġier potenzjali inqas minn siegħa 'l bogħod bit-triq u aktar minn 15-il miljun inqas minn sagħtejn'il bogħod bit-triq.” (183) |
(486) |
Il-miżuri favur BSCA, għalkemm jagħtu vantaġġ ekonomiku lilha, iħeġġu lill-kumpaniji tal-ajru u lill-passiġġieri jagħżlu l-ajruport ta' Charleroi – u għalhekk lill-operatur tiegħu BSCA-, pjuttost milli ajruporti li jaqdu l-istess żona ta' kummerċ, inklużi ajruporti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Għaldaqstant jheddu li joħolqu distorsjoni bejn l-operaturi tal-ajruporti u jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
6.1.5. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' għajnuna lil BSCA
(487) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tqis li l-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huma għajnuna mill-Istat favur BSCA. Il-Kummissjoni ma teskludix li ż-żieda tal-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fl-2002 tista' wkoll tkun għajnuna mill-Istat favur BSCA. |
6.2. L-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat favur Ryanair
(488) |
Biex tiddetermina jekk il-miżuri favur Ryanair humiex għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni sejra teżamina l-ewwel nett jekk il-Ftehim Supplimentari tal-2010 huwiex attribwibbli lill-Istat (Taqsima 6.2.1), imbagħad sejra teżamina jekk il-miżuri l-oħrajn favur Ryanair jagħtux vantaġġ lil Ryanair (Taqsima 6.2.2). |
6.2.1. L-imputabbiltà lill-Istat tal-Ftehim Supplimentari tal-2010
(489) |
F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni sejra teżamina jekk l-iffirmar tal-Ftehim Supplimentari tal-2010 huwiex imputabbli lill-Istat. Kif stabbiliet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-Sentenza Stardust (184), “Il-fatt biss li impriża tkun taħt il-kontroll tal-Istat mhuwiex biżżejjed biex il-miżuri li tieħu jiġu attribwiti (…) lill-Istat. Jeħtieġ ukoll li jiġi eżaminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx jitqiesu bħala li, b'xi mod jew ieħor, kienu involuti fl-adozzjoni ta' din il-miżura”.Is-Sentenza Stardust tistabbilixxi wkoll li “L-imputabilità lill-Istat ta' miżura meħuda minn impriża pubblika tista' tiġi dedotta minn sett ta' indikaturi li jirriżultaw miċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kuntest li ttieħdet fih dik il-miżura”. |
(a) F'dak li jirrigwarda s-sjieda tal-kapital u l-voti marbuta mal-ishma maħruġa mill-impriża:
(490) |
Fis-6 ta' Diċembru 2010, meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2010 għall-kuntratt ma' Ryanair, il-kapital ta' BSCA kien:
Peress li SOWAER u Sogepa għandhom aktar min-nofs l-ishma ta' BSCA u jappartjenu għal kollox lir-Reġjun, l-awtoritajiet pubbliċi kellhom il-maġġoranza tal-kapital ta' BSCA u kellhom disponibbli l-maġġoranza tal-voti relatati ma' dawn l-ishma. |
(b) F'dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jinħatru aktar min-nofs il-membri tal-Bord tad-Diretturi:
(491) |
Meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tas-6 ta' Diċembru 2010, l-staturi ta' BSCA fis-seħħ kienu jipprovdu (186): “Il-Bord tad-Diretturi ta' BSCA huwa magħmul minn massimu ta' 19-il membru:
F'dak li jirrigwarda lit-12-il direttur imsemmijin fil-punt (i), tnejn għandhom ikunu proposti minn Sambrinvest, wieħed minn Igretec u tnejn minn Sogepa (…) In-nominazzjonijiet proposti mill-azzjonisti ta' kategorija A dejjem iridu jkunu kisbu l-approvazzjoni minn qabel tar-Reġjun tal-Vallonja ħlief għal dawk proposti minn Igretec, Sambrinvest, Sogepa”. |
(492) |
Maġġoranza ta' diretturi (12 minn 19) hija għalhekk nominata:
|
(493) |
Anki jekk wieħed jeskludi ż-żwġ diretturi indipendenti, il-maġġoranza tad-diretturi (10) jibqgħu nominati bl-approvazzjoni tar-Reġjun (7), jiġifieri fuq proposta ta' entitajiet imqiegħda taħt il-kontroll esklussiv tar-Reġjun (3). |
(494) |
It-tliet kriterji stabbiliti mid-Direttiva dwar it-trasparenza kienu għaldaqstant issodisfati meta sar il-Ftehim Supplimentari tal-2010. Madankollu, dawn il-kriterju jippermettu biss li wieħed jassumi l-influwenza dominanti tal-awtoritajiet pubbliċi. Kif speċifikat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar it-trasparenza, jeħtieġ ukoll li jiġi eżaminati r-regoli fis-seħħ biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi kellhomx influwenza dominanti. |
(c) F'dak li jirrigwarda r-regoli fis-seħħ biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx influwenza dominanti:
(495) |
L-Artikolu 4.2.3 tal-Ftehim tal-azzjonisti ta' Ġunju 2009 bejn SOWAER, is-Sogepa, Sambrinvest u Igretec, minn naħa, u Belgian Airports (Save), min-naħa rifless mill-Artikolu 16 tal-Istatuti ta' BSCA fis-seħħ meta ġie konkluż il-Ftehim Supplimentari tal-2010, jipprovdi li l-amministraturi ta' kategorija C, nominati fuq proposta ta' Belgian Airports, ikollhom dritt ta' veto għal ċerti kategoriji ta' deċiżjonijiet: “(…) Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu mill-Bord tad-Diretturi b'maġġoranza sempliċi tal-voti bla ħsara għad-deċiżjonijiet dwar is-suġġetti li ġejjin, li jeħtieġu wkoll, il-qbil tad-diretturi C kollha:
|
(496) |
Il-Kummissjoni tkkonkludi li meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2010, ma setgħet tittieħed ebda deċiżjoni importanti dwar il-ġestjoni tan-negozju ta' BSCA mingħajr il-qbil ta' Belgian Airports. BSCA kienet għalhekk taħt il-kontroll konġunt tal-azzjonisti privati u pubbliċi tagħha u għaldaqstant ma kinitx taħt l-influwenza dominanti tal-azzjonisti pubbliċi tagħha biss. |
(497) |
F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jkun innotat li d-dritt tal-veto ta' Belgian Airports ikopri r-relazzjonijiet bejn BSCA u Ryanair (ara l-punt (iv) fil-premessa 495). Mingħajr il-qbil ta' Belgian Airports, BSCA ma kellhiex il-possibbiltà li taġġlika direttivi eventwali tal-awtoritajiet pubbliċi rigward il-konklużjoni tal-Ftehim Supplimentari tal-2010. |
(498) |
Barra minn hekk, l-eżami tal-minuti tal-Bord tad-Diretturi dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Supplimentari tal-2010, b'mod partikolari l-minuti tal-laqgħat tal-25 ta' Frar u tad-29 ta' April 2010, ma jurux l-eżistenza ta' direttivi bħal dawn. |
(499) |
Waqt il-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Frar 2010, il-Bord tad-Diretturi ta' BSCA qabel b'mod unanimu dwar il-proposta ta' ftehim ma' Ryanair. |
(500) |
Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni ta' BSCA li tikkonkludi l-Ftehim Supplimentari tal-2010 għall-kuntratt ma' Ryanair mhijiex imputabbli lill-Istat. |
6.2.2. L-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq
(501) |
Biex ikun ivvalutat jekk miżura tal-Istat hijiex għajnuna, jeħtieġ li jkun iddeterminat jekk l-impriża benefiċjarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinitx tirċievi f'kundizzjonijiet normali tas-suq (189). |
(502) |
Biex tiddetermina jekk (i) il-Ftehimiet tal-2001, (ii) id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004, (iii) il-Ftehim Supplimentari tal-2005 u (iv) l-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy jagħtux vantaġġ lil Ryanair, il-Kummissjoni eżaminat jekk meta adottat dawn il-miżuri, l-entità ġabitx ruħha bħal operatur f'ekonomija tas-suq. |
6.2.2.1.
(503) |
Fil-punt 102 tas-Sentenza tagħha tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar id-deċiżjoni tal-2004, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li “ir-rifjut tal-Kummissjoni li teżamina flimkien il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u minn BSCA u li tapplika l-prinċipju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq għall-miżuri adottati mir-Reġjun tal-Vallonja minkejja r-rabtiet li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet huwa vvizzjat bi żball ta' liġi.” |
(504) |
Biex tapplika l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq (i) għall-Ftehimiet tal-2001, (ii) għad-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004, (iii) għall-Ftehim Supplimentari tal-2005 u (iv) għall-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy, il-Kummissjoni ser tikkunsidra għalhekk, minħabba r-rabtiet ekonomiċi u organiċi bejn ir-Reġjun/SOWAER u BSCA meta ngħataw dawn il-miżuri (190), li l-entità li tagħti l-miżura hija l-grupp ifformat mir-Reġjun, SOWAER u BSCA (minn hawn 'il quddiem “Reġjun-SOWAER-BSCA”). |
(505) |
Għaldaqstant, iż-żewġ kuntratti tal-2001 għandhom ikunu kkunsidrati bħala miżura unika (minn hawn 'il quddiem “il-kuntratti tal-2001”). Bl-istess mod, id-Digriet Ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004 u l-ittra ta' BSCA tal-24 ta' Ġunju 2004 (minn hawn 'il quddiem “il-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004”) għandhom ikunu kkunsidrati bħala miżura waħda. |
(506) |
Għaldaqstant ukoll, bl-għan li tapplika l-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-flussi finanzjarji bejn it-tliet entitajiet jiġu annullati u l-kontijiet tagħhom ikkonsolidati. |
6.2.2.2.
(507) |
Biex tiddetermina jekk il-miżuri definiti fit-Taqsima 3.2 humiex konformi mal-kriterji tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni eżaminat, skont il-punt 53 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni (191),
|
(a) Tqabbil tal-prezzijiet mitluba għas-servizzi tal-ajruport f'Charleroi mal-prezz tas-suq
(508) |
Il-Kummissjoni għandha dubji serji jekk fil-preżent, jistax ikun identifikat valur referenzjarju xieraq biex ikun identifikat “prezz tas-suq” affidabbli għal servizzi pprovduti mmill-operaturi tal-ajruporti. |
(509) |
Fil-fatt, l-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq b'referenza għal prezz medju osservat fi swieq oħrajn simili tista' tkun konklużiva meta prezz tas-suq jista' jkun raġonevolment identifikat jew dedott minn indikaturi tas-suq oħrajn. Madankollu, dan il-metodu ma jistax ikollu l-istess rilevanza fil-każ tas-servizzi tal-ajruport. Fil-fatt, l-istruttura tal-kost u d-dħul għandha tendenza li tvarja ħafna minn ajruport għal ieħor. Dawn l-kostijiet u d-dħul jiddependu mill-istat ta' żvilupp tal-ajruport, min-numru ta' kumpaniji tal-ajru li jużawh, mill-kapaċità f'termini ta' traffiku ta' passiġġieri, mill-istat tal-infrastrutturi, mill-qafas regolatorju li jista' jvarja minn Stat Membru għal ieħor kif ukoll mid-defiċits u mill-obbligi tal-ajruport fil-passat (192). |
(510) |
Barra minn hekk, il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru tikkomplika kwalunkwe analiżi komparattiva. Kif juri dan il-każ, il-prattiki kummerċjali bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru mhumiex ibbażati bilfors fuq lista ta' prezzjijiet pubbliċi mqabbla ma' servizzi individwali. Fil-fatt, dawn ir-relazzjonijiet kummerċjali jvarjaw ħafna. Jinkludu kondiviżjoni tar-riskji f'termini ta' frekwentazzjoni u ta' responsabbiltajiet kummerċjali u finanzjarji konsegwenzjali, ġeneralizzazzjoni tal-mekkaniżmi ta' inċentivazzjoni (pereżempju fil-forma ta' tnaqqis marbut mal-għadd ta' rotot jew ta' passiġġieri trasportati) kif ukoll varjazzjonijiet bejn il-kondiviżjoni tar-riskji matul id-durata tal-kuntratti. Għaldaqstant, it-tranżazzjonijiet ftit li xejn jistgħu jitqabblu bejniethom fuq il-bażi ta' prezz skont ir-rotazzjoni jew għal kull passiġġier. |
(511) |
Ryanair issostni t-teżi li huwa possibbli li wieħed japplika l-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq jekk wieħed jibbaża fuq paragun mal-prattiki kummerċjali ta' ajruporti oħrajn Ewropej. Ryanair tibbaża fuq studju ta' Oxera tat-2 ta' Ottubru 2011, li jipproponi l-ajruporti ta' Glasgow Prestwick u ta' Liverpool John Lennon bħala komparaturi. |
(512) |
Il-Kummissjoni madankollu għandha dubji serji dwar ir-rilevanza ta' dawn iż-żewġ komparaturi biex tivvaluta s-sitwazzjoni tal-ajruport ta' Charleroi, diment li l-istruttura tad-dħul tal-ajruport ta' Glasgow Prestwick tibbaża l-aktar fuq il-merkanzija, li mhijiex preżenti f'Charleroi. Barra minn hekk, iż-żewġ ajruporti rċevew finanzjamenti pubbliċi matul dawn l-aħħar snin. |
(513) |
Barra minn hekk, kif intwera qabel, it-tranżazzjonijiet li jridu jiġu analizzati jinvolvu diversi “prezzijiet”, jiġifier b'mod partikolari id-diversi imposti tal-ajruport, il-prezz tas-servizzi ta' groundhandling u, għal ċerti miżuri, il-kontribuzzjonijiet lil Promocy inkarigata mill-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Kull tranżazzjoni tiġġenera għalhekk sett kumpless ta' flussi finanzjarji bejn l-operatur tal-ajruport u l-kumpanija tal-ajru u s-sussidjarji tagħha. |
(514) |
B'hekk, tqabbil tal-imposti tal-ajruport biss mitluba minn BSCA lil Ryanair mal-imposti tal-avjazzjoni mitluba mill-ajruporti paragunabbli ma joffri l-ebda indikazzjoni utli rigward l-issodisfar tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. Biex wieħed japplika metodu komparattiv validu għat-tranżazzjonijiet koperti minn din il-valutazzjoni, huwa mill-inqas meħtieġ li fost l-ajruporti tal-kampjun ta' tqabbil jinstab sett ta' tranżazzjonijiet komparabbli li jinkludu b'mod partikolari servizzi ta' promozzjoni ekwivalenti u servizzi ta' groundhandling ekwivalenti. It-tfittxija għal kampjun ta' tranżazzjonijiet komparabbli bħal dan hija impossibbli, tant kemm huma komplessi u speċifiċi t-tranżazzjonijiet li qegħdin jiġu vvalutati, aktar u aktar meta l-prezzijiet tas-servizzi ta' groundhandling u tas-servizzi ta' promozzjoni rarament ikunu informazzjoni pubblika u diffiċilment ikunu aċċessibbli biex wieħed jista' jqabbel magħhom. |
(515) |
Fl-aħħar nett, jekk nassumu li jista' jkun stabbilit, abbażi ta' analiżi komparattiva valida, li l-“prezzijiet” inkwistjoni fid-diversi tranżazzjonijiet li qegħdin jiġu analizzati huma ekwivalenti jew ogħla mill-“prezzijiet tas-suq” stabbiliti permezz ta' kampjun ta' tranżazzjonijiet simili, il-Kummissjoni xorta waħda ma tkunx tista' tikkonkludi li dawn it-tranżazzjonijiet huma konformi mal-prezz tas-suq jekk jirriżulta li meta ġew miftiehma, l-operatur tal-ajruport seta' jippretendi li jiġġeneraw kostijiet marġinali ogħla mid-dħul marġinali. Fil-fatt, operatur f'ekonomija tas-suq ma għandu l-ebda interess li joffri oġġetti jew servizzi fil-“prezz tas-suq” meta din l-imġiba twassal għal telf inkrementali. |
(516) |
Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tfakkar fil-kuntest ta' din l-analiżi li, wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, kemm il-Belġju kif ukoll il-partijiet interessati ġew mistiedna jifformulaw osservazzjonijiet dwar l-applikazzjoni għal dan il-każ tad-dispożizzjonijiet ta' dawn il-Linji Gwida. F'dan il-każ, la l-Belġju u lanqas il-partijiet interessati bl-eċċezzjoni ta' Ryanair ma kkontestaw is-sustanza tal-approċċ tal-Kummissjoni, li skontu, peress li huwa impossibbli li jiġi definit valur referenzjarju xieraq biex jiġi identifikat prezz tas-suq realistiku għas-servizzi pprovduti mill-ajruporti lill-kumpaniji tal-ajru, l-aktar kriterju rilevanti għall-valutazzjoni tal-arranġamenti konklużi bejn iż-żewġ partijiet huwa analiżi ex ante tal-profittabilità supplimentari tagħhom. |
(b) Analiżi ex ante tal-profittabbiltà tal-miżuri
(517) |
Fid-dawl ta' dak li ntqal, il-Kummissjoni tikkunsidra li f'dan il-każ għandu jkun applikat l-approċċ ġeneralment rakkomandat fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat lill-ajruporti u lill-kumpaniji tal-ajru għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għar-relazzjonijiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, jiġifieri l-analiżi ex ante tal-profittabbiltà marġinali. Dan l-approċċ huwa ġġustifikat minħabba l-fatt li operatur ta' ajruport jista' jkollu interess oġġettiv li jikkonkludi tranżazzjoni ma' kumpanija tal-ajru diment li jista' raġonevolment jippretendi li din it-tranżazzjoni ttejjeb il-profitti tiegħu (jew tnaqqaslu t-telf) meta mqabbla ma' sitwazzjoni kontrofattwali fejn din it-tranżazzjoni ma ssirx (193), u dan irrispettivament minn kwalunkwe paragun mal-kundizzjonijiet offruti lill-kumpaniji tal-ajru minn operaturi ta' ajruporti oħrajn, jew inkella, mal-kundizzjonijiet offruti mill-istess operatur lil-kumpaniji tal-ajret.. |
(518) |
Kif jispeċifika l-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “il-Kummissjoni tqis li arranġamenti konklużi bejn il-linji tal-ajru u ajruport jistgħu jitqiesu skont it-test tal-MEO meta dawn jikkontribwixxu b'mod inkrimentali, minn perspettiva ex ante, għall-profitabbiltà tal-ajruport. L-ajruport irid juri li meta jiġi konkluż arranġament ma' linja tal-ajru (pereżempju kuntratt individwali jew skema globali tal-imposti tal-ajruport) huwa kapaċi li jkopri l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-arranġament b'marġni ta' profitt [60] raġonevoli fuq il-bażi ta' prospetti b'saħħithom fuq medda medja ta' żmien.” (194) |
(519) |
Il-Kummissjoni tenfasizza li l-kriterju msemmi fil-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jirrifletti l-loġika tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, iżda li dan il-kriterju, li jirreferi għal arranġamenti konklużi bejn ajruporti u kumpaniji tal-ajru speċifiċi pjuttost milli għal pjan tan-negozju ġenerali kif inhu ġeneralment il-każ għall-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, ġie ċċarat biss dan l-aħħar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tammetti li jista' jkun diffiċli għall-Istati Membri u l-operaturi kkonċernati li jipprovdu dokumenti bid-data ta' meta ngħatat il-miżura u li jikkorrispondu eżatt għal dak li huwa mitlub fil-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, meta dawn l-arranġamenti ġew konklużi ħafna snin ilu. Il-Kummissjoni ser tieħu kont ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet meta tapplika l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq għall-ftehimiet ma' Ryanair. |
(520) |
Skont il-punt 64 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “sabiex jiġi vvalutat jekk arranġament konkluż minn ajruport ma' linja tal-ajru jissodisax il-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, id-dħul mistenni minn attivitajiet mhux ajrunawtiċi li jirriżultaw mill-attività tal-linja tal-ajru għandhom jitqiesu flimkien mal-imposti tal-ajruporti netti minn kwalunkwe tnaqqis, sostenn ta' kummerċjalizzazzjoni u skemi ta' inċentivi. Iridu jiġu kkunsidrati wkoll il-kostijiet marġinali kollha mistennija mġarrba mill-ajruport b'konnessjoni mal-attività tal-kumpanija tal-ajru f'dan l-ajruport (…) Iżda l-kostijiet li l-ajruport irid iġarrab irrispettivament mill-ftehim konkluż mal-kumpanija tal-ajru mgħandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-eżami tar-rispett tal-prinċipju tal-operatur f'ekonomija tas-suq.” (In-noti ta' qiegħ il-paġna ma ġewx ikkopjati). |
(521) |
Barra minn hekk, skont il-punt 66 tal-Linji Gwida msemmija hawn fuq, “meta hija tevalwa l-ftehimiet bejn l-ajruporti u l-kumpaniji tal-ajru, il-Kummissjoni sejra tikkunsidra wkoll il-miżura li fiha l-imsemmija ftehimiet jistgħu jkunu kkunsidrati li jaqgħu fil-kuntest ta' strateġija globali tal-ajruporti maħsuba biex tiksbilhom profittabbiltà, għall-inqas fit-tul”. (195) |
(522) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq għall-miżuri li ġejjin, skont il-prinċipji deskritti hawn fuq: |
(i) Il-kuntratti tal-2001
(523) |
Biex tiddetermina jekk il-kuntratti tal-2001 ikkontribwewx, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-entità li tat l-għajnuna skont il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-valur preżenti nett (minn hawn 'il quddiem “VPN”) tal-kuntratti tal-2001 kienx pożittiv għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Ix-xenarju kontrofattwali huwa sitwazzjoni li fiha l-kuntratti tal-2001 ma kinux jiġu ffirmati u fejn l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA kienet tagħżel li tirrinunzja għad-dħul iġġenerat mit-traffiku addizzjonali dovut għall-kuntratti inkwistjoni, u li ma ġġarrabx l-ispejjeż iġġenerati minn dan it-traffiku. |
Ir-rikostituzzjoni ta' pjan tan-negozju inkrementali
(524) |
Qabel il-ftehimiet tal-2001, BSCA stabbilixxiet pjan ta' negozju. Iżda minn naħa dan il-pjan ta' negozu kien ikopri mhux biss id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat minn Ryanair, iżda wkoll id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. Min-naħa l-oħra, kien jidentifika d-dħul u l-ispejjeż ta' BSCA biss, meta biex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat li l-entità li kkonkludiet il-kuntratti tal-2001 ma' Ryanair hija l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Dan il-pjan ta' negozju jista' għalhekk jintuża bħala sors ta' dejta, iżda jrid jinħadem mill-ġdid biex ikun jista' jintuża biex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq. |
(525) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni reġgħet fasslet dak li kien ikun pjan ta' negozju stabbilit mill-entità Reġjun-SOWAER-BSCA biex tivvaluta l-profittabbiltà mistennija minn dawn il-kuntratti, u li jinkludi biss id-dħul u l-ispejjeż tal-attivitajiet ekonomiċi marġinali relatati ma' dawn il-kuntratti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni telqet mill-pjan ta' negozju ġenerali (jiġifieri dak li jkopri l-attività kollha tal-ajruport u mhux l-effett speċifiku tal-kuntratti tal-2001) ta' BSCA disponibbli qabel il-konklużjoni tal-kuntratti tal-2001. Minn dan il-pjan ta' negozju ġenerali, il-Kummissjoni bniet pjan ta' negozju inkrementali li jinkludi l-attivitajiet ekonomiċi marġinali biss (jiġifieri li jieħdu biss kont tad-dħul u l-kostijiet marbuta mat-traffiku ta' Ryanair) waqt li iżolat it-traffiku, l-ispejjeż u d-dħul marġinali li kellhom ikunu mistennija mill-kuntratti ma' Ryanair meta ġew konklużi (196). Imbagħad il-Kummissjoni ddeduċiet minnu pjan ta' negozju għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA waqt li żiedet il-kostijiet u d-dħul marġinali tar-Reġjun u ta' SOWAER relatati ma' dawn il-kuntratti filwaqt li nnewtralizzat il-flussi interni fi ħdan l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. |
Spejjeż marġinali mistennija
Spejjeż marġinali tal-investimenti mistennija
(526) |
Biex tiddetermina jekk parti mill-ispejjeż ta' investiment kellhiex tittieħed inkunsiderazzjoni fl-ispejjeż marġinali ta' investimenti mistennija minħabba l-kuntratti tal-2001, il-Kummissjoni eżaminat, skont il-punt 64 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, jekk il-programm ta' investimenti għall-ajruport ta' Charleroi ġiex deċiż b'rabta mal-kuntratti tal-2001 jew irrispettivament minn dawn il-ftehimiet. |
(527) |
Il-Kummissjoni tinnota li sa minn tmiem is-snin disgħin, jiġifieri qabel l-iffirmar tal-kuntratti tal-2001, ir-Reġjun xtaq jiżviluppa l-ajruport biex iżid l-attività ekonomika fit-territorju tiegħu. Għalhekk, fid-dikjarazzjoni dwar il-politika reġjonali tiegħu approvata fil-15 ta' Lulju 1999, il-Parlament tal-Vallonja jirrikonoxxi li l-ajruporti reġjonali huma poli ta' żvilupp ekonomiku u ta' ħolqien ta' impjiegi importanti għar-Reġjun tal-Vallonja (197). F'nota tat-8 ta' Novembru 2000 lill-gvern tal-Vallonja (din in-nota kellha l-iskop li tinforma lill-gvern tal-Vallonja rigward deċiżjoni ta' approvazzjoni tal-programm ta' investimenti), il-Ministru inkarigat mill-ekonomija jenfasizza kemm huwa importanti “biex l-ajruport ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu bħala lieva ekonomika reġjonali, li jiġi mgħammar b'infrastruttura kompluta bħala parti minn żvilupp globali”. |
(528) |
Skont il-Belġju, sa minn tmiem is-snin disgħin (u għalhekk qabel il-ftehimiet tal-2001), minħabba limitazzjonijiet tekniċi marbutin mal-infrastruttura eżistenti (198), kien ċert li kellu jinbena terminal ġdid fiż-żona fit-tramuntana tas-sit. Ċerti artijiet kienu diġà ġew esproprjati mill-Intercommunale Igretec inkarigata mill-ħolqien tal-pol tal-ajruport. Ir-Reġjun ukoll għamel xi esproprjazzjonijiet fis-snin disgħin u l-Intercommunale ittrastferietlu lura, fl-1999, artijiet li kienet esproprjat. Huwa fuq dawn l-artijiet li nbena t-terminal il-ġdid tal-passiġġieri. |
(529) |
Waqt sessjoni tal-20 ta' Lulju 2000, ir-Reġjun tal-Vallonja approva l-linji gwida ta' ftehim qafas dwar programm ta' investiment pluriennali fl-ajruport ta' Charleroi, li jsemmu b'mod partikolari “il-kunċett ta' terminal ġdid għall-passiġġieri”, għal baġit globali ta' EUR 113 740 000. Fit-8 ta' Novembru 2000, ir-Reġjun adotta deċiżjoni ta' implimentazzjoni tad-deċiżjoni tiegħu tal-20 ta' Lulju 2000, li temenda s-suppożizzjonijiet tal-programm ta' investiment pluriennali. Anki jekk dawn id-deċiżjonijiet ma kinux jorbtu legalment lir-Reġjun, juru li r-Reġjun kien stabbilixxa l-bażi tal-programm ta' investiment ferm qabel l-iffirmar tal-kuntratti tal-2001. |
(530) |
Id-deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000 kienet ibbażata l-aktar fuq nota tal-Ministru responsabbli mill-ekonomija, li tirreferi għal żewġ studji li saru fl-aħħar tas-snin disgħin - bidu tal-elfejnijiet, ordnati mir-Reġjun:
Is-sinteżi ta' dawn l-istudji ppreżentata mill-Ministru lill-gvern tal-Vallonja tirreferi għal ipoteżijiet ta' traffiku ġenerali, li mhumiex ippreżentati bħala li huma relatati ma' kumpanija jew ma' kuntratt futur partikolari. |
(531) |
Fil-31 ta' Lulju 2001, ġiet ippreżentata “nota ta' direzzjoni strateġika”, li takkumpanja l-pjan tan-negozju ta' BSCA tal-2001, lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA. Skont din in-nota, BSCA kellha tiffoka fuq il-kumpaniji low cost u eventwalment il-kumpaniji tal-ajru tal-pajjiżi tal-Lvant. Din in-nota kienet tenfasizza li kien importanti għal BSCA li tattira kumpaniji tal-ajru ġodda (minbarra Ryanair) u li Charleroi kellu jistabbilixxi ruħu bħala destinazzjoni potenzjali għall-bażijiet il-ġodda li l-kumpaniji low cost kienu ser jiftħu fil-futur. |
(532) |
Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2001 jafferma wkoll li l-investimenti u b'mod partikolari l-bini tat-terminal il-ġdid kienu ppjanati mhux biss fil-perspettiva li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' Ryanair, iżda wkoll li jissodisfaw il-ħtieġijiet tal-kumpaniji tal-ajru kollha li jista' jattira l-ajruport ta' Charleroi. Fil-fatt, skont il-pjan ta' negozju, in-numru ta' passiġġieri li jitilqu mill-ajruport mal-kumpanija Ryanair huwa mistenni li jiżdied biss minn 360 000 għal 700 000 passiġġier minn issa sal-2015 (ara t-tabella ppreżentata fil-premessa (536)). Din iż-żieda hija preżunta li ser isseħħ fl-2001-2003, jiġifieri qabel il-ftuħ tat-terminal il-ġdid, li dak iż-żmien kien previst għall-2005. Ir-Reġjun u BSCA kienu qed jistennew għalhekk li ż-żieda tat-traffiku li kienet ser issir possibbli permezz ta' dawn l-investimenti kienet ser tiġi nsfruttata minn kumpaniji tal-ajru oħrajn. minbarra Ryanair. |
(533) |
Ir-Reġjun u BSCA għaldaqstant ma għamlux l-investimenti fil-perspettiva li jżidu speċifikament in-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair, iżda biex jippermettu l-possibbiltà ta' traffiku akbar, mhux speċifikament relatat ma' kumpanija tal-ajru waħda. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li dawn l-investimenti ma jistgħux ikunu attribwiti speċifikament għal Ryanair. Għaldaqstant, mhuwiex rilevanti li wieħed jattribwixxi l-ispejjeż tal-investimenti inkrementali għall-kuntratti tal-2001. |
Spejjeż marġinali operattivi mistennija
(534) |
L-ispejjeż marġinali operattivi mistennija mill-kuntratti tal-2001 huma daqs l-ispejjeż operattivi mistennija direttament attribwibbli lil Ryanair, li magħhom il-Kummissjoni żiedet parti mill-ispejjeż operattivi indiretti mistennija bi proporzjon man-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair f'konfront man-numru totali ta' passiġġieri. Il-Kummissjoni tenfasizza li jekk f'din l-ipoteżi, il-valur preżenti nett tal-kuntratti tal-2001 huwa pożittiv, kien ikun wisq aktar hekk kieku l-ispejjeż marġinali operattivi mistennija kienu ġew iddeterminati permezz ta' regressjoni lineari kif propost fl-istudju ppreżentat għal Ryanair minn Oxera. |
Dħul marġinali mistenni
(535) |
Kontra l-opinjoni ta' Ryanair, l-analiżi tal-Kummissjoni eskludiet kwalunkwe valur residwu tal-kuntratt ma' Ryanair, peress li l-effett tat-tul tar-reklamar fuq it-traffiku totali f'Charleroi huwa ftit li xejn iddokumentat u ma jistax jitkejjel faċilment. |
Valur preżenti nett tal-kuntratti tal-2001
(536) |
Ir-riżultati tal-kalkolu tal-valur preżenti nett huma ppreżentati fit-Tabella 21 Tabella 21. Dawn juru kontribuzzjoni inkrementali ta' Ryanair pożittiva għas-snin kollha kkunsidrati. Tabella 21 Fluss ta' flus mistenni mill-miżura tal-2001
|
(537) |
Peress li l-kontribuzzjoni inkrementali ta' Ryanair hija pożittiva fis-snin kollha kkunsidrati, il-valur preżenti nett tal-kuntratt bilfors ser ikun pożittiv, irrispettivament mill-ispiża medja ppeżata tal-kapital ikkunsidrat. |
(538) |
Madankollu bħala eżempju, il-Kummissjoni kkalkulat il-VPN billi bbażat fuq prezz medju ta' bejn 8,7 u 9 %. Ir-rata ta' skont użata għall-kalkolu tal-VPN tal-kuntratti hija l-ispiża medja ppeżata tal-kapital tal-entità li tagħti l-għajnuna dakinhar li tagħtiha. F'dan il-każ, id-dħul u l-ispejjeż relatati mal-kuntratt ma' Ryanair jaffettwaw il-kontijiet ta' BSCA. Għaldaqstant il-Kummissjoni għażlet li tuża bħala rata ta' skont l-ispiża tal-kapital ta' BSCA. Il-kalkolu tal-ispiża medja ppeżata tal-kapital għal BSCA huwa bbażat fuq l-ipoteżijiet differenti:
|
(539) |
B'hekk, bħala eżempju, fuq il-bażi tar-rata medja bejn 8,7 u 9 %, jiġifieri 8,85 %, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-valur preżenti nett kien pożittiv u kien jammonta għal EUR 19,5 miljun. Tabella 22 Valur preżenti nett (VPN) tal-miżura tal-2001
Dan il-valur pożittiv tal-VPN, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet pożittivi għas-snin kollha, juru li wieħed seta' jistenna li l-kuntratti tal-2001 iżidu l-profittabbiltà tar-Reġjun-SOWAER-BSCA. |
(540) |
Rigward l-impenn tar-Reġjun li jikkumpensa lil Ryanair għat-telf li l-kumpanija jkollha ssofri minħabba tibdil eventwali fil-livell tat-taxxi tal-ajruport jew il-ħinijiet ta' ftuħ tal-ajruport matul is-snin bejn l-2001 u l-2016, il-Kummissjoni tinnota li dan il-kumpens ma jistax jaqbeż it-telf sofrut direttament minn Ryanair minħabba t-tibdil. Għaldaqstant, fl-ipoteżi fejn ir-Reġjun iħallas kumpens lil Ryanair skont din id-dispożizzjoni, Ryanair ma tkunx f'sitwazzjoni aktar favorevoli minn dik li kienet tkun fiha kieku r-Reġjun irrispetta l-impenn tiegħu. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni ma tagħti ebda vantaġġ addizzjonali lil Ryanair. |
(541) |
Barra minn hekk, skont il-paragrafu 66 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, dawn il-ftehimiet jifformaw parti mill-qafas ta' strateġija komprensiva maħsuba biex iġġib profittabbiltà lill-ajruport, tal-inqas fit-tul. L-istrateġija ta' BSCA kienet tikkonsisti fl-iżvilupp tat-traffiku tal-ajruport ta' Charleroi sabiex b'mod partikolari iżżid id-dħul tagħha u b'hekk tkopri aħjar l-ispejjeż fissi u ssir profittabbli. Għal dan il-għan, BSCA iddeċidiet li tispeċjalizza fuq it-Taqsima tat-titjiriet qosra u medji minn punt għal punt, b'mod partikolari fuq it-titjiriet low cost. BSCA kienet tibbaża din l-istrateġija fuq l-istudji fdati f'idejn konsulenti esterni fi tmiem is-snin disgħin. Skont uħud minn dawn l-istudji (200), l-ajruport ta' Charleroi kien jibbenefika minn vantaġġi komparattivi sabiex jiżviluppa fuq dan is-segment, b'mod partikolari l-ispejjeż baxxi tiegħu. B'hekk, skont “nota ta' direzzjoni strateġika” ta' BSCA tal-31 ta' Lulju 2001, BSCA kellha l-għan li tilħaq 2,5 sa 3 miljun passiġġier (201) sal-2010, li, skont in-nota, “ma jidhirx impossibbli jekk wieħed iqis l-istabbiliment tal-bażi ta' Ryanair u t-tkabbir fit-trasport bl-ajru”. Għaldaqstant il-ftehimiet tal-2001 jiffurmaw parti minn din l-istrateġija ta' tkabbir tat-traffiku u tad-dħul. |
(542) |
Peress li l-kuntratti tal-2001 jirrispettaw il-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq, mhumiex għajnuna mill-Istat. |
(ii) Il-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004
(543) |
Biex tiddetermina jekk il-qafas kummerċjali tal-2004 kienx jikkontribwixxi, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-entità li tat l-għajnuna skont il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-VPN tal-qafas kummerċjali tal-2004 kienx pożittiv għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Ix-xenarju alternattiv għad-deċiżjoni li jiġi adottat il-qafas kummerċjali tal-2004 huwa n-nuqqas ta' kuntratt ma' Ryanair u allura r-rinunzja għad-dħul u għall-ispejjeż inkrementali relatati mat-traffiku ma' Ryanair. |
(544) |
Fit-22 ta' Jannar 2004, qabel il-konklużjoni tal-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004, BSCA aġġornat il-pjan ta' negozju tagħha. Skont il-Belġju, il-pjan ta' negozju tat-22 ta' Jannar 2004 tħejja wara d-deċiżjoni tal-2004 biex tiġi vvalidata l-proposta l-ġdida li kellha ssir lil Ryanair (202). Iżda minn naħa dan il-pjan ta' negozu jkopri mhux biss id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat minn Ryanair, iżda wkoll id-dħul miksub mit-traffiku ġġenerat mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. Min-naħa l-oħra, jidentifika d-dħul u l-ispejjeż ta' BSCA biss, meta biex jiġi applikat il-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, jeħtieġ li jkun ikkunsidrat li l-entità li kkonkludiet il-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004 ma' Ryanair hija l-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. |
(545) |
Għaldaqstant il-Kummissjoni fasslet mill-ġdid pjan ta' negozju għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA li jinkludi biss id-dħul u l-ispejjeż tal-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-qafas kummerċjali tal-2004. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni telqet mill-pjan ta' negozju ġenerali ta' BSCA tat-22 ta' Jannar 2004 u applikat l-istess metodoloġija bħal dik użata għall-kuntratti tal-2001 u deskritta fil-premessa 525. |
(546) |
Biex tiddetermina l-ispejjeż marġinali attribwibbli għall-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004, il-Kummissjoni eżaminat b'mod partikolari jekk ir-Reġjun, SOWAER jew BSCA kellhomx jistennew li jagħmlu ċerti investimenti minħabba l-qafas kummerċjali tal-2004. Ta' min ifakkar, il-qafas kummerċjali tal-2004 ġie stabbilit sabiex jimla l-vojt legali maħluq mill-annullament tal-kuntratti tal-2001 wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2004. Skont il-qafas kummerċjali, il-grupp ifformat mir-Reġjun-SOWAER-BSCA ma kellux għalfejn jagħmel investimenti ġodda. L-investimenti tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kif ukoll l-investimenti tal-2003 kienu diġà deċiżi u x-xogħlijiet kienu diġà bdew. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 533, il-programm ta' investimenti integrat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 probabbilment kien ikun adottat anki fin-nuqqas tal-kuntratti ma' Ryanair. L-istess japplika għar-reviżjoni tal-2003 tal-programm ta' investimenti, li kien jaqa' taħt l-istess loġika ta' żvilupp tal-ajruport bi klijentela possibbilment diversifikata - f'termini ta' kumpaniji tal-ajru. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex rilevanti li wieħed jattribwixxi l-ispejjeż tal-investimenti inkrementali għall-qafas kummerċjali provviżorju tal-2004. |
(547) |
Fuq il-bażi ta' dawn l-ipoteżijiet, il-Kummissjoni ddeterminat li l-flussi ta' flus rilevanti għall-analiżi tal-profittabbiltà tal-qafas kummerċjali tal-2004 huma dawn li ġejjin: Tabella 23 Fluss ta' flus mistenni mill-miżura tal-2004
|
(548) |
Dawn il-flussi juru kontribuzzjoni inkrementali għal Ryanair pożittiva għas-snin kollha kkunsidrati. B'hekk, il-qafas kummerċjali bilfors għandu valur preżenti nett pożittiv, tkun xi tkun l-ispiża medja ppeżata tal-kapital magħżul. |
(549) |
Madankolllu, sabiex tikkalkula l-VPN tal-miżura tal-2004 bħala indikazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat ir-rata ta' skont li għandha tuża. Din ir-rata hija l-ispiża medja ppeżata tal-kapital tal-entità li tagħti l-għajnuna dakinhar li tagħtiha. Kif spjegat fil-premessa 538, il-Kummissjoni kkunsidra l-ispiża medja ppeżata tal-ispiża tal-kapital ta' BSCA. Fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni qieset li din l-ispiża kienet tammonta għal 9,7 %:
|
(550) |
It-tabella li ġejja tippreżenta r-riżultati tal-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-qafas kummerċjali tal-2004, ibbażat fuq rata ta' skont ta' 9,7 %. Tabella 24 Valur preżenti nett (VPN) tal-miżura tal-2004
Dan il-VPN pożittiv jikkonferma li wieħed seta' jistenna li l-qafas kummerċjali tal-2004 iżid il-profittabbiltà tar-Reġjun-SOWAER-BSCA. |
(551) |
Il-punt 66 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdi li l-ftehimiet għandhom jifformaw parti mill-qafas ta' strateġija komprensiva maħsuba biex iġġib profittabbiltà lill-ajruport, tal-inqas fit-tul. F'dan ir-rigward, waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' April 2004, il-Bord tad-Diretturi ta' BSCA ħa nota tal-proposti magħmulin lil Ryanair u qabbad lill-“Kap Eżekuttiv jivvalida l-pjan ta' negozju ta' BSCA u jqis il-konsegwenzi tal-proposti inkwistjoni”. “L-analiżi globali għandha tikkonferma wkoll, f'kull mod, li s-sostenibbiltà u l-futur tal-ajruport fl-ebda każ ma jiġu kompromessi u li BSCA jkollha fit-tul marġnijiet ta' manuvra suffiċjenti biex tkompli l-iżvilupp tagħha”. Waqt il-laqgħa sussegwenti tiegħu, fis-6 ta' Mejju 2004, il-“Bord tad-Diretturi nnota li l-proposti diskussi dan l-aħħar f'Dublin mar-rappreżentanti ta' Ryanair, jistgħu, b'kont meħud tal-iżvilupp prevedibbli tal-ajruport, jassiguraw li Charleroi iżomm l-operazzjonijiet tal-kumpanija Ryanair fil-kundizzjonijiet tal-pjan ta' negozju inizjali (…).” Il-pjan ta' negozju inizjali li wkoll jifforma parti minn strateġija ta' żvilupp fit-tul, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-qafas kummerċjali tal-2004 ukoll kien jifforma parti mill-istess strateġija. |
(552) |
Peress li l-qafas kummerċjali tal-2004 jirrispetta l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq, mhuwiex għajnuna mill-Istat. |
(iii) Il-kuntratt tal-2005
(553) |
Biex tiddetermina jekk il-kuntratt tal-2005 kienx jikkontribwixxi, minn perspettiva ex ante, għall-profittabbiltà tal-entità li tat l-għajnuna skont il-punt 63 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-VPN tal-kuntratt tal-2005 kienx pożittiv għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA. Ix-xenarju alternattiv huwa li ma jsirx aktar ftehim ma' Ryanair wara li tintemm il-validità, f'Marzu 2006, tal-ittra ta' BSCA lil Ryanair tal-24 ta' Ġunju 2004. |
(554) |
Biex tikkalkula l-VPN, il-Kummissjoni fasslet mill-ġdid pjan ta' negozju għall-entità Reġjun-SOWAER-BSCA li jinkludi biss id-dħul u l-ispejjeż tal-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-kuntratt tal-2005. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni telqet mill-pjan ta' negozju ġenerali ta' BSCA tal-24 ta' Jannar 2004, li, skont il-Belġju, huwa l-pjan ta' negozju mħejji wara d-deċiżjoni tal-2004 sabiex jivvalida l-proposta l-ġdida li kellha ssir lil Ryanair u li wassal għall-proposta mibgħuta lil Ryanair fid-9 ta' Diċembru 2005 (204). Imbagħad il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija bħal dik użata għall-kuntratti tal-2001 u deskritta fil-premessa 525. |
(555) |
Biex tiddetermina l-ispejjeż marġinali attribwibbli għall-kuntratt tal-2005, il-Kummissjoni eżaminat b'mod partikolari jekk ir-Reġjun, SOWAER jew BSCA kellhomx jistennew li jagħmlu ċerti investimenti minħabba l-kuntratt tal-2005. Skont dan il-kuntratt, il-grupp ifformat mir-Reġjun-SOWAER-BSCA ma kellux għalfejn jagħmel investimenti ġodda. L-investimenti tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kif ukoll l-investimenti tal-2003 kienu diġà deċiżi u x-xogħlijiet kienu diġà bdew. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa 533, il-programm ta' investimenti integrat fil-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 probabbilment kien ikun adottat anki fin-nuqqas tal-kuntratti ma' Ryanair. L-istess japplika għar-reviżjoni tal-2003 tal-programm ta' investimenti, li kien jaqa' taħt l-istess loġika ta' żvilupp tal-ajruport bi klijentela possibbilment diversifikata - f'termini ta' kumpaniji tal-ajru. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li mhuwiex rilevanti li wieħed jattribwixxi l-ispejjeż tal-investimenti inkrementali għall-kuntratt tal-2005. |
(556) |
Fuq il-bażi ta' dawn is-suppożizzjonijiet, il-Kummissjoni ddeterminat li l-flussi ta' flus rilevanti għall-analiżi tal-profittabbiltà tal-kuntratt tal-2005 huma dawn li ġejjin: Tabella 25 Fluss ta' flus mistenni mill-miżura tal-2005
|
(557) |
Dawn il-flussi juru kontribuzzjoni inkrementali għal Ryanair pożittiva għas-snin kollha kkunsidrati. B'hekk, il-kuntratt tal-2005 bilfors għandu valur preżenti nett pożittiv, tkun xi tkun l-ispiża medja ppeżata tal-kapital magħżul. |
(558) |
Madankolllu, sabiex tikkalkula l-VPN tal-miżura tal-2005 bħala indikazzjoni, il-Kummissjoni ddeterminat ir-rata ta' skont li għandha tuża. Din ir-rata hija l-ispiża medja ppeżata tal-kapital tal-entità li tagħti l-għajnuna dakinhar li tagħtiha. Kif spjegat fil-premessa 538, il-Kummissjoni kkunsidra l-ispiża medja ppeżata tal-ispiża tal-kapital ta' BSCA. Fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet li ġejjin, il-Kummissjoni qieset li din l-ispiża kienet tammonta għal 9,3 %:
|
(559) |
It-tabella li ġejja tippreżenta r-riżultati tal-kalkolu tal-valur preżenti nett tal-kuntratt tal-2005, ibbażat fuq rata ta' skont ta' 9,3 %. Tabella 26 Valur preżenti nett (VPN) tal-miżura tal-2005
Dan il-VPN pożittiv juri li wieħed seta' jistenna li l-kuntratt tal-2005 iżid il-profittabbiltà tar-Reġjun-SOWAER-BSCA. |
(560) |
F'dak li jirrigwarda l-kundizzjoni speċifikata mill-punt 66 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni li l-ftehim għandu jkun parti minn strateġija globali maħsuba biex tagħmel lill-ajruport profittabbli, nota bid-data tat-8 ta' Diċembru 2005, maħsuba biex tippreżenta lill-Bord tad-Diretturi l-proposta kummerċjali ta' BSCA lil Ryanair, tispeċifika li l-proposta hija bbażata fuq pjan ta' negozju għall-2006-2015. Fiha l-Bord tad-Diretturi huwa mitlub li jiżgura li dan il-pjan jikseb profittabbiltà aċċettabbli u suffiċjenti li tassorbi l-varjazzjonijiet mistennija fil-futur u relatati mal-estimi baġitarji (nota ta' qiegħ il-paġna tindika li l-pjan ta' negozju huwa ppreparat b'estimi approssimattivi tal-ispejjeż u d-dħul). BSCA tfakkar li t-tariffi wżati għall-groundhandling “għandhom jippermettu l-kopertura tal-ispejjeż u l-kisba ta' marġni ta' qligħ raġonevoli”. Aktar tard fin-nota, BSCA tispeċifika li “l-ispejjeż relatati mal-groundhandling u l-ġestjoni tagħhom jirrappreżentaw il-pedament tal-proposta magħmula lil Ryanair. Parti konsiderevoli minn dawn l-ispejjeż hija fissa jew semi-varjabbli u l-ispiża għal kull passiġġier għaldaqstant hija relatata mal-volum ta' passiġġieri ttrattati. Huwa previst numru minimu ta' rotazzjonijiet fil-proposta kummerċjali (ma' Ryanair) u n-nuqqas ta' rispett ta' dan il-minimu żgur iwassal għal telf fuq l-attività ta' groundhandling għal BSCA. Huma previsti pieni biex jirrimedjaw għal dan”. Minn dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki jekk il-proposta kummerċjali ta' BSCA lil Ryanair kienet tinvolvi ċerti riskji f'għajnejn BSCA–b'mod partikolari r-riskju li l-profittabbiltà ma kinitx biżżejjed fl-ipoteżi li t-traffiku ta' Ryanair kien ikun inqas minn dak previst-, din il-proposta xorta kienet ibbażata fuq strateġija ta' żvilupp li permezz tagħha BSCA kienet qiegħda tittama li tnaqqas l-ispejjeż tagħha għal kull passiġġier bis-saħħa tat-traffiku miġjub minn Ryanair, u b'hekk tikseb marġni ta' profitt suffiċjenti. |
(561) |
Peress li l-kuntratt tal-2005 jirrispetta l-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq, mhuwiex għajnuna mill-Istat. |
(iv) Id-disponiment tal-ishma ta' BSCA fi Promocy lil Ryanair
(562) |
Fil-31 ta' Marzu 2010, BSCA biegħet il-parteċipazzjoni tagħha ta' 50 % fi Promocy lil Ryanair. BSCA biegħet l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom (jiġifieri EUR 100 għal kull sehem) għal ammont totali ta' EUR 31 100. Ir-riskju u r-responsabbiltajiet kollha ta' BSCA bħala azzjonista ta' Promocy ġiet trasferita lil Ryanair. |
(563) |
Fiż-żmien ta' dan id-disponiment, il-flus ta' Promocy kienu jammontaw għal EUR 261 073 (bilanċ tal-assi, nieqes il-kapital u r-riżerva legali) (206). Għalhekk BSCA biegħet l-ishma tagħha fi Promocy lil Ryanair għal ammont inqas ta' EUR 99 436 min-nofs il-flus ta' Promocy fil-mument tal-bejgħ. |
(564) |
Madankollu, il-Belġju jenfasizza li meta sar il-bejgħ, kien hemm tilwima dwar it-taxxa. BSCA kien ikollha tħallas nofsha kieku żammet l-ishma tagħha fi Promocy. Huwa għalhekk li, skont il-Belġju, BSCA iddeċidiet li tbiegħ l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom. |
(565) |
Il-Belġju bagħat nota fl-24 ta' Frar 2010 tal-Uffiċjal Kap Finanzjarju ta' BSCA lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA fejn jirrakkomandalu li jivvalida l-bejgħ minn BSCA tal-ishma tagħha fi Promocy għall-valur kontabilistiku tagħhom. Din in-nota kienet tfakkar li Promocy kienet ilha ma tkun attiva minn meta ġie ffirmat il-kuntratt il-ġdid ma' Ryanair fl-2005. Wara l-ftuħ ta' inkjesta mbagħad ta' proċedura ġudizzjarja dwar it-tilwima msemmija qabel, kien ġie deċiż li Promocy għandha tibqa' wieqfa kif kienet. Minn dakinhar, minħabba li sar ftit żvilupp f'dan il-każ ġudizzjarju, BSCA u Ryanair kienu ddeċidew li jillikwidaw lil Promocy. Skont in-nota, BSCA imbagħad ipproponiet lil Ryanair li jaqsmu l-assi netti, li dak iż-żmien kienu jammontaw għal madwar EUR 350 000. Ryanair indikat li kienet tippreferi “tbattal” l-assi netti permezz ta' operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni finali. Minħabba l-eżistenza tal-proċedura ġudizzjarja, BSCA oġġezzjonat għall-irkupru ta' dawn l-operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni. Biex toħroġ minn din is-sitwazzjoni ta' staġnar, BSCA ipproponiet lil Ryanair li tbiegħilha l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom, jiġifier EUR 31 100, fuq il-bażi ta' ftehim iffirmat bl-irtirar immedjat ta' BSCA minn amministratur ta' Promocy. In-nota kienet tindika li l-awdituri u l-konsulenti legali ta' BSCA kienu qablu, “konxji bħalna li din hija l-unika soluzzjoni għalina”. L-awtur tan-nota rrakkomanda lill-Bord tad-Diretturi li jivvalida l-operazzjoni ta' bejgħ, ħaġa li dan għamel b'mod unanimu. |
(566) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Belġju ġab provi suffiċjenti rigward l-eżistenza tat-tilwima u tal-estensjoni tagħha, meta bagħat lill-Kummissjoni l-avviżi ta' rettifika tat-taxxa (207). |
(567) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li BSCA ġabet ruħha bħal operatur f'ekonomija tas-suq meta oġġezzjonat għall-irkupru tal-operazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u meta pproponiet lil Ryanair li tbiegħlha l-ishma tagħha fil-valur kontabilistiku tagħhom sabiex toħroġ mis-sitwazzjoni. Għaldaqstant il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. |
(v) Il-Ftehim Supplimentari tal-2010
(568) |
Fit-Taqsima 6.2.1, il-Kummissjoni wriet li meta ġie ffirmat il-Ftehim Supplimentari tal-2010, ir-riżorsi ta' BSCA ma kinux riżorsi pubbliċi u li barra minn hekk, id-deċiżjoni ta' BSCA li tiffirma l-Ftehim Supplimentari tal-2010 ma kinitx attribwibbli lill-Istat. |
(569) |
Madankollu, fl-ipoteżi fejn jiġi kkunsidrat li din il-konklużjoni tal-Kummissjoni mhijiex fondata, li l-Ftehim Supplimentari tal-2010 tabilħaqq ingħata permezz ta' riżorsi mill-Istat u li d-deċiżjoni li jingħata l-Ftehim Supplimentari tal-2010 kienet attribwibbli lill-Istat, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-Ftehim Supplimentari tal-2010 tax vantaġġ lil Ryanair. |
(570) |
F'din l-ipoteżi, ikun rilevanti li jiġi kkunsidrat li l-entità li tat il-miżura hija r-Reġjun/SOWAER/BSCA. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk ir-Reġjun/SOWAER/BSCA ġabux ruħhom bħal operaturi f'ekonomija tas-suq meta kkonkludew il-Ftehim Supplimentari tal-2010. |
(571) |
Il-Ftehim Supplimentari tal-2010 jipprovdi:
|
(572) |
Skont il-Belġju, dan il-Ftehim Supplimentari huwa r-riżultat tan-negozjati li saru minn BSCA u Ryanair wara t-tnaqqis għal BSCA tal-ispejjeż tas-servizzi ta' groundhandling bis-saħħa tal-introduzzjoni minn Ryanair ta' proċeduri ġodda bħall-ħlas tal-bagalji fl-istiva (li naqqas b'mod konsiderevoli n-numru ta' bagalji li jridu jiġu rreġistrati) u r-reġistrazzjoni obbligatorja tal-bagalji bl-internet. Skont il-Belġju, BSCA iddeċidiet li taqsam ma' Ryanair il-qligħ minn dan it-tnaqqis fl-ispejjeż bi tpattija għall-impenn ta' Ryanair li tibbaża erba' ajruplani addizzjonali f'Charleroi. |
(573) |
L-iffirmar tal-Ftehim Supplimentari tas-6 ta' Diċembru 2010 sar wara ċ-ċirkustanzi li ġejjin:
|
1. F'dak li jirrigwarda t-tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro fuq l-imposti ta' groundhandling mogħti minn BSCA
(574) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tenfasizza li dan it-tnaqqis kien jirrappreżenta biss nofs l-iffrankar magħmul minn BSCA minħabba l-proċeduri li ddaħħlu minn Ryanair. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li Ryanair kienet taf (210) kemm iffrankat BSCA, li kien jagħmel in-negozjar aktar diffiċli għal BSCA. |
(575) |
It-tieni, il-Kummissjoni tammetti li kien aktar diffiċli għal BSCA li tirrifjuta dan it-tnaqqis aktar u aktar meta Ryanair kienet qiegħda tippjana li tibbaża erba' ajruplani oħra f'Charleroi. Madankollu waqt li kienet taf li Ryanair kienet tirrappreżenta traffiku ta' 3 289 725 passiġġier fl-2009 u meta ssupponiet li nofs dawn il-passiġġieri kienu passiġġieri tielqa mill-ajruport, it-tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq mill-ajruport kien jirrappreżenta distakk għal BSCA ta' EUR [500 000-2 000 000], jiġifieri ferm inqas miż-żieda tal-EBIT (211) ta' [3-7] miljuni li wieħed seta' jistenna mill-erba' ajruplani addizzjonali skont il-kalkoli ta' BSCA (212). |
2. F'dak li jirrigwarda t-tnaqqis fuq l-imposta tal-PMM ta' [10-30] ċenteżmu tal-euro mogħti lil Ryanair
(576) |
Il-Belġju jargumenta li r-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (213) jipprovdi l-possibbiltà (u mhux l-obbligu) li wieħed jagħmel imposta għall-PMM biex jirkupra l-ispejjeż iġġenerati għall-ajruporti (214). Skont il-Belġju, kien estremament diffiċli għal BSCA li tistabbilixxi din l-imposta fuq il-kumpaniji tal-ajru. BSCA ippruvat tikseb mingħand Ryanair parteċipazzjoni għall-ispiża ta' organizzazzjoni tas-servizz tal-PMM, iżda Ryanair dejjem irrifjutat li tħallas l-imposta ppjanata minn BSCA, peress li hija kienet tikkontesta l-ammont għal ċerti raġjunijiet (215). Skont il-Belġju, il-Ftehim Supplimentari tal-2010 għen biex jintlaħaq ftehim ma' Ryanair dwar il-ħlas ta' imposta għall-PMM ta' ammont ferm iżgħar mit-tariffa ġenerali, iżda mhux xejn. |
(577) |
Il-Kummissjoni tinnota li sal-2010, Ryanair ma kinitx tħallas imposta ta' PMM u li BSCA ma kinitx f'qagħda li timponi fuq Ryanair il-ħlas ta' imposta bħal din. Għaldaqstant, ftehim, anki fuq l-ammont imnaqqas, kien itejjeb il-profittabbiltà ta' BSCA. |
(578) |
Il-Kumissjoni tinnota wkoll li tnaqqis ta' [10-30] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq kien jirrappreżenta għal BSCA telf ta' madwar EUR [100 000-300 000] (216). Miżjuda mat-tnaqqis ta' [10-50] ċenteżmu tal-euro għal kull passiġġier li jitlaq fuq l-ispejjeż ta' groundhandling, it-telf totali għal BSCA kien jammonta għal madwar EUR [0,6-2,3] miljun, jiġifieri ferm inqas miż-żieda tal-EBIT (217) ta' [3-7] miljuni li setgħet tkun mistennija mill-erba' ajruplani addizzjonali skont il-kalkoli ta' BSCA (218). |
(579) |
F'dak li jirrigwarda l-kundizzjoni speċifikata mill-punt 66 tal-Linji Gwida li l-ftehim irid ikun jifforma parti minn strateġija komprensiva maħsuba biex iġġib profitt lill-ajruport, il-Ftehim Supplimentari tal-2010 jidher li huwa żvilupp relattivament limitat tal-Ftehim tal-2005 – u mhux bidla radikali ta' dan il-ftehim – huwa nnifsu bbażat fuq strateġija ta' żvilupp li permezz tagħha BSCA kienet qiegħda tittama li żżid id-dħul tagħha mill-ajrunawtika u mhux mill-ajrunawtika, permezz tat-traffiku li kienet ser iġġib Ryanair, u fl-istess ħin tnaqqas l-ispejjeż tagħha għal kull passiġġier, u b'hekk tikseb marġni ta' profitt suffiċjenti xi ftit jew aktar fit-tul. |
(580) |
Fl-ipoteżi li jiġi kkunsidrat li l-Ftehim Supplimentari tal-2010 ingħata permezz ta' riżorsi mill-Istat u li d-deċiżjoni li jingħata l-Ftehim Supplimentari tal-2010 kienet attribwibbli lill-Istat, ikollu jkun konkluż li r-Reġjun/SOWAER/BSCA ġabu ruħhom bħala operaturi f'ekonomija tas-suq meta kkonkludew il-Ftehim Supplimentari tal-2010 u li dan tal-aħħar mhuwiex għajnuna mill-Istat. |
6.2.3.
(581) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li:
Għalhekk il-miżuri favur Ryanair mhumiex għajnuna mill-Istat. |
6.3. Kumpatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna lil BSCA
(582) |
Kif konkluż fil-premessa 487, il-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 huma għajnuna mill-Istat favur BSCA. Din l-għajnuna ġejja minn dik li mill-Ftehimiet tal-2002 u mid-deċiżjoni ta' investiment tal-2003 tirriżulta bħala imposta ta' konċessjoni baxxa wisq fir-rigward tal-infrastrutturi li qiegħed għad-dispożizzjoni tagħha l-grupp Reġjun-SOWAER, mis-servizzi pprovduti u mis-sussidji mogħtija, u dan sa tmiem il-konċessjoni tal-art mogħtija lil BSCA, jiġifieri fl-2040. Din l-għajnuna tippermetti għalhekk lil BSCA tnaqqas l-ispejjeż operattivi tagħha, jiġifieri l-imposta ta' konċessjoni. Għaldaqstant tikkostitwixxi għajnuna operattiva li bdiet tinkiseb mill-2002 u li ser tkompli tinkiseb sal-2040 jekk ma jiġux adottati miżuri korrettivi biex jemendaw il-metodi ta' kalkolu tal-imposta fuq il-konċessjoni. Jeħtieġ li jitfakkar ukoll, biex niskartaw it-teżi li din l-għajnuna tista' tkun għajnuna għall-investiment, li hija responsabbiltà ta' SOWAER, u mhux ta' BSCA, li twettaq u tiffinanzja l-programm ta' investimenti anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA u li SOWAER hija sidt il-bini u l-infrastrutturi li fihom isiru l-investimenti. L-għajnuna identifikata mill-Kummissjoni ma tikkonsistix għalhekk f'li ittaffi l-ispejjeż ta' investiment li BSCA normalment ikollha ġġorr u għaldaqstant mhijiex għajnuna għall-investimenti, iżda għajnuna operattiva. |
(583) |
L-għan ta' din it-Taqsima huwa li jiġi ddeterminat jekk din l-għajnuna operattiva lil BSCA tistax tkun kumpatibbli mas-suq intern. Barra minn hekk, kif kien konkluż fil-premessa (487), il-Kummissjoni ma teskludix li ż-żieda tal-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fl-2002 tista' wkoll tkun għajnuna mill-Istat favur BSCA. Peress li hija żieda fil-kapital, jekk din il-miżura hija għajnuna, hija wkoll għajnuna operattiva. Wara, il-Kummissjoni ser tinkludi din iż-żieda fil-kapital fl-analiżi tagħha tal-kumpatibbiltà billi tassumi li hija għajnuna. |
6.3.1. Kumpatibbiltà fid-dawl tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE
(584) |
Skont il-Belġju (ara t-Taqsima 5.1.2.2), is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport, jekk il-Kummissjoni kellha tqis li huwa għajnuna, fi kwalunkwe każ huwa kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
(585) |
Fil-premessa 410, il-Kummissjoni tat ir-raġunijiet li għalihom hija tqis li s-servizzi ekonomiċi li għalihom ir-Reġjun iħallas sussidju ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala servizzi ekonomiċi ta' interess ġenerali. |
(586) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jeħtieġ li tiġi eżaminata l-kumpatibbiltà tal-miżura li rriżultat mill-Ftehimiet tal-2002 kollha kemm hi (jiġifieri imposta ta' konċessjoni aktar baxxa mill-imposta konformi għall-prezz tas-suq, minħabba s-sussidji mħallsa mir-Reġjun lil BSCA) u mhux biss il-kumpatibbiltà tas-sussidju tar-Reġjun. |
(587) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri favur BSCA ma jistgħux ikunu kkunsidrati kumpatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, jew fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet u l-oqfsa bbażati fuq l-Artikolu 106(2) tat-TFUE. |
6.3.2. Kumpatibbiltà fid-dawl tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE
(588) |
Skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE, l-għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni tista' titqies bħala kumpatibbli mas-suq intern. |
(589) |
Skont il-punt 172 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni li daħlu fis-seħħ fl-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni “se tapplika l-prinċipji stipulati f'dawn il-Linji Gwida għall-każijiet kollha dwar l-għajnuna għall-ġestjoni (notifiki pendenti u għajnuna illegali mhux notifikata) għall-ajruporti anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel l-4 April 2014 u l-bidu tal-perjodu ta' tranżizzjoni”. |
(590) |
Skont ċerti partijiet, l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għal għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija Linji Gwida tmur kontra l-prinċipji ġenerali tal-liġi (ara t-Taqsima 4.1.2(b)). |
(591) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li fis-Sentenza tagħha Vizcaya (219), il-Qorti tal-Ġustizzja osservat:
Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li fil-kawża inkwistjoni, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju tan-nonretroattività, u lanqas dak taċ-ċertezza legali, meta applikat ir-regoli l-ġodda sabiex tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna implimentata mingħajr ma ġiet notifikata. |
(592) |
Il-Kummissjoni tosserva li bħal fil-Kawża Vizcaya, l-għajnuna favur BSCA ġiet implimentata mingħajr ma ġiet notifikata. Hija tqis li l-applikazzjoni tal-punt 172 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni għall-miżuri inkwistjoni mhijiex kuntrarja għall-prinċipji ġenerali tal-liġi. |
(593) |
Skont il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “għajnuna għall-ġestjoni mogħtija qabel ma beda l-perjodu ta' tranżizzjoni (inkluż għajnuna mħallsa qabel l-4 April 2014), tali għajnuna għall-ġestjoni tista' tiġi ddikjarata kumpatibbli sal-livell totali tal-ispejjeż ta' ġestjoni mhux koperti, jekk il-kundizzjonijiet a), b), c), d), e) u f) kif stipulati fit-Taqsima 5.1.2, għajr il-punti 115, 119, 121, 122, 123, 126 sa 130, 132, 133 u 134 jiġu sodisfatti. Meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna għall-ġestjoni mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni”. |
(594) |
Biex iħeġġu l-iżvilupp tas-settur tal-ajrunawtika, il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jiddistingwu għalhekk l-għajnuna mogħtija qabel il-bidu tal-perjodu ta' tranżizzjoni (inkluża l-għajnuna mħallsa qabel l-4 ta' April 2014) minn dik mogħtija wara. |
(595) |
Il-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 5.1.2 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni huma dawn li ġejjin:
|
(596) |
Il-Kummissjoni ser teżamina għalhekk jekk l-għajnuna mogħtija lil BSCA, jiġifieri l-Ftehimiet tal-2002, id-deċiżjoni tal-investimenti u ż-żieda fil-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER (fl-ipoteżi li, fil-każ ta' din il-miżura, hija għajnuna mill-Istat) tissodisfax kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. |
6.3.2.1.
(597) |
Il-punt 113 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jikkwota l-objettivi ta' interess ġenerali li ġejjin:
|
(598) |
F'dan il-każ, l-għajnuna ngħatat biex tgħin l-iżvilupp reġjonali. Fil-fatt, ir-rapporti pprovduti insostenn tad-deċiżjonijiet tal-gvern jiġġustifikaw l-interess tal-investimenti fl-iżvilupp tal-ajruport permezz tal-impatt pożittiv fuq l-ekonomija u l-impjiegi f'Charleroi u fir-reġjun tiegħu (220). Bil-problema tar-rikonverżjoni tal-baċin industrijali l-antik tar-reġjun ta' Charleroi, is-sit tal-ajruport huwa identifikat bħala pol ġdid ta' żvilupp li jintegra r-riċerka u l-iżvilupp, setturi avvanzati u l-ftuħ għall-ekonomija Ewropea. In-nota tal-Ministru lill-Gvern tispeċifika: “Permezz tad-dikjarazzjoni tiegħu dwar il-politika reġjonali approvata fil-15 ta' Lulju 1999, il-Parlament tal-Vallonja jirrikonoxxi li l-ajruporti reġjonali jikkostitwixxu poli ta' żvilupp ekonomiċi u ta' ħolqien ta' impjiegi importanti għar-reġjun tal-Vallonja li għandhom jiġu kkunsidrati kemm f'termini ekonomiċi u ambjentali kif ukoll f'termini ta' trasport. L-objettivi prinċipali huma:
(…) Huwa importanti għalhekk li biex l-ajruport ikun jista' jaqdi r-rwol tiegħu ta' lieva ekonomika reġjonali jiġi mgħammar b'infrastruttura kompluta bħala parti minn pjan komprensiv ta' żvilupp.” |
(599) |
In-nota msemmija hawn fuq tispjega wkoll fil-qosor ir-riżultat ta' diversi studji magħmula bl-għan li jagħtu direzzjoni lill-politika ta' żvilupp tal-ajruporti tal-Vallonja. L-istudju li sar minn Tractebel jipprovdi valutazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi u tal-impjiegi ġġenerati għal objettivi ta' miljun u ta' żewġ miljun passiġġier. Jirriżulta li miljun passiġġier jiġġeneraw 6 364 impjieg filwaqt li żewġ miljun passiġġier jiġġeneraw 8 090. |
(600) |
Fl-ipoteżi li ż-żieda fil-kapital sottoskritta minn SOWAER tikkostitwixxi għajnuna, din iż-żieda fil-kapital kellha l-għan li tippermetti lil BSCA tevita falliment eventwali, b'mod li BSCA tista' tkompli l-attività tagħha u b'hekk tilħaq l-għan ta' interess ġenerali deskritt fil-premessa preċedenti. |
(601) |
Fuq il-bażi tad-dejta disponibbli attwalment, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna effettivament iffaċilitat l-iżvilupp tar-reġjun ta' Charleroi billi ppermettiet it-trasformazzjoni ta' ajruport modest f'ajruport reġjonali kbir ta' kważi seba' miljun passiġġier fis-sena, u b'hekk iġġenera attività ekonomika kbira fl-ajruport u madwaru. F'termini ta' impjiegi, skont studju tal-Bank Nazzjonali tal-Belġju bbażat fuq dejta tal-2009, l-ajruport ta' Charleroi ippermetta l-ħolqien dirett ta' 1 323 impjieg ekwivalenti full-time u l-ħolqien indirett ta' 1 525 impjieg ekwivalenti full-time. |
(602) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna kkontribwiet għal objettiv ta' interess ġenerali definit b'mod ċar, jiġifieri l-iżvilupp ekonomiku ta' Charleroi u tar-reġjun tiegħu. |
(603) |
Madankollu fadal jiġi vverifikat, skont il-punt 114 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, li l-għajnuna ma tippromwovix il-proliferazzjoni ta' ajruporti li ma jħallux qligħ. |
(604) |
F'dan il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prospetti ta' użu tal-ajruport, kif stabbiliti mill-istudji li saru fl-2000-2001 (221), jiġifieri ftit qabel ma ġew adottati l-miżuri, kienu suffiċjenti biex jiġġustifikaw dawn l-investimenti. Jirriżulta fil-fatt minn dawn l-istudji li kienet teżisti domanda għall-ajruport ta' Charleroi, b'mod partikolari fis-segment tal-low cost, segment li l-ajruport ta' Brussels-National dak iż-żmien ma kienx attiv fih. L-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi u l-profittabbiltà tal-operatur tagħha BSCA juru a posteriori l-eżistenza ta' dawn il-prospetti ta' żvilupp. Għalhekk, qabel tmiem l-2013, BSCA kellha qligħ kurrenti qabel it-taxxa ta' EUR 14,86 miljun, jiġifieri aktar mill-ammont ta' għajnuna mill-Istat li rċeviet dik is-sena (l-ammonti tal-għajnuna huma indikati fit-Tabella 34). |
(605) |
Ċertament, kif indikat fil-premessa 484 u żviluppat fil-premessa 626, parti kbira miż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi tikkoinċidi maż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National. Kif intwera fil-premessi 627 sa 641, l-għajnuna kkawżat distorsjonijiet konsiderevoli fil-kompetizzjoni billi affettwat it-tkabbir tan-numru ta' passiġġier fl-ajruport ta' Brussels-National fuq is-segment tat-titjiriet qosra u medji minn punt għal punt. Madankollu, l-ajruport ta' Brussels-National għandu kapaċitajiet li ma jintużawx (skont Brussels Airport Company, l-operatur tal-ajruport ta' Brussels-National, il-kapaċitajiet ta' Brussels-National jammontaw għal 28 miljun passiġġier). |
(606) |
Madankollu, minn meta ngħatat l-għajnuna lil BSCA fl-2002 u fl-2003, it-traffiku fl-ajruport ta' Bruxelles National dejjem baqa' ogħla minn 14-il miljun passiġġier, jiġifieri nofs il-kapaċità teoretika tiegħu. Mill-2002 (222), dan it-traffiku baqa' jikber (ħlief fl-2009), nki jekk dan it-tkabbir huwa moderat b'paragun ma' dak tal-ajruport ta' Charleroi. Tabella 27 Żvilupp fin-numru ta' passiġġieri fi Brussels-National u f'Charleroi
L-EBIT (223) ta' BAC huwa pożittiv minn tal-inqas l-2006 […]. |
(607) |
Il-Kummissjoni tinnota għalhekk li għalkemm l-għajnuna lil BSCA affettwat it-tkabbir tat-traffiku tal-passiġġieri fi Brussels-National u, minħabba l-eżistenza ta' ekonomiji ta' skala, naqqset il-profittabbiltà ta' BAC, ma wasslitx għall-proliferazzjoni tal-ajruporti li ma jagħmlux qligħ. Dan huwa spjegat b'mod partikolari mid-densità għolja (224) u d-domanda kbira ta' servizzi bl-ajru (225) fiż-żoni ta' kummerċ tal-ajruporti ta' Charleroi u Brussels-National, li jippermettu liż-żewġ ajruporti li jagħmlu l-qligħ. |
6.3.2.2.
(608) |
Kif speċifikat fil-punti 116 u 118 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, “l-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tistà ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jistax jagħti hu stess. (…) Fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq, il-ħtieġa għal fondi pubbliċi biex ikunu iffinanzjati kostijiet operatorji, minħabba kostijiet fissi għolja, se tvarja skont id-daqs ta' ajruport. Fil-prinċipju tkun proporzjonalment ogħla għal ajruporti iżgħar.” Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ajruporti li jilqgħu bejn miljun u tliet miljun passiġġier fis-sena “għandhom ġeneralment ikunu kapaċi jġorru l-parti l-kbira tal-ispejjeż operattivi tagħhom” u li l-ajruporti li jilqgħu aktar minn tliet miljun passiġġier fis-sena “huma ġeneralment profittabbli fil-livell operattiv u wkoll għandhom ikunu kapaċi jerfgħu l-ispejjeż operattivi tagħhom”. |
(609) |
Il-Kummissjoni madankollu tinnota li l-punt 119 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, li jgħid li “Il-Kummissjoni tqis għalhekk li biex ikun eliġibbli għal għajnuna operattiva, ajruport ma jridx ikun jilqa' aktar minn tliet miljun passiġġier fis-sena (226)”, mhuwiex applikabbli għall-għajnuna mogħtija qabel l-4 ta' April 2014. |
(610) |
Fiż-żmien meta ġew deċiżi l-miżuri fl-2002 u fl-2003, it-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi kien bejn miljun u żewġ miljun passiġġier. Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2002 kien jipprovdi li t-traffiku kien ser jaqbeż it-tliet miljun passiġġier fl-2011. |
(611) |
Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2002 kien jipprovdi li anki bl-għajnuna, BSCA ma kinitx ser tagħmel qligħ qabel l-2005 (fil-fatt, BSCA bdiet tagħmel qligħ fl-2004). B'hekk, kieku l-imposta ta' konċessjoni kienet ugwali għall-imposta skont prezz tas-suq, ir-Reġjun u SOWAER kienu jistennew li BSCA takkumula t-telf operattiv tal-inqas matul l-ewwel snin u tkun f'diffikultajiet finanzjarji, li kien jhedded il-funzjonament tal-ajruport ta' Charleroi u l-iżvilupp tiegħu, u allura l-kisba tal-objettiv ta' żvilupp ekonomiku tal-għajnuna. Bl-istess mod, fin-nuqqas taż-żieda ta' kapital tal-2002, BSCA kienet tiffaċċja diffikultajiet finanzjarji li setgħu jikkompromettu l-funzjonament u l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi. Barra minn hekk, mingħajr l-għajnuna, BSCA kienet titlob imposti tal-avjazzjoni ferm ogħla mingħand Ryanair u mill-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn, sabiex tassigura l-bilanċ finanzjarju tagħha. F'din l-ipoteżi, huwa possibbli li Ryanair, klijenta ewlenija ta' BSCA, kienet tiddeċiedi li tittrasferixxi l-bażi tagħha f'Charleroi lejn ajruport ieħor, jew saħansitra tnaqqas b'mod sostanzjali l-attività tagħha f'dan l-ajruport, li kien jipperikola wkoll l-iżvilupp tal-ajruport u l-konsegwenzi li kien jippretendi r-Reġjun f'termini ta' żvilupp ekonomiku. |
(612) |
Skont il-pjan ta' negozju tal-2002, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna tal-2002 u tal-2003 kienet meħtieġa. |
6.3.2.3.
(613) |
Il-punt 120 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdi li “l-Istati Membri għandhom juru li l-għajnuna hija xierqa biex tinkiseb il-mira maħsuba jew biex ikunu solvuti l-problemi li għalihom ġiet deċiża l-għajnuna. Miżura ta' għajnuna mhux se titqies kumpatibbli jekk strumenti ta' politika jew strumenti ta' għajnuna oħra li joħolqu inqas distorsjoni jippermettu li tintlaħaq l-istess mira”. |
(614) |
Fl-ispirtu tal-punti 121 sa 123 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni –u anki jekk dawn il-punti ma japplikawx formalment għal dan il-każ-, wieħed jista' jeżamina jekk hemmx strument ta' politika li jista' jilħaq l-istess mira, u li jkompli jħeġġeġ il-ġestjoni effiċjenti tal-ajruport. L-istrumenti li jistabbilixxu minn qabel l-ammont tal-għajnuna b'mod li tkopri d-defiċit ta' finanzjament prevedibbli huma eżempju ta' strumenti li jinkoraġġixxu l-ġestjoni effiċjenti ta' ajruport. |
(615) |
L-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA hija definita ex ante u għalhekk tinċentiva lil BSCA biex tmexxi l-ajruport b'mod effiċjenti. Għalkemm huwa veru li min-naħa l-oħra, is-sussidju mħallas mir-Reġjun għal xi servizzi skont l-ispejjeż imġarrba u mhux f'ammont fiss definit ex ante, is-sehem ta' dan is-sussidju relatat mas-servizzi ekonomiċi jibqa' relattivament baxx. Bl-istess mod, iż-żieda fil-kapital tal-2002 huwa intervent speċifiku li mhuwiex ir-riżultat ta' ammont fiss definit ex ante, iżda hija tirrappreżenta ammont relattivament limitat meta mqabbel mal-ammonti ta' għajnuna li jirriżultaw mill-Ftehimiet tal-2002 u mid-deċiżjoni ta' investiment tal-2003. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lil BSCA iżżomm l-inċentivi ta' BSCA li tmexxi l-ajruport b'mod effiċjenti u hija strument politiku xieraq. |
6.3.2.4.
(616) |
Il-punt 124 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jispeċifika li “l-għajnuna għall-ġestjoni għandha effett ta' inċentiv jekk x'aktarx li, fin-nuqqas ta' għajnuna għall-ġestjoni, u waqt li tkun ikkunsidrata l-preżenza possibbli ta' għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti”. |
(617) |
L-għajnuna lil BSCA ippermettiet l-immodernizzar tal-ajruport ta' Charleroi u żieda fil-kapaċità tiegħu, filwaqt li żammet l-ispejjeż operattivi ta' BSCA f'livell li ppermettielha toffri u żżomm kundizzjonijiet attraenti għall-kumpaniji tal-ajru li jużaw l-ajruport, fosthom Ryanair, mingħajr ma tidħol f'diffikultajiet finanzjarji kbar. Fil-fatt, kif indikat fil-premessa 611, fin-nuqqas ta' għajnuna, BSCA kienet titlob imposti tal-avjazzjoni ferm ogħla mingħand Ryanair u l-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. F'din l-ipoteżi, jista' jkun li Ryanair, il-klijenta ewlenija ta' BSCA, kienet tiddeċiedi li ċċaqlaq il-bażi tagħha f'Charleroi lejn ajruport ieħor, jew saħansitra tnaqqas b'mod sinifikanti l-attività tagħha f'dan l-ajruport. |
(618) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ta' Charleroi aktarx kien ikun ferm inqas. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kellha effett ta' inċentiv. |
6.3.2.5.
(619) |
Il-punt 125 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jispeċifika li “Sabiex tkun proporzjonata, għajnuna għall-ġestjoni lill-ajruporti għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju biex isseħħ l-attività li qed tirċievi l-għajnuna.” |
(620) |
Biex ikun iddeterminat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-pjan ta' negozju ta' BSCA (li jinkludi l-għajnuna) kienx jippermetti lil BSCA tistenna qligħ li ma jaqbiżx qligħ raġonevoli. |
(621) |
Il-pjan ta' negozju ta' BSCA tal-2002 juri ritorn fuq l-ekwità antiċipat fuq il-perjodu 2002-2015 ta' 8,3 % u ritorn fuq il-kapital investit ta' 9,6 %. Minħabba li sabiex tapplika l-kriterju tal-operatur f'ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni qieset li rata ta' ritorn fuq l-ekwità ta' 9 % setgħet tkun mistennija fl-2002 (227), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-qligħ previst ex ante ma kienx jaqbeż livell raġonevoli. Sakemm l-għajnuna ġiet imfassla b'mod li tiżgura lil BSCA kopertura ta' dawn l-ispejjeż u qligħ li ma jaqbiżx livell raġonevoli, l-għajnuna tal-2002 u l-2003 tista' titqies proporzjonata. |
6.3.2.6.
(622) |
Il-punt 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jenfasizza l-importanza li jiġu vvalutati l-effetti tal-għajnuna f'termini ta' distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għall-għajnuna mogħtija qabel l-4 ta' April 2014. Fil-fatt jispeċifika li “B'mod partikolari, meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna għall-ġestjoni mogħtija qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni ser tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.” |
(623) |
Barra minn hekk, il-punt 131 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jispeċifika li “meta tivvaluta l-kumpatibbiltà ta' għajnuna għall-ġestjoni il-Kummissjoni ser tqis id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoniu l-effetti fuq il-kummerċ. Fejn ajruport jinstab fl-istess medda ta' lħuq ta' ajruport ieħor b'kapaċità żejda, il-pjan ta' negozju, ibbażat fuq previżjonijiet tajba tat-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, għandu jidentifika l-effett probabbli fuq it-traffiku tal-ajruporti l-oħra li jinsabu f'dik iż-żona ta' lħuq.” |
(a) Identifikazzjoni taż-żona ta' kummerċ u tal-ajruporti kompetituri
(624) |
Skont il-Belġju, iż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi tkopri sa sagħtejn bit-triq u tinkludi 15-il miljun persuna li jistgħu jkunu klijenti tal-kumpaniji low cost. Din iż-żona tinkludi lill-Belġju, it-Tramuntana ta' Franza, in-Nofsinhar tal-Pajjiżi l-Baxxi, it-Tramuntana tal-Lussemburgu u l-Punent tal-Ġermanja. |
(625) |
Qrib Charleroi hemm diversi ajruporti li ż-żoni ta' kummerċ tagħhom jikkoinċidu ma' dik ta' Charleroi: Liège (49 minuta 'l bogħod bit-triq u 78 km 'l bogħod) – madankollu wieħed irid jiċċara li l-ajruport ta' Liège huwa speċjalizzat fil-merkanzija -, Lille (1h12, 121 km) u b'mod speċjali Brussels-National (46 min, 69 km (228)) (229). |
(626) |
Parti kbira miż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Charleroi tikkoinċidi maż-żona ta' kummerċ tal-ajruport ta' Brussels-National. Iż-żona koinċidenti tinkludi b'mod partikolari r-Reġjun ta' Bruxelles-capitale, l-aktar żona popolata taż-żona koinċidenti b'1,2 miljun abitant. Anki jekk l-ajruport ta' Charleroi huwa aktar imbiegħed minn Brussell mill-ajruport ta' Brussels-National, il-vjaġġ bit-triq miċ-ċentru ta' Brussell lejn Charleroi ma jiħux aktar minn madwar 30 minuta aktar mill-vjaġġ lejn Brussels-National. Tabella 28 Distanzi u ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn iċ-ċentru ta' Brussell u l-ajruporti ta' Charleroi u Brussels-National
|
(b) Analiżi tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna
(627) |
Id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna jistgħu jseħħu minħabba li:
|
(i) Eżami tas-sostitwibbiltà tal-offerti tas-servizzi tal-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National
(628) |
Skont il-Belġju, f'dak li jirrigwarda n-nuqqas jew l-evitar ta' effett ħażin fuq il-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tqiegħed lilha nfisha fid-data tal-għoti tal-finanzjament pubbliku sabiex tivvaluta jekk din il-kundizzjoni hijiex issodisfata. Dejjem skont il-Belġju, l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi ġej mill-ħolqien ta' suq ġdid fuq segment partikolari, jiġifieri l-low cost, li ftit li xejn kien żviluppat fl-ajruport ta' Brussels-National meta ngħatat l-għajnuna. Barra minn hekk, żewġ studji li saru minn esperti indipendenti, Roland Berger International Management Consultant u GTM, kienu stabbilixxew is-saturazzjoni imminenti ta' Brussels-National u n-nuqqas ta' koinċidenza f'termini ta' klijentela bejn iż-żewġ ajruporti. Il-kumpaniji li jiffrekwentaw l-ajruport ta' Brussell dak iż-żmien ma kellhom l-ebda interess fl-ajruport ta' Charleroi filwaqt li Ryanair, l-utent ewlieni tal-ajruport ta' Charleroi, ma kellha ebda pjan dak iż-żmien li tistabbilixxi ruħha f'ajruporti prinċipali. Fis-sena 2000, l-ajruport ta' Charleroi kien qed ibati minn problema kbira ta' immaġni kif kienu juru l-istudji ta' GTM u ta' Roland Berger International Management Consultant. L-infrastruttura kienet skomda, limitata u ftit li xejn iffrekwentata. L-ajruport kien joffri biss rotta regolari u xi titjiriet ċarter fis-sajf. Għaldaqstant, skont il-Belġju, ma jistax jitqies li dak iż-żmien, l-ajruport ta' Charleroi seta' jikkompeti mal-ajruport ta' Brussels-National. Fl-aħħar nett, l-ajruport ta' Brussels-National kien vantaġġjat f'termini ta' infrastrutturi (diversi terminals, diversi runways, eċċ.) u ta' aċċessibbiltà minħabba l-pożizzjoni tiegħu qrib il-kapitali u l-konnessjoni ferrovjarja li Charleroi ma kellux. |
(629) |
F'dak li jirrigwarda dawn il-kummenti tal-Belġju, il-Kummissjoni tagħmel dawn l-osservazzjonijiet:
|
(630) |
F'dan li jirrigwarda l-kwistjoni tas-sostitwibbiltà tal-offerti tas-servizzi tal-ajruporti ta' Charleroi u ta' Brussels-National, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ż-żewġ ajruporti mhumiex perfettament sostitwibbli:
|
(631) |
Xorta waħda jibqa' l-fatt li l-offerti jikkoinċidu xi ftit. Għalkemm huwa minn li l-koinċidenza kienet inqas meta ngħatat l-għajnuna, xorta waħda kienet teżisti diġà. Barra minn hekk, wieħed seta' jbassar li minħabba l-għajnuna, l-offerti taż-żewġ ajruporti kienu ser ikunu aktar f'kompetizzjoni. B'hekk, l-ajruport ta' Charleroi joffri titjiriet li jistgħu jinteressaw parti mill-klijentela tal-ajruport ta' Brussels-National permezz ta' titjiriet qosra u medji. Id-dejta li ġejja turi l-evoluzzjoni tan-numri ta' rotot operati mill-ajruport ta' Charleroi u fosthom, dawk fejn l-ajruport ta' Brussels-National kien joffri servizz lejn l-istess destinazzjoni. Tabella 29 Rotot li jitilqu mill-ajruport ta' Charleroi u fosthom dawk li għalihom l-istess destinazzjoni hija moqdija mill-ajruport ta' Brussels-National
|
(632) |
Ir-rotot offruti bl-istess mod mill-ajruport ta' Charleroi u mill-ajruport ta' Brussels-National żdiedu ħafna (minn 5 fl-2002 għal 63 fl-2013), u b'hekk joħolqu pressjoni kompetittiva kbira fuq l-ajruport ta' Brussels-National. |
(ii) Eżami tal-effetti tal-għajnuna
(633) |
Skont l-operatur tal-ajruport ta' Brussels-National (minn hawn 'il quddiem “BAC”), minħabba l-koinċidenza kbira bejn ir-rotot operati mill-ajruport ta' Charleroi u d-destinazzjonijiet operati mill-ajruport ta' Brussels-National, l-effett tal-għajnuna, li jippermetti lil BSCA toffri lill-kumpaniji tal-ajru tariffi partikolarment attraenti, huwa kbir ħafna fuq l-arjuport ta' Brussels-National. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni hija partikolarment qawwija fuq it-titjiriet qosra, peress li l-imposta għandha impatt relattiv akbar fuq il-prezz tat-titjiriet qosra milli fuq dak tat-titjiriet fit-tul. |
(634) |
It-Tabella 30 turi l-iżvilupp fin-numru ta' passiġġieri li jivvjaġġaw fuq titjiriet qosra minn u lejn Charleroi u Brussels-National (peress li Brussels-National u Charleroi mhumiex f'kompetizzjoni fuq it-titjiriet fit-tul minħabba li dawn ma jiġux offruti f'Charleroi). Tabella 30 L-iżvilupp fin-numru ta' passiġġieri (f'miljuni) fuq it-titjiriet qosra minn u lejn Brussels-National (BRU) u minn u lejn Charleroi (CRL)
|
(635) |
It-tabella li tidher fil-premessa 634 turi li filwaqt li fl-2004 it-traffiku f'Charleroi kien jirrappreżenta biss 17 % tat-traffiku ta' Brussels-National fuq is-segment tat-titjiriet qosra, fl-2013 kien jirrappreżenta kważi 55 %. It-tkabbir tal-ajruport ta' Charleroi kien partikolarment qawwi fis-snin 2008 sal-2010, meta fl-istess żmien it-traffiku fuq it-titjiriet qosra kien qed jonqos fi Brussels-National. Dan l-iżvilupp importanti tal-ajruport ta' Charleroi fis-snin 2008 sal-2010 huwa dovut parzjalment għall-ftuħ tat-terminal il-ġdid fl-2008, iffinanzjat minn SOWAER u li għalih f'din id-deċiżjoni ġie stabbilit li BSCA ma ħallsitx prezz tas-suq. |
(636) |
Skont BAC, din is-sitwazzjoni twassal għal telf li jammonta għal 2,5 miljun passiġġier, jiġifieri telf annwali ta' EUR 50 miljun. BAC tivvaluta li fuq l-erba' milun passiġġier addizzjonali f'Charleroi fl-2011 meta mqabbla mal-2005, huwa probabbli li 1,5 miljun biss huma klijenti ġodda, filwaqt li t-2,5 miljun li jifdal huma passiġġieri li f'ċirkustanzi oħrajn kienu jmorru jew jibqgħu fi Brussels-National. |
(iii) Konklużjoni
(637) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li:
|
(638) |
Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ħolqot distorsjonijiet kbar li kienu ta' ħsara għall-ajruporti f'kompetizzjoni mal-ajruport ta' Charleroi, b'mod speċjali, l-ajruport ta' Brussels-National. Rigward iż-żieda tal-kapital tal-2002, fl-ipoteżi li din hija għajnuna, hija kkontribwiet għal dawn id-distorsjonijiet peress li evitat id-diffikultajiet finanzjarji ta' BSCA u ppermettitilha tkompli tiżviluppa l-ajruport ta' Charleroi. Din il-kontribuzzjoni għad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni madankollu hija żgħira, peress li kien intervent ta' darba, f'ammont limitat meta mqabbel mal-ammonti tal-għajnuna ta' miżuri oħrajn eżaminati hawnhekk, u li barra minn hekk seħħ fil-bidu tal-fażi ta' żvilupp tal-ajruport, meta t-traffiku tiegħu kien għadu żgħir meta mqabbel ma' dak tal-ajruport ta' Brussels-National. |
(639) |
Il-Kummissjoni tinnota li t-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi kiber b'aktar minn ħames darbiet minn meta ngħatat l-għajnuna (230) (dan it-tkabbir huwa ferm ogħla mit-tkabbir medju tal-ajruporti), filwaqt li t-traffiku fl-ajruport ta' Brussels-National fuq is-segment tat-titjiriet qosra u medji minn punt għal punt staġna mill-2004 'l hawn. Dan jikkonferma a posteriori li parti mit-tkabbir fl-ajruport ta' Charleroi sar bi ħsara għat-tkabbir ta' dak ta' Brussels-National. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-impatt kompetittiv tal-ajruport ta' Charleroi kien partikolarment qawwi mill-2008 minħabba ż-żieda fil-kapaċità tiegħu li setgħet isseħħ permezz tal-investimenti li għamlet SOWAER. |
(640) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li mill-bidu tal-2014, l-ajruport ta' Brussels-National qed jilqa' lil Ryanair u qed jiżviluppa fuq is-segment tal-low cost. Kien diġà qed jilqa' lil Vueling. Għaldaqstant il-kompetizzjoni bejn iż-żewġ ajruporti aktarx tkompli tikber fil-futur, peress li ż-żewġ ajruporti jistgħu jattiraw lill-istess kumpaniji tal-ajru u lill-istess segmenti ta' klijentela. |
(641) |
Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna ħolqot distorsjonijiet kbar fil-kompetizzjoni billi taffiet l-ispejjeż operattivi ta' BSCA permezz ta' imposti ta' konċessjoni baxxi aktar min-normal. Dawn id-distorsjonijiet kienu ċertament limitati fl-ewwel snin ta' wara l-għoti tal-miżuri inkwistjoni, jiġifieri fl-2002 u fl-2003, peress li l-investimenti kienu għadhom ma sarux kollha u l-ajruport ta' Charleroi kien għadu qed jirreġistra traffiku limitat, iżda dawn kibru wara u llum għadhom ferm konsiderevoli. |
6.3.2.7.
(642) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lil BSCA ikkontribwixxiet għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali, iżda kellha effetti kbar u dejjem jikbru fuq l-ajruporti kompetituri mal-ajruport ta' Charleroi, u b'mod partikolari fuq l-ajruport ta' Brussels-National. |
(643) |
Il-Kummissjoni tinnota li kieku l-għajnuna ngħatat wara d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, jiġifieri wara l-4 ta' April 2014, din l-għajnuna ma titqiesx kumpatibbli mas-suq intern. Fil-fatt, il-punt 119 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni jipprovdi li “sabiex ikun eliġibbli għal għajnuna għall-ġestjoni, it-traffiku annwali tal-ajruport ma għandux jaqbeż it-tliet (3) miljun passiġġier”. |
(644) |
Din l-għajnuna ngħatat qabel l-4 ta' April 2014 u l-punt 119 tal-Linji Gwida tal-Avajzzjoni ma japplikax. Madankollu, skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-għajnuna operattiva illegali mogħtija lill-ajruporti waqt li tikkunsidra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati minn din l-għajnuna (231). Skont il-Kummissjoni, dan ir-rekwiżit jimplika li għandha tiddeċiedi dwar l-għajnuna inkwistjoni fid-dawl, minn naħa, tal-effetti pożittivi tagħha fuq l-objettiv ta' interess ġenerali li ssegwi u, min-naħa l-oħra, tal-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. F'dan il-każ, ġie stabbilit li l-għajnuna kellha effett pożittiv kbir fuq l-iżvilupp ekonomiku ta' Charleroi u tar-reġjun tiegħu, li jista' jkun rikonoxxut bħala objettiv ta' interess ġenerali li jiġġustifika għajnuna operattiva, li madankollu ħolqot effetti negattivi konsiderevoli, u li baqgħu jiżdiedu sakemm saru kbar ħafna. |
(645) |
Kif jiġri, peress li l-effetti negattivi tal-għajnuna, li għall-bidu kienu limitati, żdiedu kontinwament maż-żmien biex kibru żżejjed, il-Kummissjoni tqis li minn ċerta data, ir-Reġjun-SOWAER kellu jitlob li BSCA tħallas imposta ta' konċessjoni konformi mal-livell li kien jiġi stabbilit meta ngħataw il-miżuri inkwistjoni, fl-2002 u fl-2003, kieku r-Reġjun–SOWAER kien ġab ruħu bħal operatur f'ekonomija tas-suq ma' BSCA billi joffri l-infrastrutturi tiegħu lil BSCA f'perspettiva ta' qligħ. Għalhekk BSCA ibbenefikat minn għajnuna operattiva fil-forma ta' imposta ta' konċessjoni wisq baxxa sad-data inkwistjoni, b'mod tranżitorju, u mhux warajha. |
(646) |
Il-Kummissjoni tqis finalment li sabiex l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ jitreġġgħu lura għal livell aċċettabli, biex l-għajnuna tkun kumpatibbli mas-suq intern, jeħtieġ li dan l-approċċ jiġi implimentat a posteriori, fil-forma ta' (i) irkupru mingħand BSCA tal-ammonti ta' għajnuna riċevuti mid-data inkwistjoni, u (ii) aġġustament tal-metodu ta' kalkolu tal-imposta tal-konċessjoni għall-perjodu ta' wara l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni u li testendi sal-iskadenza tal-konċessjoni li minnha tibbenefika BSCA, b'mod li matul dan il-perjodu, BSCA tħallas lir-Reġjun/SOWAER imposta ta' konċessjoni konformi mal-livell li kien jiġi ddeterminat meta ngħataw dawn il-miżuri, fl-2002 u fl-2003, kieku r-Reġjun–SOWAER ġab ruħu bħal operatur f'ekonomija tas-suq fil-konfront ta' BSCA. |
(647) |
Id-data inkwistjoni li tirriżulta mill-ibbilanċjar tal-effetti pożittivi fuq l-iżvilupp ekonomiku lokali u tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, ma tistax tirriżulta biss mill-applikazzjoni ta' metodu ta' analiżi ekonomiku, iżda neċessarjament timplika l-użu tad-diskrezzjoni wiesgħa li għandha l-Kummissjoni rigward il-kumpatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern. |
(648) |
F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li d-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, fl-4 ta' April 2014, huwa żvilupp importanti dwar l-appoġġ pubbliku lill-ajruporti peress li skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni, minn din id-data, l-Istati Membri ma jistgħux jagħtu għajnuna operattiva ġdida lill-ajruporti li jkollhom aktar minn tliet miljun passiġġier. L-għan ta' din id-dispożizzjoni huwa b'mod ċar il-limitazzjoni, mill-4 ta' april 2014, tal-effetti negattivi tal-għajnuna operattiva mogħtija lill-ajruporti. Il-Kummissjoni tqis li din id-data tikkostitwixxi wkoll referenza xierqa f'dan il-każ, u li tista' titqies bħala l-mument li minnu BSCA kellha tieqaf tħallas imposta ta' konċessjoni baxxa ħafna skont il-miżuri tal-2002 u tal-2003. Rigward iż-żieda fil-kapital tal-2002, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-premessa 638 u minħabba l-fatt li din il-miżura ngħatat qabel l-4 ta' April 2014, il-Kummissjoni tqis li fl-ipoteżi li din il-miżura hija għajnuna mill-Istat, din l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq intern. |
(649) |
B'konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li:
|
6.4. L-applikabbiltà tat-terminu ta' preskrizzjoni għall-għajnuna lil BSCA
(650) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura jipprovdi li l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat huwa soġġett għal terminu ta' preskrizzjoni ta' għaxar snin. Il-perjodu ta' preskrizzjoni jibda dakinhar li l-għajnuna illegali tingħata lill-benefiċjarju |
(651) |
Skont il-Belġju, is-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għal ċerti servizzi ta' BSCA relatati mal-attività fl-ajruport igawdi mill-preskrizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura. Fil-fatt, dan is-sussidju ngħata fid-9 ta' Lulju 1991, skont il-Belġju, id-data tal-iffirmar tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għalih. Skont il-Belġju, minn din id-data, minkejja l-adozzjoni ta' diversi dispożizzjonijiet neqsin mill-impatt fuq il-prinċipju tal-kumpens obbligatorju mir-Reġjun ta' dawn in-nefqiet, il-ħlas ta' dan is-sussidju huwa responsabbiltà tar-Reġjun. Ċerti servizzi mhux ekonomiċi biss, koperti mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 mhumiex koperti minn din il-preskrizzjoni. |
(652) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li kif ġie spjegat fil-premessa 415, il-Kummissjoni tqis li għandha teżamina s-sussidju għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport flimkien mal-elementi l-oħrajn tal-ekonomija tal-konċessjoni (id-disponibbiltà tal-infrastrutturi u l-imposta ta' konċessjoni). |
(653) |
Jekk wieħed kellu jissupponi li s-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport jista' jkun eżaminat irrispettivament mill-Ftehim bejn SOWAER u BSCA, il-Kummissjoni tirrifjuta madankollu l-analiżi li l-miżura li tagħti dan is-sussidju ma ġietx mibdula b'mod sostanzjali. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis li kull waħda mit-tliet emendi li ġejjin bidlet il-miżura b'mod sostanzjali: |
6.4.1. Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002
(654) |
Il-Kummissjoni tosserva li skont l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-9 ta' Lulju 1991, kien biss għal żmien qasir li r-Reġjun kien ser jidħol responsabbli għall-ispejjeż tas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni. |
(655) |
Dan il-perjodu tranżitorju ġie estiż sal-1 ta' Jannar 2000 skont il-Ftehim Supplimentari Nru 2 għall-ispeċifikazzjonijiet annessi għall-Ftehim. |
(656) |
Għas-snin 2000 u 2001, ir-Reġjun tal-Vallonja ħallas sussidji għall-ispejjeż “nirien u manutenzjoni” lil BSCA fuq bażijiet legali separati mill-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA (232), bl-atti inkwistjoni jimpenjaw lir-Reġjun vis-à-vis BSCA biss sas-snin 2000 u 2001. |
(657) |
F'dak li jirrigwarda s-sena 2002, il-Belġju jargumenta li għalkemm minn dejjem kien previst mir-Reġjun li jkompli jagħti kumpens għal dawn l-ispejjeż, il-ħolqien ta' SOWAER u l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku ġdid ikkawżaw dewmien fil-formalizzazzjoni tal-estensjoni ta' dan il-kumpens. Skont il-Belġju, iż-żamma ta' din ir-responsabbiltà kienet ikkonfermata permezz ta' ittra tal-5 ta' Lulju 2001 indirizzata minn BSCA lill-amministrazzjoni tat-trasport u t-tagħmir tal-Vallonja li kienet tinkludi dettalji ġenerali tal-baġit 2002 ta' BSCA relatati mal-ispejjeż għal dawn is-servizzi, wara konverżazzjoni telefonika li permezz tagħha, skont il-Belġju, ir-Reġjun ikkonferma li kien ser jidħol responsabbli għal dawn is-servizzi għall-2002. |
(658) |
Kif spjegat fil-premessi 71 u 72, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim ta' Konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jemenda l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u jipprovdi li r-Reġjun tal-Vallonja jħallas lura n-nefqa (spejjeż u investimenti) inerenti għas-servizzi ta' kontra t-tifi tan-nar u l-manutenzjoni. Il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u jipprovdi li l-konċessjonarju għandu jippreżenta lill-awtorità ta' konċessjoni l-baġit relatat mal-intestaturi tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni u li jżomm rapport tal-introjtu separat li jkun jista' jiġi analizzat u kkontrollat fi kwalunkwe mument mill-awtorità ta' konċessjoni. |
(659) |
Il-Kummissjoni tqis li l-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim ta' konċessjoni bejn ir-Reġjun u BSCA jaffettwa sostanzjalment il-miżura. Fil-fatt, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jistabbilixxi impenn bil-miktub tar-Reġjun li jidħol responsabbli għall-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u ta' manutenzjoni, meta ma kienx hemm aktar impenn bil-miktub mir-Reġjun applikabbli għall-ammonti impenjati minn BSCA mill-1 ta' Jannar 2002. |
(660) |
Barra minn hekk, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 jemenda l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA u jipprovdi li r-Reġjun tal-Vallonja jħallas lura n-nefqa (spejjeż u investimenti) inerenti għas-servizzi ta' kontra t-tifi tan-nar u l-manutenzjoni. Jemenda wkoll l-Artikolu 25 tal-ispeċifikazzjonijiet u jipprovdi li l-konċessjonarju għandu jippreżenta lill-awtorità ta' konċessjoni l-baġit relatat mal-intestaturi tat-tifi tan-nar u tal-manutenzjoni u li jżomm rapport tal-introjtu separat li jkun jista' jiġi analizzat u kkontrollat fi kwalunkwe mument mill-awtorità ta' konċessjoni. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Ftehim Supplimentari Nru 3 jipprovdi li f'dan il-kont ta' ġenerazzjoni tal-introjtu jiġu inklużi l-ispejjez tal-investimenti u/jew l-ispejjeż ta' amortizzazzjoni tal-investimenti, li ma kienx il-każ qabel. |
(661) |
Fuq il-bażi ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni tqis li s-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għal ċerti servizzi ta' BSCA relatati mal-attività tal-ajruport ġie introdott, jew fi kwalunkwe każ mibdul sostanzjalment, permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA. |
6.4.2. Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006
(662) |
Permezz tad-dispożizzjonijiet li ġejjin, il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006 emenda sostanzjalment il-Ftehim Supplimentari Nru 3:
|
(663) |
Fuq il-bażi ta' dawn id-diversi elementi, il-Kummissjoni tqis li l-miżura ġiet affettwata b'mod sostanzjali bl-adozzjoni tal-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-10 ta' Marzu 2006 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA. |
6.4.3. Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008
(664) |
Il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008 emenda b'mod sostanzjali l-Ftehim Supplimentari Nru 5 billi estenda sew il-perimetru tas-servizzi li għalihom ir-Reġjun iħallas sussidju lil BSCA, peress li minn issa 'l quddiem dawn is-servizzi jinkludu l-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet, l-ippjanar tat-titjiriet ipproġettati, l-iggwidar tal-ajruplani u s-sigurtà. Madankollu, kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 6.1.1, il-Kummissjoni tqis li dawn is-servizzi, bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta' sigurtà, huma servizzi ekonomiċi. |
6.4.4. Konklużjoni
(665) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sussidju mħallas mir-Reġjun lil BSCA għal ċerti servizzi relatati mal-attività tal-ajruport ma tistax titqies bħala miżura li daħlet fis-seħħ b'mod kontinwu u li ma saritilha ebda emenda sostanzjali mill-1991. Il-ħlas ta' dan is-sussidju huwa bbażat fuq diversi miżuri ġodda applikabbli suċċessivament. Dawk eżaminati f'din id-deċiżjoni huma: (a) il-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-29 ta' Marzu 2002, (b) il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006 u (c) il-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008. |
(666) |
Il-miżuri (a) sa (c) ma jistgħux jibbenefikaw mill-preskrizzjoni ta' għaxar snin peress li għaddew inqas minn għaxar snin minn meta ngħataw u l-20 ta' April 2011, data li fiha l-Kummissjoni bagħtet l-ewwel talba tagħha għall-informazzjoni lill-Belġju dwar l-għajnuna favur BSCA. Madankollu, kif spjegat fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura, kull azzjoni meħuda mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, b'rigward għall-għajnuna illegali għandha tinterrompi l-perjodu ta' preskrizzjoni. Minn dan il-Kummissjoni tikkonkludi li l-preskizzjoni prevista mill-Artikolu 15 tar-Regolament ta' proċedura mhijiex applikabbli għall-għajnuna favur BSCA eżaminata f'din id-deċiżjoni. |
6.5. L-applikabbiltà tal-prinċipju ta' aspettattiva leġittima għas-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport
(667) |
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jipprovdi li “il-Kummissjoni ma għandhiex teħtieġ fl-irkupru tal-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità”. B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma tistax titlob l-irkupru tal-għajnuna li, għalkemm mogħtija fil-perjodu ta' għaxar snin definit fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta' proċedura, hija koperta mill-eżistenza ta' aspettattiva leġittima – tal-benefiċjarju – li tirriżulta minn atti jew pożizzjonijiet meħudin mill-Kummissjoni fil-passat. |
(668) |
Kif indikat fit-Taqsima 5.4 ta' din id-deċiżjoni, il-Belġju jsostni li rkupru li jirrigwarda s-sussidju mħallas mir-Reġjun għal ċerti servizzi relatati mal-attività fl-ajruport imur kontra l-prinċipju tal-aspettattiva leġittima. |
(669) |
Madankollu l-Qorti stabbilixxiet li l-benefiċjarju ta' għajnuna illegali ġeneralment ma jistax jinvoka l-aspettattiva leġittima (234). Fil-fatt, il-benefiċjarju suppost għandu jivverifika li l-għajnuna li ngħatatlu ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u ngħatat l-approvazzjoni tagħha. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-għajnuna lil BSCA ma ġietx innotifikata lill-Kummissjoni. |
6.5.1. Nuqqas ta' assigurazzjonijiet preċiżi
(670) |
Barra minn hekk, kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja (235), ħadd ma jista' jinvoka ksur tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima “fin-nuqqas ta' assigurazzjonijiet preċiżi li tkun tagħtu l-amministrazzjoni (…)” |
(671) |
Il-Belġju jsostni li minħabba n-nuqqas ta' aċċenn ta' ilment mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha tal-2004, BSCA ibbenefikat minn assigurazzjonijiet preċiżi li s-sussidju ma setax ikun għajnuna mill-Istat. Il-Belġju jibbaża l-aktar fuq il-premessa 214 tad-deċiżjoni tal-2004, fejn il-Kummissjoni tindika li hija “ma tikkontestax il-possibbiltà leġittima tal-awtoritajiet tal-Vallonja li jkomplu jħallsu l-ispejjeż ta' manutenzjoni-nirien”. Huwa jindika li din l-aspettattiva leġittima kienet imsaħħa mill-prattika tad-deċiżjonijiet stabbilita tal-Kummissjoni dwar id-distinzjoni bejn l-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi kif imtenni fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle. |
(672) |
Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas ta' ilment dwar l-għajnuna lil BSCA fid-deċiżjoni tagħha tal-2004 ma tistax tkun “assigurazzjoni preċiża”. Il-Kummissjoni tfakkar li la d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002, u lanqas id-deċiżjoni finali tal-2004 ma kienu jirrigwardaw miżuri favur BSCA. F'dak li jirrigwarda l-premessa 214 tad-deċiżjoni tal-2004, il-Kummissjoni tenfasizza li din il-premessa għandha tinqara fil-kuntest tagħha. Jidher fl-imsemmi kuntest li l-premessa inkwistjoni ma tistax tinftiehem bħala approvazzjoni tal-miżura fir-rigward tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda biss bħala spjegazzjoni tar-raġunament li mhijiex il-konformità ta' din il-miżura mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li qiegħda teżamina l-Kummissjoni, iżda l-ikkunsidrar tal-inċertezza dwar ir-responsabbiltà finanzjarja tar-Reġjun għal ċerti servizzi fil-pjan ta' negozju ta' BSCA, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-operatur privat f'ekonomija tas-suq għall-kuntratti tal-2001. |
(673) |
Kif spjegat fil-premessi 397 sa 399 ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkontesta li wieħed jista' jiddeduċi mill-premessi 182 u 183 tad-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle li l-Kummissjoni qieset fil-passat li kompiti simili għall-manutenzjoni u s-sikurezza tat-traffiku, kif definiti fil-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, jaqgħu taħt il-prerogattivi tal-awtorità pubblika. |
6.5.2. Prevedibbiltà tal-bidla fl-imġiba
(674) |
Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja (236), “meta operatur ekonomiku prudenti u informat ikun f'pożizzjoni fejn jista' jipprevedi l-adozzjoni ta' miżura Komunitarja ta' natura tali li tolqot l-interessi tiegħu, dan l-operatur ma jkunx jista' jinvoka l-benefiċċju ta' dan il-prinċipju meta tiġi adottata din il-miżura (237).” |
(675) |
Skont il-Belġju, ebda element ma kien jippermetti li BSCA taħseb li l-Kummissjoni kienet ser terġa' teżamina fl-2012 miżura li fuqha ma kienet qajmet ebda riżerva fl-2004, u li l-Qorti Ġenerali ma ddubitatx fuqha fl-2008. |
(676) |
Il-Kummissjoni tiċħad li ħadet pożizzjoni fir-rigward tal-miżuri favur BSCA meta adottat id-deċiżjoni tal-2004. Għaldaqstant, id-deċiżjoni tal-2012 mhijiex bidla fl-imġiba tagħha. |
(677) |
Il-Kummissjoni tiċħad ukoll li din id-deċiżjoni hija bidla fil-prattika tad-deċiżjonijiet tagħha dwar id-distinzjoni bejn attivitajiet ekonomiċi u dawk li mhumiex. F'dak li jirrigwarda d-deċiżjoni dwar l-ajruport ta' Leipzig Halle imsemmija mill-Belġju biex juri l-allegat tibdil fl-imġiba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tiċħad li jista' jiġi dedott minn din id-deċiżjoni li l-Kummissjoni qieset fil-passat li kompiti simili għall-manutenzjoni/is-sikurezza tat-traffiku jaqgħu taħt l-eżerċitar tal-awtorità pubblika (ara l-premessi 397 sa 399). |
(678) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li l-irkupru tal-għajnuna illegali u inkumpatibbli mogħtija lil BSCA mhuwiex kuntrarju għall-prinċipju ta' aspettattiva leġittima. |
7. KONKLUŻJONI U KWANTIFIKAZZJONI TAL-GĦAJNUNA LI GĦANDHA TIĠI RKUPRATA MINGĦAND BSCA
7.1. Għajnuna implimentata b'mod illegali għall-benefiċċju ta' BSCA
(679) |
Il-Kummissjoni tinnota li bl-adozzjoni tal-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investiment tal-2003, il-Belġju implimenta b'mod illegali għajnuna għall-benefiċċju ta' BSCA bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Din l-għajnuna tikkonsisti fid-differenza bejn l-imposta li operatur f'ekonomija tas-suq kien jitkob (minn hawn 'il quddiem “l-imposta konformi mal-prezz tas-suq”) u l-imposti effettivament imħallsa minn BSCA lir-Reġjun-SOWAER. |
(680) |
L-imposta konformi mal-prezz tas-suq hija l-imposta li kien missha ħallset BSCA b'mod li kull waħda miż-żewġ miżuri (il-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investimenti tal-2003) ikollha valur preżenti nett żero għar-Reġjun-SOWAER. Il-Kummissjoni ddeterminat l-imposti konformi mal-prezz tas-suq skont ir-raġunament spjegat fit-Taqsima 6.1.2.2, li ppermetta li jiġi stabbilit li l-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni tal-investimenti tal-2003 kienu ħolqu imposta ta' konċessjoni aktar baxxa minn dik li kien jitlob operatur f'ekonomija tas-suq iggwidat minn prospetti ta' qligħ. |
(681) |
Il-Kummissjoni qieset li operatur prudenti ma kienx jeżiġi li, mill-iffirmar tal-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002, BSCA tħallas imposta li tirrifletti l-investimenti li SOWAER intrabtet li twettaq skont dan il-Ftehim, meta l-investimenti ma kinux saru u BSCA ma kellhiex dħul mistenni minn dawn l-investimenti. Fil-fatt, operatur prudenti kien jaċċetta li l-imposta tiżdied biss meta l-investimenti l-ġodda jkunu jistgħu jintużaw mill-operatur. Inkella, l-operatur jaqa' fir-riskju li jkollu diffikultajiet ta' flus matul is-snin li fihom ikun għadu ma jistax jagħmel dħul operattiv mill-infrastruttura l-ġdida. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Ftehim ta' sottokonċessjoni bejn SOWAER u BSCA tal-2002 kien jipprovdi żieda fl-imposta ta' konċessjoni fl-2007, jiġifieri sentejn wara li kien ippjanat li jibda jopera t-terminal il-ġdid (2005). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li operatur prudenti kien jaċċetta li BSCA tħallas l-imposta stabbilita mill-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-2002 sa sentejn wara tmiem is-sena li jibda jopera t-terminal il-ġdid (jiġfieri fl-2007), iżda kien jeżiġi li BSCA tħallas imposta konformi mal-prezz tas-suq wara din id-data, jiġifieri imposta li tippermetti lill-entità Reġjun-SOWAER tikseb valur preżenti nett żero fuq il-perjodu kollu. |
(682) |
It-Tabella tippreżenta:
Tabella 31 Imposti ta' konċessjoni antiċipati konformi mal-prezz tas-suq
|
(683) |
Peress li x-xogħol waqa' lura u t-terminal beda jopera biss fl-2007, il-Kummissjoni tqis li BSCA kellha tħallas imposta konformi mal-prezz tas-suq minn tmiem l-2009, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2010. Il-Kummissjoni qieset li d-dewmien ta' sentejn tax-xogħlijiet kellu jkun kopert mir-Reġjun u SOWAER, u mhux minn BSCA, peress li dawn l-entitajiet kienu responsabbli mit-twettiq tal-investimenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li BSCA kellha tħallas imposta ta' konċessjoni konfirmi mas-suq fl-aħħar tal-2009 biss, mingħajr ma din l-imposta ta' konċessjoni tiżdied minn meta kieku kellha titħallas fl-aħħar tal-2007 kif previst skont il-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA. |
(684) |
Huma l-imposti varjabbli effettivament dovuti minn BSCA (li magħhom għandhom jiżdiedu l-imposti (b) u (c) ippreżentati fit-Tabella 31) li għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġu ddeterminati l-imposti ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq li kellha tħallas BSCA u li għandha tħallas fil-futur. Jirriżulta li anki jekk it-traffiku kien ferm ogħla minn dak li kien previst fl-2002, l-imposti effettivament dovuti (ippreżentati fil-kolonna (a) tat-Tabella 32) jikkorrispondu għall-imposti ta' konċessjoni varjabbli mistennija (ippreżentati fil-kolonna (a) tat-Tabella 31) minħabba l-iffissar ta' limitu tal-imposta ta' konċessjoni varjabbli previst sa mill-2002. |
(685) |
It-Tabella 32 tippreżenta l-elementi li jiffurmaw l-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq: Tabella 32 Imposti ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq b'kunsiderazzjoni tad-dewmien fix-xogħlijiet (242)
|
(686) |
B'mod aktar ġenerali, wara l-2013, pereżempju għas-sena (2013 + n), l-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq tammonta għal: (a) + (9 348 451 + 2 640 013) × (1,02)n, jiġifieri (a) + 11 988 464 × (1,02)n,, fejn (a) hija s-sehem varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA għas-sena (2013 + n). Kif spjegat fl-aħħar tal-premessa 685, għas-snin 2014 u 2015, is-sehem (a) probabbilment ikun limitat. F'dawn il-kalkoli ta' valur preżenti nett u ta' imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq għall-miżuri tal-2002 u tal-2003, il-Kummissjoni assumiet nuqqas ta' limitu massimu wara l-2015. Mill-2016, is-sehem (a) tal-imposta konformi ikun għalhekk ugwali għal 35 % tad-dħul mill-ajrunawtika. |
(687) |
Fuq il-bażi tas-suppożizzjonijiet u l-metodi deskritti hawn fuq u fl-ipoteżi li l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tibqa' l-istess, il-Kummissjoni tikkonkludi li minħabba l-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003, BSCA irċeviet u ser tkompli tirċievi sal-31 ta' Diċembru 2015 l-ammonti ta' għajnuna (minbarra l-imgħaxijiet) li jikkorrispondu għat-total tal-kolonni (b) u (c) tat-Tabella 32. Dawn l-ammonti ta' għajnuna huma indikati fit-tabella li ġejja: Tabella 33 Ammonti ta' għajnuna riċevuti minn BSCA sal-31 ta' Diċembru 2015 - minbarra l-imgħaxijiet- fl-ipoteżi li l-imposta ta' konċessjoni ta' BSCA tibqa' l-istess sal-31 ta' Diċembru 2015
|
(688) |
Fl-1 ta' Ottubru 2014, id-data ta' din id-deċiżjoni, permezz tal-Ftehimiet tal-2002 u d-deċiżjoni ta' investiment tal-2003, BSCA irċeviet l-ammonti ta' għajnuna li ġejjin (243) (minbarra l-imgħaxijiet): Tabella 34 Ammonti li rċeviet BSCA sat-30 ta' Settembru 2014 - minbarra l-imgħaxijiet
|
7.2. Għajnuna li għandha tiġi rkuprata
(689) |
Minħabba l-konklużjonijiet tat-Taqsima 6.3.2 dwar il-komptabbiltà tal-għajnuna lil BSCA, id-differenza bejn l-imposta konformi mal-prezz tas-suq ikkalkulata skont il-metodi deskritti fil-premessi 680 sa 683 u l-imposta mħallsa minn BSCA mill-4 ta' April 2014 biss hija għajnuna li trid tiġi rkuprata. |
(690) |
Peress li l-perjodu bejn l-4 ta' April u l-1 ta' Ottubru 2014 jinkludi180 jum, l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (minbarra l-imgħaxijiet) fid-data tal-1 ta' Ottubru 2014 tammonta għal (180/365) × EUR 12 228 234, jiġifieri EUR 6 030 362. |
(691) |
Barra minn hekk, sakemm l-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA ma tinġiebx fil-livell tal-imposta konformi mal-prezz tas-suq, BSCA ser tkompli tirċievi għajnuna illegali u inkumpatibbli, li tkun trid tiġi rkuprata. |
(692) |
F'każ li jkun mis-sena 2014 li l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb fil-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq indikata fit-Tabella 32, l-ammont tal-għajnuna li jrid jiġi rkuprat –minbarra l-imgħax- ikun ikkalkulat skont din il-formula: Jekk N ikun in-numru ta' jiem inklużi bejn l-4 ta' April 2014 u d-data li fiha l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb għal-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq, L-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat (minbarra l-imgħaxijiet) = (N/365) × ammont tal-għajnuna għall-2014 = (N/365) × EUR 12 228 234 |
(693) |
F'każ li jkun mis-sena 2015 li l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb fil-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq indikata fit-Tabella 32, l-ammont tal-għajnuna li jrid jiġi rkuprat –minbarra l-imgħax- ikun ikkalkulat skont din il-formula: Jekk N ikun in-numru ta' jiem inklużi bejn l-1 ta' Jannar 2015 u d-data li fiha l-imposta ta' konċessjoni mħallsa minn BSCA tinġieb għal-livell tal-imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq; L-ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat (minbarra l-imgħaxijiet) = ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat għas-sena 2014 (minbarra l-imgħaxijiet) + Ammont tal-għajnuna li għandu jiġi rkuprat għas-sena 2015 (minbarra l-imgħaxijiet) = ((numru ta' jiem mill-4 ta' April sal-31 ta' Diċembru 2014)/365) × ammont tal-għajnuna għall-2014 + (N′/365) × ammont tal-għajnuna għall-2015 = (272/365) × 12 228 234 + (N′/365) × 12 472 799 = 9 112 547 + N′ × EUR 34 172 |
(694) |
L-awtoritajiet Belġjani għandhom jirkupraw l-ammont ikkalkulat skont il-formuli msemmija fil-premessi 692 u 693 fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika ta' din id-deċiżjoni. |
(695) |
L-awtoritajiet Belġjanigħandhom ukoll iżidu mal-ammont li jrid jiġi rkuprat l-imgħaxijiet tal-irkupru, ikkalkolati mid-data li fiha l-għajnuna inkwistjoni tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-impriżi, jiġifieri f'kull data effettiva ta' għoti tal-għajnuna sal-irkupru effettiv tagħhom (244), skont il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (245). Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-data tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-għajnuna tikkorrispondi għad-dati tal-ħlas tal-imposti taħt il-prezz tas-suq kif stabbiliti mill-Ftehimiet fis-seħħ bejn SOWAER u BSCA meta sar il-ħlas inkwistjoni. |
(696) |
Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-irkupru ta' kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat mogħtija lil BSCA li mhijiex koperta minn din id-deċiżjoni. |
(697) |
Permezz tal-ittra tas-7 ta' Mejju 2014, il-Belġju aċċetta li fil-kuntest ta' din il-kawża, minħabba l-impenn li ħadu s-servizzi tal-Kummissjoni li jipprovdulu malajr kemm jista' jkun traduzzjoni tad-deċiżjoni fil-lingwa Olandiża, il-Kummissjoni tista', bħala eċċezzjoni, tinnotifikalu d-deċiżjoni fil-lingwa Franċiża skont l-Artikolu 297 tat-TFUE. Il-Belġju aċċetta li l-verżjoni bil-Franċiż biss hija awtentika u li d-deċiżjoni tidħol fis-seħħ bin-notifika tagħha fil-lingwa Franċiża. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-miżuri favur Ryanair Ltd (minn hawn 'il quddiem “Ryanair”), jiġifieri l-impenn tas-6 ta' Novembru 2001 tal-gvern tal-Vallonja lejn Ryanair, il-kuntratt tat-2 ta' Diċembru 2001 bejn BSCA u Ryanair, il-Ftehim tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar Promocy, il-kuntratt tal-31 ta' Jannar 2002 bejn Promocy u Leading Verge, id-digriet ministerjali tal-11 ta' Ġunju 2004, l-ittra tal-24 ta' Ġunju 2004 ta' BSCA lil Ryanair, il-ftehim kummerċjali tad-9 ta' Diċembru 2005 bejn BSCA u Ryanair, il-ftehim supplimentari tas-6 ta' Diċembru 2010 għall-kuntratt bejn BSCA u Ryanair u l-bejgħ tal-ishma ta' BSCA fi Promocy fil-31 ta' Marzu 2010, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat favur Ryanair Ltd skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-miżuri favur Brussels South Charleroi Airport (minn hawn 'il quddiem “BSCA”) maħluqa mill-Ftehim bejn Société wallonne des aéroports (minn hawn 'il quddiem “SOWAER”) u BSCA tal-4 ta' April 2006, il-Ftehim Supplimentari Nru 5 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA tal-10 ta' Marzu 2006 u l-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA tal-15 ta' Jannar 2008 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat favur BSCA skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
1. Il-miżuri implimentati b'mod illegali mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur BSCA taħt il-Ftehim ta' sottokonċessjoni tal-15 ta' April 2002 bejn SOWAER u BSCA u l-Ftehim Supplimentari Nru 3 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA, kif ukoll taħt id-deċiżjoni ta' investiment tar-Reġjun tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003, jikkostitwixx, sat-3 ta' April 2014, għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. Jekk nassumu li tikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iż-żieda fil-kapital ta' BSCA sottoskritta minn SOWAER fit-3 ta' Diċembru 2002 hija għajnuna mill-Istat kumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Il-miżuri implimentati b'mod illegali mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur BSCA taħt il-Ftehim ta' sottokonċessjoni tal-15 ta' April 2002 bejn SOWAER u BSCA u l-Ftehim Supplimentari Nru 1 tad-29 ta' Marzu 2002 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun tal-Vallonja u BSCA, kif ukoll taħt id-deċiżjoni ta' investiment tar-Reġjun tal-Vallonja tat-3 ta' April 2003, jikkostitwixxu, wara l-4 ta' April 2014, għajnuna mill-Istat inkumpatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(1) tal-imsemmi Trattat.
Artikolu 4
1. Il-Belġju huwa obbligat li jtemm l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 billi jġib l-imposta ta' konċessjoni dovuta minn BSCA tal-inqas fil-livell ta' imposta ta' konċessjoni konformi mal-prezz tas-suq u billi jirkupra mingħand il-benefiċjarju l-ammonti ta' għajnuna riċevuti taħt il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, mill-4 ta' April 2014.
2. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jagħtu lok għal imgħaxijiet mid-data li fiha l-għajnuniet tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sakemm jiġu effettivament irkuprati.
3. L-imgħax għandu jkun ikkalkulat fuq il-bażi ta' imgħax kompost skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
4. Il-Belġju għandu jikkanċella l-ħlasijiet pendenti kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 b'seħħ mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 għandu jkun immedjat u effettiv.
2. Il-Belġju għandu jiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 6
1. Fi żmien xahrejn min-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Belġju għandu jinnotifika l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
(a) |
id-dati li fihom BSCA ħallset l-imposti ta' konċessjoni taħt is-sena 2014 u l-kalkolu tal-imgħaxijiet tal-irkupru; |
(b) |
deskrizzjoni fid-dettall tal-miżuri li diġà ttieħdu u li huma previsti biex tintlaħaq konformità ma' din id-Deċiżjoni; |
(c) |
id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju ġie ordnat iħallas lura l-għajnuna. |
2. Il-Belġju għandu jżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jittieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sal-irkupru sħiħ tal-għajnuniet imsemmija fl-Artikolu 3. Huwa għandu jissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati sabiex jikkonforma ma' din id-deċiżjoni. Għandu jipprovdi wkoll informazzjoni ddettaljata li tikkonċerna l-ammonti ta' għajnuna u imgħax li jkunu diġà ġew irkuprati mill-benefiċjarju.
Artikolu 7
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Viċi President
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). Iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet huma, fis-sustanza tagħhom, identiċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, ir-referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, jekk ikun il-każ, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88 rispettivament tat-Trattat dwar il-KE. It-TFUE introduċa wkoll ċertu tibdil fit-terminoloġija, bħas-sostituzzjoni ta' “Komunità” b' “Unjoni”, ta' “suq komuni” b' “suq intern” u ta' “Qorti tal-Prim'Istanza” b' “Qorti Ġenerali”. F'din id-Deċiżjoni ntużat it-terminoloġija tat-TFUE.
(2) ĠU C 248, 17.8.2012, p. 1.
(3) SG (2002) D/233141.
(5) ĠU L 137, 30.4.2004, p. 1.
(6) Sentenza tas-17 ta' Diċembru 2008, Ryanair vs Il-Kummissjoni, T-196/04, Ġabra 2008, paġna II – 03646, EU:T:2008:585.
(7) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.
(9) Nota tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.
(10) l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.
(11) Taħt l-Artikolu 12 tal-ispeċifikazzjonijiet, is-servizz tat-tifi tan-nar huwa definit b'referenza għall-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili.
(12) Skont l-Artikoli 12 u 19 tal-ispeċifikazzjonijiet, is-servizz ta' manutenzjoni huwa definit bħala ‘is-servizz tekniku ta' manutenzjoni tal-artijiet, tar-runways, tal-madwar, tal-vetturi, eċċ.’, kif ukoll ‘il-manutenzjoni tal-artijiet, il-bini u t-tagħmir tal-bini u l-materjal l-ieħor li jagħmel parti mill-konċessjoni jew magħmul disponibbli għaliha b'mod li jkunu dejjem tajbin għall-użu li huma maħsubin għalih’.
(13) L-Artikolu 10.1 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.
(14) Skont l-Artikolu 13.2 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA, BSCA tibqa' responsabbli mit-tindif u l-manutenzjoni taż-żona konċessa. Hija trid tieħu ħsieb ukoll kwalunkwe tiswija żgħira jew kbira li tkun meħtieġa. Madankollu, il-Ftehim Supplimentari Nru 1 għall-Ftehim illimita r-responsabbiltà ta' BSCA sempliċiment għat-tiswijiet il-kbar ikkawżati min-nuqqas ta' manutenzjoni urġenti.
(15) L-Artikolu 22 tal-ispeċifikazzjonijiet anness għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.
(16) L-Artikolu 18 tal-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA.
(17) Skont id-Digriet tas-16 ta' Diċembru 1999 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2000 u l-Ordni tas-27 ta' Settembru 2000 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2000.
(18) Skont id-Digriet tal-14 ta' Diċembru 2000 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2001 u l-Ordni tal-4 ta' Ottubru 2001 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2001.
(19) Dan l-istudju kien jirrigwarda l-pjan ta' żvilupp tal-ajruport ta' Charleroi – Bruxelles Sud fuq terminu medju (5 snin) u fit-tul (20 sena). Dan kien jirreferi għall-proġett tat-terminal il-ġdid tan-naħa tat-Tramuntana u kien jinkludi deskrizzjoni eżatta tal-investimenti proposti
(20) Dan l-istudju wera l-opportunitajiet possibbli għall-ajruport ta' Charleroi u b'mod partikolari l-possibbiltà ta' bażi low cost, fejn tissemma Ryanair. Dan l-istudju kien jagħti ċ-ċifri tal-investimenti li jridu jsiru għall-iżvilupp tal-ajruport: is-sistema tar-runways, l-esproprjazzjonijiet, is-sanità u n-netwerks differenti, l-imbankment/it-tirqid, it-terminal il-ġdid, il-parkeġġ tas-servizz u l-aċċess privat għall-ajruport, l-aċċess pubbliku bit-triq et., (fjuwil, it-torri ta' kontroll, il-vetturi ferrovjarji, eċċ.).
(21) Dan l-istudju kien jikkonferma s-segment ta' żvilupp għall-ajruport ta' Charleroi, jiġifieri l-kumpaniji low cost, il-kumpaniji reġjonali u l-kumpaniji ċarter. Dan l-istudju kien jikkonferma li Ryanair kienet opportunità ta' żvilupp rapidu tat-traffiku fuq terminu qasir b'ħames ajruplani fil-bażi. Dan l-istudju kien janalizza wkoll il-kundizzjonijiet tekniċi marbuta mal-wasla tal-kumpaniji tal-ajru Easyjet u Go, kif ukoll kumpaniji reġjonali u ċarters.
(22) Dawn ir-restrizzjonijiet tekniċi kienu marbutin mal-ħtieġa li jkun hemm sistema ILS (Instrument landing system) ta' kategorija III li jippermetti l-inżul f'viżibbiltà ħażina, element indispensabbli biex wieħed ikun jista' jilqa' kumpaniji tal-ajru b'ajruplani bbażati u rotot regolari. F'dan iż-żmien, il-proġett tal-park kummerċjali “Aéropôle” fil-verżjoni inizjali tiegħu kien jestendi ferm aktar lejn in-Nofsinhar b'mod li kien jagħmel impossibbli l-iżvilupp tal-infrastrutturi tal-ajruport.
(23) Dak iż-żmien kien qed jiġi kkunsidrat intervent finanzjarju tas-Société Régionale Wallonne du Transport (SRWT), li finalment kien abbandunat. In-nota msemmija hawn fuq tindika għalhekk li “għalhekk wieħed għandu jadatta t-testi eżistenti (il-Ftehim ta' konċessjoni, l-ispeċifikazzjonijiet u l-protokolli annessi) skont il-formula l-ġdida li ntużat għall-finanzjament tal-investimenti”.
(24) Mibgħuta fl-Anness 19 tal-ittra tal-Belġju tas-26 ta' Awwissu 2003
(25) Mibgħut fl-Anness 2 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014
(26) L-Artikolu 3.2.2 tal-Ftehim Supplimentari Nru 3 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA tad-29 ta' Marzu 2002
(27) Dan il-kompitu jkopri (i) il-ġbir tal-informazzjoni kollha dwar il-movimenti tal-ajruplani, (ii) il-ġbir tad-diversi dokumenti tal-ajruplani u (iii) l-ippjanar u l-ġestjoni tal-parkeġġi tal-ajruplani.
(28) L-iggwidar tal-ajruplani sal-parkeġġ
(29) Is-servizzi marbutin mas-sikurezza jinkludu “l-iskrinjar, is-sorveljanza elettronika, ir-rondi u l-pattulji ta' sorveljanza, il-kontroll tal-aċċess u t-tqassim tal-badges tal-viżitaturi”. Il-kompiti ta' sikurezza ġew delegati lil BSCA Security, kumpanija li 51 % tagħha jappartjeni għar-Reġjun tal-Vallonja u 49 % għal BSCA.
(30) Il-kompiti tas-sigurtà u tas-sikurezza fl-ajruport ta' Charleroi ġew fdati lil BSCA skont id-Digriet tad-19 ta' Diċembru 2007 li jemenda d-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1994 dwar il-ħolqien u l-operat tal-ajruporti u l-ajrudromi fir-reġjun tal-Vallonja. Ukoll skont dan id-Digriet, BSCA iddelegat il-kompiti ta' sikurezza lil BSCA-Security, kumpanija b'responsabbiltà limitata maħluqa għal dan l-iskop, li 49 % tal-kapital tagħha huwa miżmum minn BSCA u 51 % mir-Reġjun.
(*1) Tagħrif kopert mis-sigriet professjonali
(31) Sambrinvest hija operatur fil-kapital ta' riskju attiva fir-reġjun ta' Charleroi-Thuin. L-iskop tagħha huwa l-akkumpanjament u l-iżvilupp tal-SMEs. Sal-2012, Sambrinvest kienet miżmuma sa 50 % mir-Reġjun tal-Vallonja.
(32) Igretec hija l-Intercommunale pour la Gestion et la Réalisation d'Etudes Techniques et Economiques (Interkomunali għall-Ġestjoni u t-Twettiq ta' Studji Tekniċi u Ekonomiċi). Hija tipparteċipa fl-iżvilupp u r-rikonverżjoni ta' Charleroi permezz tal-iżvilupp tal-ajruport, taċ-ċentru tal-avjazzjoni fil-qrib, u l-ippjanar taż-żoni industrijali, Igretec tħaddan 68 muniċipalità, l-aktar tal-provinċja ta' Hainaut. Hija ppresseduta mill-Ministru-President tar-Reġjun tal-Vallonja.
(33) Is-Société Wallonne de Gestion et de Participation (Sogepa) hija l-fergħa finanzjarja ewlenija tar-Reġjun tal-Vallonja għall-għajnuna lill-impriżi riallokati. Hija tintervjeni kemm fil-forma ta' self, kemm fil-forma ta' kapital, u tamministra l-parteċipazzjonijiet, il-bonds, l-antiċipi jew l-imgħaxijiet li r-Reġjun tal-Vallonja jew hija stess ikollha f'kumpaniji permezz ta' kompiti delegati mill-Gvern.
(34) Id-Deċiżjoni tat-23 ta' Mejju 2001 intitolata “L-iżvilupp tal-ajruporti, l-istabbiliment ta' mekkaniżmu finanzjarju u l-ħolqien ta' kumpanija speċjalizzata”. Huwa permezz ta' din id-deċiżjoni li l-gvern tal-Vallonja wera li jaqbel mal-istatuti ta' SOWAER, il-pjan finanzjarju tagħha, l-estimi tal-baġit tagħha u l-istruttura ta' tmexxija tagħha. Huwa stieden lil Sogepa toħloq lil SOWAER, u pprovda li “il-finanzjament tal-miżuri ambjentali, minbarra l-iżolamenti, ser ikun eżaminat minn SOWAER, bi ftehim mal-kumpaniji konċessjonarji”.
(35) Ittra tal-awtoritajiet Belġjani tal-21 ta' Settembru 2011 u tas-6 ta' Frar 2014.
(36) Din il-kumpanija ġiet likwidata fl-2011
(37) Dan il-programm huwa identiku għall-programm imsemmi fil-premessa 41.
(38) Skont in-nota ta' SOWAER lill-gvern tal-Vallonja fit-3 ta' April 2003, skont din ir-reviżjoni, il-programm ta' investimenti kellu jiżdied minn EUR 93 miljun għal EUR 150,8 miljun, jiġifieri żieda ta' 57,8 miljuni, li minnhom:
a) |
33 miljun għall-estensjoni tat-terminal tal-passiġġieri fir-rigward ta' dak li kien maħsub qabel; |
b) |
tliet miljuni għat-tieni fażi tal-bini tat-torri tal-kontroll; |
c) |
żewġ miljuni għall-programm ta' sigurtà u ta' sikurezza; |
d) |
1,6 miljuni biex SOWAER tkopri l-baġit pendenti; |
e) |
1,5 miljuni għall-aġġornament mill-ġdid tal-akkwisti tal-art madwar l-ajruport; |
f) |
12-il miljun għall-finanzjament ta' kwalunkwe kont u ħlas dovut eventwali; |
g) |
4,8 miljuni kkwalifikati bħala “varjazzjoni”. |
(39) Ara n-nota tal-Belġju tas-6 ta' Frar 2014.
(40) Dan l-ammont jeskludi l-programm obbligatorju ta' investimenti kumplementari (li mhux qed ikun eżaminat f'din id-deċiżjoni) u l-investimenti ffinanzjati minn BSCA nnifisha.
(41) L-Artikolu 11 tal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA.
(42) Idem.
(43) L-Artikolu 11.3 tal-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA jistipula li “BSCA għandha tibbenefika minn eżenzjoni mill-ħlas tal-imposta fissa ugwali għas-sussidju tar-Reġjun tal-Vallonja li ma tingħatax jew ma tibqax tirċievi, għal raġuni mhux illegali jew barra mill-kontroll tagħha”.
(44) L-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar is-servizzi tal-2006 bejn SOWAER u BSCA.
(45) L-indiċjar huwa annwali mill-2007. Dan jiġi kkalkulat mill-Indiċi Belġjan tal-Prezzijiet għall-Konsum.
(46) Il-limitu massimu ta' EUR 956 533 jikkorrispondi għal-limitu massimu ta' EUR 883 689 (previst fil-Ftehim tal-2002 bejn SOWAER u BSCA) miżjud bi 2 % fis-sena.
(47) Skont dan il-ftehim supplimentari, il-kumpens finanzjarju tar-Reġjun lil BSCA m'għadux maħsub għall-“ispejjeż relatati mal-użu tal-artijiet, il-bini u l-infrastrutturi tal-ajruport magħmulin disponibbli minn SOWAER fit-twettiq tas-servizzi marbutin mal-protezzjoni kontra n-nirien, is-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport” biss. Xi ammonti huma għalhekk inklużi fil-baġit tar-Reġjun taħt is-“Sussidju lil BSCA biex tkun tista' twettaq kompiti ta' servizz pubbliku fil-kuntest tal-operat tal-ajruporti”
(48) L-Artikolu 12.3 tal-Ftehim dwar is-Servizzi tal-4 ta' April 2006 jistipula li “BSCA għandha tibbenefika minn eżenzjoni mill-ħlas tal-imposta fissa ugwali għas-sussidju tar-Reġjun tal-Vallonja li ma tingħatax jew ma tibqax tirċievi, għal raġuni mhux illegali jew barra mill-kontroll tagħha”.
(49) Dan l-ammont huwa indiċjat għal 2 % fis-sena. Huwa japplika għall-uċuh miżjuda mal-kontroll tas-subkonċessjoni mid-data tal-akkwist tagħhom minn SOWAER.
(50) Anness 2 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.
(51) Anness 2 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.
(52) L-Artikolu 12 tal-ispeċifikazzjonijiet.
(53) Idem.
(54) L-Artikolu 19 tal-ispeċifikazzjonijiet.
(55) L-ispejjeż tal-investimenti u/jew l-ispejjeż ta' deprezzament tal-investimenti ma kinux imsemmija fit-testi preċedenti
(56) Is-servizzi relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien u s-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport
(57) Fl-Anness 10 għall-ittra tal-Belġju tal-5/2/14 jidhru l-istatuti ta' BSCA security
(58) Il-paragrafu inkwistjoni jsemmi wkoll is-servizzi relatati mas-sikurezza tat-traffiku fuq l-art u fis-sit tal-ajruport.
(59) Is-sussidju mħallas taħt is-sigurtà u s-sikurezza jitħallas lil BSCA Security.
(60) Il-pjan finanzjarju jindika li “l-iżvilupp maħsub għal BSCA u SAB se jkun jeħtieġ żidiet kbar ta' kapital proprju (minbarra l-finanzjamenti esterni) u għalhekk monitoraġġ min-naħa ta' SOWAER”.
(61) L-ishma l-oħrajn li ħarġu miż-żieda fil-kapital ġew sottoskritti għal ammont totali ta' madwar EUR 133 000 minn ċerti azzjonisti minoritarji: il-kumpaniji SONACA, Carolo Parking u Igretec.
(62) Fis-6 ta' Lulju 2012, BSCA iffirmat ftehim ġdid ma' Ryanair. Peress li dan il-ftehim ma jidhirx fil-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-ftuħ tal-2002, u lanqas f'dawk identifikati fid-deċiżjoni ta' estensjoni tal-2012, ma ġiex eżaminat f'din id-deċiżjoni.
(63) Informazzjoni indikata waqt il-laqgħa tal-24 ta' Ġunju 2003 bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Belġjani.
(64) Filwaqt li t-taxxa tal-inżul kienet ikkalkulata skont il-piż f'tunnellati ta' ajruplani fis-sistema ġenerali applikabbli għal kulħadd, din kienet ikkalkulata fuq bażi differenti għal Ryanair u miġbura għal kull passiġġier li jimbarka.
(65) Il-punt 1.3 tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001.
(66) Il-punt 1.5 tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001.
(67) Il-punt 4 tal-Anness C tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001
(68) Il-punt 1.6 tal-Anness C tal-kuntratt bejn BSCA u Ryanair tat-2 ta' Diċembru 2001.
(69) L-imposti għal kull passiġġier li jitlaq, skont id-dejta pprovduta mir-risposta tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta' Lulju 2011. L-imposti bejn is-sena 2001 u s-sena 2003 huma l-istess bħal dawk tal-2004.
(70) L-Artikolu 2 tal-Kuntratt tal-2001.
(71) Ittra mibgħuta lill-Kummissjoni f'korrispondenza tal-awtoritajiet Belġjani tat-13 ta' Settembru 2004. Din l-ittra kienet issegwi “Memorandum of Intent” (MOI) konkluż fit-8 ta' April 2004.
(72) Taqsima 3b tal-ittra tal-24 ta' Ġunju 2004.
(73) In-numru totali ta' passiġġieri li użaw l-ajruport fl-2004 kien ta' 2 034 140 (ara t-Tabella Nru 1).
(74) L-Artikoli 35 u 36 tad-digriet tat-3 ta' Frar 2005 dwar l-irkupru ekonomiku u s-simplifikazzjoni amministrattiva. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew trasposti fl-ajruport ta' Charleroi permezz tal-Ftehim Supplimentari Nru 4 għall-Ftehim ta' konċessjoni tal-1991 bejn ir-Reġjun u BSCA, li fl-Artikolu 1 tiegħu jipprovdi li “l-konċessjonarju jistabbilixxi u jiġbor mingħand l-utenti l-ammont ta' imposti tal-avjazzjoni dovuti għall-użu tal-ajruport li huwa jopera”.
(75) Ittra tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta’ Lulju 2011 u http://www.charleroi-airport.com/b2b/redevances-aeroportuaires/vols-regulierscharters/index.html
(76) L-imposti għal kull passiġġier li jitlaq, skont id-dejta pprovduta mir-risposta tal-awtoritajiet Belġjani tal-14 ta' Lulju 2011.
(77) Il-projezzjonijiet tar-Reġjun ma jieħdux inkunsiderazzjoni l-indiċjar annwali tal-imposti fuq l-inżul, u lanqas taż-żieda fin-numru ta' passiġġieri ta' Ryanair ta' aktar minn 1,75 miljun; dawn iż-żewġ korrezzjonijiet għandhom impatt oppost fuq l-ammont attwali tal-imposti għal kull passiġġier imħallsa minn Ryanair.
(78) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006. p. 1).
(79) Dan l-ammont huwa indiċjat kull sena, ara http://www.charleroi-airport.com/b2b/redevances-aeroportuaires/vols-regulierscharters/index.html
(80) Imposta PMM sena N + 1 = EUR [0,10-0,30] × Passiġġieri Ryanair 2009 / Passiġġieri Ryanair sena N. In-numru ta' Passiġġieri Ryanair 2009 huwa ta' 3 289 725.
(81) Promocy kienet il-joint-venture (l-impriża komuni) bejn BSCA u Ryanair maħluqa skont il-ftehimiet tal-2001.
(82) Risposta tal-Belġju mibgħuta lill-Kummissjoni fit-18 ta' Marzu 2014 u intitolata “risposta għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2014” (risposta għall-mistoqsija 18)
(83) BAC tgħid li investitur privat jibbaża fuq redditu fuq l-investimenti ta' mill-inqas EUR 14-il miljun (5 %) abbażi tal-investiment ta' EUR 281 miljun li għamlet SOWAER fl-infrastrutturi ta' BSCA. Madankollu SOWAER ibbenefikat biss minn redditu ta' 0,66 % wara t-taxxa fuq il-kumpaniji fl-2009 u la r-Reġjun tal-Vallonja u lanqas SOWAER ma għamlu qligħ ieħor, bħal dividendi, bejn l-2002 u l-2007. Bejn l-2007 u l-2009, id-dividend imħallas kien inqas minn EUR 400 000 u, fl-2010, ir-Reġjun tal-Vallonja rċieva dividend ta' EUR 4,66 miljun. Barra minn hekk, l-ispejjeż ta' infrastruttura ta' BSCA meta mqabbla mad-dħul kienu jirrappreżentaw biss 6,7 % fl-2009, meta normalment dawn għandhom ikunu fost l-akbar spejjeż għall-ajruport. B'hekk, il-kostijiet annwali ta' amortizzazzjoni ta' BAC jammontaw għal 30 % tad-dħul annwali.
(84) Ara n-nota ta' qieħ il-paġna 8.
(85) Deċiżjoni 2004/393/KE, premessa 300.
(86) Kostijiet diretti għal kull ajruplan u għal kull rotazzjoni fi tluq minn Brussels-National li jinkludu t-taxxi fuq l-inżul, l-imposti għal kull passiġġier, imposti oħrajn u l-ispejjeż tal-groundhandling). Fuq il-bażi ta' volum previst ta' 1 700 000 passiġġier fl-2003, id-differenza fil-kost hija ta' EUR 23 miljun.
(87) Direttiva tal-Kunsill 96/67/EC tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Settembru 2003 li jadatta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet dwar kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(88) L-impriża tikkwota l-eżempju ta' Shannon fl-Irlanda. Shannon tat vantaġġi lil Ryanair għal xi żmien, li ma ġewx imġedda. Ryanair iddeċidiet li tittrasferixxi l-operat tagħha f'ajruport ieħor u Shannon ma kisbitx ir-ritorn fuq l-investiment raġonevoli mistenni.
(89) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta' Marzu 1977 fil-Kawża 78/76, Steinike & Weinlig / il-Ġermanja; Ġabra p. 595, EU:C:1977:52: “Kwalunkwe ksur minn Stat Membru ta' obbligu taħt it-Trattat, b'konnessjoni mal-projbizzjoni tal-Artikolu 92, ma jistax ikun iġġustifikat mill-fatt li Stati Membri oħrajn qegħdin jonqsu wkoll milli jwettqu dan l-obbligu; l-effetti ta' diversi distorsjonijiet tal- kompetizzjoni fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri ma jħassrux lil xulxin iżda għall-kuntrarju jakkumulaw, u l-konsegwenzi dannużi għas-suq intern ikomplu jiżdiedu” (punt 24)' [Traduzzjoni mhux uffiċjali]
(90) It-tariffi imposti minn Frankfurt-Hahn u Londra Stansted huma ogħla u l-iskontijiet inqas meta Ryanair topera 49 destinazzjoni minn Londra u 15 minn Frankfurt-Hahn, meta mqabbla mad-disgħa minn Charleroi.
(91) Sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000 fil-Kawża T-128/89 Aéroports de Paris vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2000, p. II-3929, EU:C:2000:290
(92) Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost BV vs Il-Kummissjoni, T-109/01, Ġabra p. II-00127, EU:T:2004:4, punt 18.
(93) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE tat-23 ta' Lulju 2008 dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle C 48/06 (ex N 227/06) (ĠU L 346, 23.12.2008, p. 1), premessa 291.
(94) Ara l-Anness 3 tal-kummenti tal-Belġju mibgħuta fit-23 ta' Mejju 2012
(95) Deċiżjoni 2008/948/KE, premessa 182.
(96) Sentenza tal-24 ta' Marzu 2011, Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni, T-443/08 u T-455/08, [2011] Ġabra II-01311, punt 225.
(97) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 89.
(98) Sentenza tal-24 ta' Lulju 2003, Altmark Trans, C-280/00, Ġabra 2003, EU:C:2003:415, p I-7447.
(99) L-Artikolu 6, § 1er, X, 7o tal-Liġi dwar ir-riforma istituzzjonali, M.S. 15 ta' Awwissu 1980, p. 9434.
(100) Illum Belgocontrol.
(101) M.S., id-9 ta' Marzu 1990, p. 4439.
(102) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13), magħrufa bħala d-Direttiva Seveso.
(103) Li mhuwiex il-każ tal-ajruporti.
(104) Il-premessa 182.
(105) Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1).
(106) Artikolu 5.1.
(107) Ir-risposta 15 tal-ittra tal-Belġju tal-24 ta' Frar 2014.
(108) Nota approvata mill-gvern tal-Vallonja fit-8 ta' Novembru 2000, p. 2.
(109) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi responsabbli għall-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(110) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2009 dwar il-finanzjament tal-isptarijiet pubbliċi tan-netwerk Iris tar-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale, NN 54/2009, sit Europa.
(111) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 103..
(112) Dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni, mistoqsijiet frekwenti dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti intrapriżi responsabbli għall-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u tal-Qafas Komunitarju tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpensi għal servizz pubbliku, SEC (2007) 1516 final, p. 6.
(113) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).
(114) Ara l-premessa Nru 10 tar-Regolament Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis, ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.
(115) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Awwissu 2006 dwar il-Linji Gwida dwar l-għeluq tal-għajnuna (2000 - 2006) mill-Fondi Strutturali, COM (2006) 3424, mhux ippubblikata, sit europa.com.
(116) Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost BV vs Il-Kummissjoni, T-109/01, Ġabra p. II-00127, ECLI:EU:T:2004:4, punt 74.
(117) Sentenza tal-15 ta' Frar 2001, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni, C-99/98, Ġabra p. I-01101, ECLI:EU:C:2001:94, punti 34, 35 u 38.
(118) Il-Premessa 214 tad-deċiżjoni tal-2004.
(119) Kawżi Magħquda C-180/98 sa C-184/98, Pavlov et. (Ġabra 2000, ECLI:EU:C:2000:428, p. I-6451).
(120) Sentenza tas-16 ta' Ġunju 1987 fil-Kawża C-118/85 Il-Kummissjoni vs L-Italja, (Ġabra 1987, p. 2599, ECLI:EU:C:1987:283, punt 7); Sentenza tat-18 ta' Ġunju 1998 fil-Kawża C-35/96 Il-Kummissjoni vs L-Italja, (Ġabra 1998, p. I-3851, ECLI:EU:C:1998:303, punt 36); Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov et., ECLI:EU:C:2000:428, punt 75.
(121) Sentenza “Leipzig-halle” imsemmija hawn fuq, paragrafu 102 et sequitur.
(122) Sentenza tal-24 ta' Marzu 2011 fil-Kawżi Magħquda T-455/08, Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2011:117 u T-443/08, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni, (minn hawn 'il quddiem “sentenza Leipzig-Halle”), li għadha ma ġietx ippubblikata, punti 93, 95, 100 u 119. Ara wkoll is-sentenza tat-12 ta' Diċembru 2000 fil-Kawża T-128/98, Aéroports de Paris vsIl-Kummissjoni, Ġabra 2000, ECLI:EU:T:2000:290, p. II-3929, ikkonfermata permezz tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża C-82/01P, Ġabra 2002, p. I-9297, ECLI:EU:C:2002:617, u permezz tas-Sentenza tas-17 ta' Diċembru 2008 fil-Kawża T-196/04, Ryanair vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2008, p. II-3643, ECLI:EU:T:2008:585 punt 88.
(123) Sentenza tas-17 ta' Frar 1993 fil-Kawżi Magħquda Poucet vs AGV u C-160/91, Pistre vs Cancava, Ġabra 1993, p. I-637, ECLI:EU:C:1993:63.
(124) Idem.
(125) Sentenza tat-12 ta' Diċembru fil-Kawża T-128/98, ECLI:EU:T:2000:290, Aéroports de Paris vsIl-Kummissjoni, Ġabra 2000, p. II-3929.
(126) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.
(127) Kawża C-364/92, SAT vs Control [1994] (Ġabra1994, p. I-43, ECLI:EU:C:1994:7, punt 30) u l-Kawża C-113/07, Selex Sistemi Integrati vs Il-Kummissjoni [2009] (Ġabra 2009, p. I-2207, ECLI:EU:C:2009:191, punt 71)
(128) Nota ta' qiegħ il-paġna Nru 29 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni. Ara wkoll s-Sentenza tat-12 ta' Diċembru 1996, Kumpanija nazzjonali Air France vs Il-Kummissjoni, T-358/94, Ġabra 1996, p. II-2109, ECLI:EU:T:1996:194, punt 79, is-Sentenza tal-14 ta' Jannar 2004, Fleuren Compost BV vs Il-Kummissjoni, T-109/01, Ġabra 2004, p. II-127, ECLI:EU:T:2004:4, punt 74, is-Sentenza tat-2 ta' Diċembru 2008, Nuova Agricast Srl vs Il-Kummissjoni, T-362/05 u T-363/05, Ġabra 2008, ECLI:EU:T:2008:541, p. II-297, punt 80, is-Sentenza tat-30 ta' Novembru 2009, Franza u France Telecom vs Il-Kummissjoni, T-427/04 u T-17/05, Ġabra 2009, p. II-4315, ECLI:EU:T:2009:474, punt 321.
(129) Ara l-premessa 228 ta' din id-Deċiżjoni.
(130) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 37.
(131) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 121.
(132) Il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni.
(133) Is-sistema ta' radjunavigazzjoni li tippermetti l-assistenza għall-inżul fil-maltemp
(134) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1698 tal-20 ta' Frar 2014 dwar il-miżuri SA.22932 (11/C) (ex NN 37/07) implimentati minn Franza favur l-ajruport ta' Marseille Provence u favur il-kumpaniji tal-ajru li jagħmlu użu minn dan l-ajruport (ĠU L 260, 27.9.2016, p. 1).
(135) Sentenza tat-18 ta' Marzu 1997 fil-Kawża C-343/95 Calì & Figli vs Servizi ecologici porto di Genova, Ġabra 1997, p. I-1547, ECLI:EU:C:1997:160; Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2003 fil-Kawża N309/2002 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Ottubru 2002 fil-Kawża N438/2002 Sussidji lill-awtoritajiet tal-port għat-twettiq ta' kompiti li jaqgħu taħt l-awtorità pubblika.
(136) Skont ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 “sigurtà fl-avjazzjoni” għandha tfisser, il-kombinazzjoni ta' miżuri u riżorsi umani u naturali maħsuba għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta' interferenza illegali.” L-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni huma bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dokument Nru 30 tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) u definiti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2320/2002.
(137) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 129.
(138) Anness li jagħmel parti integrali mill-Ftehim Supplimentari Nru 6 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA
(139) L-Artikolu 25.2 tal-ispeċifikazzjonijiet, kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 6 tal-15 ta' Jannar 2008 għall-Ftehim bejn ir-Reġjun u BSCA
(140) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 50.
(141) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 52.
(142) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 89.
(143) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 90.
(144) Il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tat-titjiriet jikkonsistu fil-mili tal-bażi ta' dejta tal-amministrazzjoni tal-Vallonja billi jinġabar tagħrif dwar it-titjiriet (in-numru ta' passiġġieri, ir-reġistrazzjoni, l-isem u l-kunjom tal-pilota, it-tip ta' ajruplan, it-tip ta' titjira, minn fejn tkun ġejja, il-piż tal-ajruplan, eċċ.)
(145) L-ippjanar tat-titjiriet tirrigwarda l-komunikazzjonijiet, il-pjan tat-titjiriet, l-islotts, l-avviżi bir-radju u l-ġestjoni tal-parkeġġ tal-ajruplani
(146) L-iggwidar tal-ajruplani jinkludi żewġ kompiti: (i) l-iggwidar tat-tip “stand” li jsir mill-koordinatur taż-żoni ma' kull wasla ta' ajruplan u (ii) it-tip “follow me” li jikkonsisti fl-iggwidar tal-ajruplan permezz ta' vettura użata biss għall-piloti li ma jafux l-ajruport (ajruplani tan-negozju) jew għall-ajruplani l-kbar, kodiċi D
(147) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 85.
(148) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 92.
(149) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 92.
(150) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta' Lulju 2003, Kawża C-280/00, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magedeburg, Ġabra 2003, p.I-7747, ECLI:EU:C:2003:415.
(151) ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.
(152) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/664/UE tal-25 ta' Lulju 2012 dwar il-miżura SA.23324 – C 25/07 (ex NN 26/07) – il-Finlandja Finavia, Airpro u Ryanair fl- ajruport ta' Tampere-Pirkkala (ĠU L 309, 19.11.2013, p. 27).
(153) Ara n-Nota tat-8 ta' Novembru 2000 tal-Ministru responsabbli għall-ekonomija lill-gvern tal-Vallonja
(154) Kawżi Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96, Neue Maxhütte Stahlwerke u Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni [1999] Ġabra II-17, ECLI:EU:T:1999:7, punt 120;
(155) Ir-rata ta' tkabbir ta' 2 % hija stess hija użata fil-Ftehimiet suċċessivi bejn ir-Reġjun/SOWAER u BSCA, pereżempju għar-rata ta' tkabbir tal-limitu massimu tal-imposta varjabbli.
(156) Kawża C-39/94 SFEI [1996] Ġabra I-3547, ECLI:EU:C:1996:285, punti 60 u 61
(157) Kif indikati fil-programm ta' investimenti previst għall-ajruport ta' Charleroi anness għall-Ftehim bejn SOWAER u BSCA tal-15 ta' April 2002.
(158) Kif indikati minn BSCA.
(159) Ara l-paġna 10 tal-pjan tan-negozju ta' SOWAER anness għad-Deċiżjoni tar-Reġjun tal-Vallonja tat-23 ta' Mejju 2001.
(160) Ara tmiem il-premessa 431.
(161) Din hija analiżi ex-post ibbażata fuq il-karta tal-bilanċ ta' SOWAER għall-2002. Il-proporzjon tad-dejn fuq l-ekwità tal-kumpaniji tat-trasport bl-ajru huwa f'medja ta' 35 % skont Damodaran: “Risk Premiums for Other Markets” 2001 (http://pages.stern.nyu.edu/~ADAMODAR/)
Sors: Damodaran: “Risk Premiums for Other Markets” 2001 (http://pages.stern.nyu.edu/~ADAMODAR/)
(163) Il-koeffiċjent beta huwa fattur ewlieni tal-mudell ta' valutazzjoni tal-assi finanzjarji. Dan ikejjel il-profittabbiltà tal-assi meta mqabbel mas-suq.
(164) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.
(165) Rata tal-imgħax fuq l-obbligi Belġjani għal 10 snin f'April 2002.
(166) Nota tal-Belġju intitolata “Risposta tal-Vallonja għat-talba għall-informazzjoni tal-14 ta' Jannar 2014” (Mistoqsija 13), li l-Kummissjoni rċeviet fis-7 ta' Frar 2014
(167) Il-Belġju jsejjaħ dawn is-servizzi bħala “servizzi mhux ekonomiċi”
(168) Kawża 173/73, L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea, EU:C:1974:71
(169) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 155.
(170) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.
(171) Rata tal-imgħax fuq l-obbligi Belġjani għal 10 snin f'April 2003.
(172) Pereżempju billi żżid il-miżati tal-handling b'mod li żżomm id-dħul totali tagħha
(173) Digriet tad-19 ta' Diċembru 2007 li jemenda d-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1994 dwar il-ħolqien u l-operat tal-ajruporti u l-ajrudromi fir-reġjun tal-Vallonja
(174) Rapport ippreżentat f'isem il-Kummissjoni tal-iżvilupp tat-territorju, tat-trasport, tal-enerġija u tad-djar tal-Parlament tal-Vallonja mis-Sur E Stoffels fis-6 ta' Diċembru 2007 dwar l-abbozz tad-digriet li jemenda d-Digriet tat-23 ta' Ġunju 1994 dwar il-ħolqien u l-operat tal-ajruporti u l-ajrudromi fir-Reġjun tal-Vallonja.
(175) B'uniċità ta' ġestjoni, wieħed għandu jifhem il-fatt li l-kumpaniji li jmexxu l-ajruporti jiġu fdati bil-kontroll totali tat-trattament tal-klijenti, inklużi l-kompiti ta' sigurtà u ta' sikurezza
(176) Skont ir-rapport ta' Deloitte & Touche, “jirriżulta minn din l-analiżi li l-profittabbiltà annwali medja tal-fondi investiti fuq il-bażi tal-pjan ta' negozju korrett u fuq perjodu provviżorju ta' 10 snin tammonta għal 27 %”, u li “din ir-rata ta' rendiment għandha titqabbel ma' rata għar-riskju tas-suq għal dan it-tip ta' attività ta' 15 % fis-sena”.
(177) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2011 fil-Kawżi Magħquda T-267/08 u T-279/08, Reġjun Nord-Pas-de-Calais, ECLI:EU:T:2011:209, punt 108.
(178) Idem.
(179) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2002 fil-Kawża C-482/99, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni Ewropea (Stardust Marine), [2002] Ġabra I-04397, ECLI:EU:C:2002:294.
(180) Nota tal-Belġju bid-data tal-21 ta' Settembru 2011 (Mistoqsija 2).
(181) Il-pjan finanzjarju jindika li “l-iżvilupp maħsub għal BSCA u SAB se jkun jeħtieġ żidiet kbar ta' kapital proprju (minbarra l-finanzjamenti esterni) u għalhekk monitoraġġ min-naħa ta' SOWAER”.
(182) Distanzi indikati mis-sit https://maps.google.com
(183) http://www.charleroi-airport.com/laeroport/localisation-et-bassin-dattraction/index.html
(184) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 174.
(185) Ara n-nota tal-Belġju bid-data tat-13 ta' Mejju 2014 (risposta għall-mistoqsija 1).
(186) L-Artikolu 11 tal-Istatuti ta' BSCA tal-10 ta' Diċembru 2009.
(187) L-Artikolu 5 tal-Istatuti jipprovdi li ‘L-azzjonist ta' kategorija A jista' jkun biss ir-Reġjun tal-Vallonja, jew kwalunkwe kumpanija speċjalizzata u maħluqa minnu, il-kumpanija b'responsabbiltà limitata Sambrinvest, is-Sogepa jew Igretec’.
(188) L-Artikolu 5 tal-Istatuti jipprovdi li ‘L-azzjonist ta' kategorija C jista' jkun biss Belgian Airports u l-entitajiet li lilhom Belgian Airports tista' liberament iċċedi l-ishma tagħha’.
(189) Ara b'mod partikolari s-sentenza tad-29 ta' April 1999 fil-Kawża C-342/96, Spanja vs il-Kummissjoni, Ġabra 1999, I-2459, ECLI:EU:C:1999:210, punt 41.
(190) B'mod partikolari BSCA kienet impriża pubblika meta ngħataw dawn il-miżuri.
(191) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.
(192) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/60/UE tas-27 ta' Jannar 2010 fil-Kawża C-12/2008 – Is-Slovakkja – Tampere Pirkkala Airport u Ryanair (ĠU L 27, 1.2.2011, p. 24) il-premessi 88 u 89.
(193) Fi kliem ieħor, jekk il-profittabbiltà marġinali mistennija ta' din it-tranżazzjoni hija pożittiva.
(194) In-noti ta' qiegħ il-paġna ma ġewx ikkopjati.
(195) Punt 66.
(196) F'dak li jirrigwarda l-ispejjeż operattivi inkrementali (persunal, xiri differenti), il-Kummissjoni użat id-dejta tal-ispejjeż totali tal-pjanijiet ta' negozju u rigressjoni li tgħin il-valutazzjoni tal-mod kif dawn l-entrati ta' spejjeż jevolvu skont it-traffiku.
Sors: Nota tal-gvern tal-Vallonja annessa għall-minuti tal-laqgħa tal-gvern tal-Vallonja tat-8 ta' Novembru 2000.
(198) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 22.
(199) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.
(200) IATA, Roland Berger international, studju kkommissjonat minn Grands Travaux de Marseille.
(201) Li jinkludu l-passiġġieri li jitilqu u li jaslu fl-ajruport.
(202) Risposta tal-Belġju mibgħuta fit-18 ta' Marzu 2014 lill-Kummissjoni (risposta għall-mistoqsija 10).
(203) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġnA 156.
(204) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 198.
(205) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 156.
(206) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 76.
(207) L-avviżi ta' rettifika tat-taxxa ntbagħtu mill-Belġju lill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2014. Promocy irċeviethom wara l-bejgħ. Dawn jirrigwardaw is-snin finanzjarji 2003, 2004, 2005 u 2006 u jinkludu b'kollox ammont ta' madwar EUR 15-il miljun.
(208) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 74.
(209) Ittra ta' Ryanair lil BSCA bid-data tat-30 ta' Novembru 2009, mibgħuta mill-Belġju fit-22 ta' Lulju 2014
(210) Ara l-korrispondenza ta' Ryanair tat-30 ta' Novembru 2009
(211) Earnings before interet and taxes (Dħul qabel l-imgħax u t-taxxi)
(212) Ara l-kont tal-qligħ ipproġettat mibgħut lill-Bord tad-Diretturi ta' BSCA
(213) Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).
(214) L-Artikolu 8, § 3 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 jgħid li “Il-korp ta' tmexxija ta' ajruport jista', fuq bażi mhux diskriminatorja, jimponi ħlas speċifiku fuq l-utenti tal-ajruport bl-għan li tiġi finanzjata din l-assistenza”
(215) Dawn ir-raġunijiet huma erbgħa:
— |
in-numru ta' PMM abbord huwa limitat għal erbgħa fil-każ ta' Ryanair (fuq il-bażi tal-permessi mogħtija mill-awtoritajiet Irlandiżi inkarigati mis-sikurezza għat-tip ta' ajruplan użat), filwaqt li l-kumpaniji l-oħrajn li jżuru l-ajruport ta' Bruxelles-Sud Charleroi ma stabbilixxewx numru massimu ta' PMM għal kull titjira; |
— |
Ryanair teżiġi li l-preżenza ta' PMM abbord tiġi avżata 48 siegħa qabel, inkella, s-servizz ma jkunx garantit; il-kumpaniji l-oħrajn ma jimponu ebda obbligu ta' dan it-tip, li jfisser li BSCA xorta waħda tidħol responsabbli minkejja n-nuqqas ta' avviż minn qabel u jirriżulta fi spejjeż addizzjonali għal BSCA; |
— |
ir-rispett tal-ħin tal-wasla u tat-tluq minn Ryanair jippermetti organizzazzjoni aktar effiċjenti ta' dan is-servizz; |
— |
il-proċedura ċara u li tintuża l-aktar minn Ryanair għall-PMM (mitluba jaslu l-ajruport sa mhux atkar tard minn siegħa u 40 minuta qabel titlaq it-titjira) tgħin biex dan is-servizz jingħata bl-aħjar mod minn BSCA u, għaldaqstant, li jintaqqsu l-ispejjeż b'paragun mal-kumpaniji tal-ajru l-oħrajn. |
(216) Bl-għarfien li Ryanair kienet tirrappreżenta traffiku ta' 3 289 725 passiġġier fl-2009 u bis-suppożizzjoni li nofs dawn il-passiġġieri kienu passiġġieri tielqa mill-ajruport
(217) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 209.
(218) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 210.
(219) Kawżi Magħquda C-465/09 Ρ sa C-470/09 Ρ Diputación Foral de Vizcaya et. vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2011:372
(220) Ara pereżempju n-nota lill-gvern tal-Vallonja annessa għad-deċiżjoni tat-8 ta' Novembru 2000, paġna 9 u dawk sussegwenti.
(221) Studju strateġiku ta' Tractebel dwar l-iżvilupp tal-ajruport ta' Charleroi magħluq f'April 2000. Studju ta' Roland Berger dwar l-iżvilupp ta' strateġija għall-ajruporti tal-Vallonja ta' Lulju 2000. Studju ordnat minn “Grands travaux de Marseille” dwar l-iżvilupp potenzjali tal-ajruport ta' Charleroi
(222) Wara l-falliment ta' Sabena fl-aħħar tal-2001, it-traffiku fi Brussels-National niżel minn 19,7 miljuni fl-2001 għal 14,4 miljuni fl-2002
(223) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 209.
(224) Iż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti jinkludu r-Reġjun ta' Brussels-capital, li għandu 1,2 miljun abitant u li d-densità tiegħu tammonta għal 7 250 abitant kull km2. Id-densità tal-Belġju (li naturalment ma jikkorrispondix eżattament għaż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti) hija waħda mill-aktar għoljin fid-dinja bi 364 abitant kull km2.
(225) Iż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti jinkludu r-Reġjun ta' Brussels-capital. Dan huwa s-sede tal-istituzzjonijiet Ewropej, ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u impriżi multinazzjonali, li joħolqu domanda qawwija ta' servizzi bl-ajru. Barra minn hekk, il-Prodott Domestiku Gross għal kull abitant fil-Belġju (li naturalment ma jikkorrispondix eżattament għaż-żoni ta' kummerċ taż-żewġ ajruporti), espress fi standards ta' kapaċità tal-akkwist, huwa 20 % ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea (sors: Eurostat).
(226) Jiġifieri t-traffiku medju annwali tal-passiġġieri attwali matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik li fiha l-għajnuna hi nnotifikata jew attwalment mogħtija jew imħallsa fil-każ ta' għajnuna mhux innotifikata. Fil-każ ta' ajruport tal-passiġġieri maħluq ġdid it-traffiku annwali tal-passiġġieri previst matul is-sentejn wara l-bidu tal-operazzjoni tat-traffiku bl-ajru kummerċjali tal-passiġġieri għandu jkun ikkunsidrat. Dan il-limitu minimu jirreferi għal għadd lejn destinazzjoni waħda; passiġġier li jtir lejn l-ajruport u lura jingħadd darbtejn; Dan japplika għal rotot individwali. Jekk ajruport huwa parti minn grupp ta' ajruporti, il-volum tal-passiġġieri huwa stabbilit fuq il-bażi ta' kull ajruport individwali.
(227) B'mod aktar preċiż, intużat rata ta' skont ta' 9 % (ara l-premessa 437); din kienet ibbażata fuq spiża medja ppeżata tal-kapital ta' 9 %, li hija stess kienet ibbażata fuq rata ta' ritorn fuq l-ekwità ta' 9 %, peress li SOWAER ma kellhiex dejn.
(228) Bħala paragun, id-distanza bejn l-ajruport ta' Frankfurt Hahn u l-ajruport prinċipali ta' Frankfurt hija ta' 120 km.
(229) Ħinijiet u distanzi indikati mis-sit https://maps.google.com
(230) It-Tabella 4: Statistika annwali tat-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi.
(231) Ara l-punti 131 u 137 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni.
(232) Għas-sena 2000: digriet tas-16 ta' Diċembru 1999 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2000 u ordni tas-27 ta' Settembru 2000 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2000.
Għas-sena 2001: digriet tal-14 ta' Diċembru 2000 li kien jinkludi l-baġit ġenerali tal-infiq tar-Reġjun tal-Vallonja għas-sena tal-baġit 2001 u ordni tal-4 ta' Ottubru 2001 tal-gvern tal-Vallonja li tagħti sussidju tal-operat lil BSCA maħsub biex ikopri l-ispejjeż relatati mas-servizzi tat-tifi tan-nar u manutenzjoni tal-ajruport ta' Charleroi għas-sena 2001.
(233) Din ir-reviżjoni effettivament ma saritx qabel l-2013. Iżda xorta waħda jibqa' l-fatt li l-introduzzjoni ta' data ta' reviżjoni kienet temenda l-miżura b'mod sostanzjali.
(234) Kawża C-5/89 Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Ġermanja [1990] Ġabra I-3437, ECLI:EU:C:1990:320, punt 14; Kawża C-169/95 Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea [1997] Ġabra I-135, ECLI:EU:C:1997:10, punt 51; Kawża C-148/04 Unicredito Italiano [2005] Ġabra I-11137, ECLI:EU:C:2005:774, punt 104.
(235) Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni [2006] Ġabra I -5479, ECLI:EU:C:2006:416, punt 147
(236) Idem.
(237) Sentenza tal-11 ta' Marzu 1987, Van den Bergh en Jurgens u Van Dijk Food Products Lopik vs Il-Kummissjoni, 265/85, Ġabra p. 1155, ECLI:EU:C:1987:121, punt 44.
(238) Dawn l-imposti jikkorrispondu għas-sehem varjabbli tal-imposta ta' konċessjoni, peress li s-sehem fiss li kellu jitħallas minn BSCA huwa kkumpensat bi ħlas mingħand ir-Reġjun tal-Vallonja lil BSCA
(239) 2 % huwa l-objettiv tal-Bank Ċentrali Ewropew f'termini ta' inflazzjoni
(240) Dawn l-imposti ta' konċessjoni addizzjonali ġew ikkalkulati fuq il-bażi tal-ipoteżi li kienu jiżdiedu bi 2 % fis-sena.
(241) Idem.
(242) It-Tabella 32 tibbaża fuq l-ipoteżi li t-traffiku fl-ajruport ta' Charleroi huwa tali li l-imposta ta' konċessjoni varjabbli (a) tibqa' tkun limitata fl-2014 u fl-2015 skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ. Għalkemm din l-ipoteżi ma ġietx ivverifikata, jeħtieġ li l-ammonti indikati fil-kolonna (a) għall-2014 u l-2015 jiġu sostitwiti bl-ammonti dovuti minn BSCA għall-imposta ta' konċessjoni varjabbli. Dan ma jaffettwax lill-kolonni (b) u (c).
(243) Dawn l-ammonti huma l-istess bħal dawk tat-tabella preċedenti sal-2013 inklużi. Għall-2014, ġie applikat proporzjon ta' (273/365), bil-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru jinkludi 273 jum.
(244) Ara l-Artikolu 14(2), tar-Regolament Nru 659/99 (imsemmi qabel).
(245) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS
Informazzjoni dwar l-ammonti riċevuti, l-ammonti li jridu jiġu rkuprati jew li diġà ġew irkuprati
Identità tal-benefiċjarju |
Ammont totali tal-għajnuna riċevuta (*1) |
Total tal-ammont ta' għajnuna li għandha tiġi rkuprata (*1) (Kapital) |
Total tal-ammont diġà rimborżat (*1) |
|
Kapital |
Imgħaxijiet |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(*1) F'miljuni ta' EUR.