This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1981
Council Decision (EU) 2016/1981 of 8 November 2016 appointing an alternate member, proposed by the Kingdom of Sweden, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1981 tat-8 ta' Novembru 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tal-Iżvezja fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1981 tat-8 ta' Novembru 2016 li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tal-Iżvezja fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 305, 12.11.2016, p. 29–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
12.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 305/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1981
tat-8 ta' Novembru 2016
li taħtar membru supplenti, propost mir-Renju tal-Iżvezja fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Żvediż,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fl-20 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 (4), is-Sur Kenth LÖVGREN ġie sostitwita mis-Sinjura Ingeborg WIKSTEN bħala membru supplenti. |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sinjura Ingeborg WIKSTEN, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sur Mohamad HASSAN, Ledamot i kommunfullmäktige, Uppsala kommun. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Novembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
P. KAŽIMÍR
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1203 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar tliet membri Żvediżi u sitt membri supplenti Żvediżi fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 44).