This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1349
Commission Decision (EU) 2016/1349 of 5 August 2016 establishing the ecological criteria for the award of the EU Ecolabel for footwear (notified under document C(2016) 5028) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (notifikat bid-dokument C(2016) 5028) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1349 tal-5 ta' Awwissu 2016 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn (notifikat bid-dokument C(2016) 5028) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/5028
ĠU L 214, 9.8.2016, p. 16–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/12/2020
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32009D0563 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32020D1805 | Sostituzzjoni | artikolu 4 |
9.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 214/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1349
tal-5 ta' Awwissu 2016
li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn
(notifikat bid-dokument C(2016) 5028)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(7) u 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE (2) stabbiliet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati għax-xedd tas-saqajn. Biex tkun riflessa aħjar l-aktar teknoloġija aġġornata tas-suq għal dan il-grupp ta' prodotti u biex titqies l-innovazzjoni li kien hemm waqt il-perjodu ta' intervent, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett rivedut ta' kriterji ekoloġiċi. |
(4) |
B'mod partikolari, il-kriterji ekoloġiċi riveduti għandhom l-għan li jippromwovu prodotti li jkollhom impatt ambjentali aktar baxx, l-aktar f'termini ta' tnaqqis tar-riżorsi naturali, l-emissjonijiet fl-ilma, fl-arja u fil-ħamrija minn proċessi ta' manifatturar u li jikkontribwixxu għad-dimensjoni ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli tul iċ-ċiklu ta' ħajjithom, li jkunu durabbli, u li jillimitaw il-preżenza ta' sustanzi perikolużi. |
(5) |
Il-kriterji riveduti jippromwovu wkoll id-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli billi jdaħħlu rekwiżiti rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-sit tal-assemblaġġ finali, b'referenza għad-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji rigward l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (l-ILO), għall-Patt Globali tan-NU, għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. |
(6) |
Il-kriterji ekoloġiċi riveduti, flimkien mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu ta' innovazzjoni għal dan il-grupp ta' prodotti. |
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/563/KE għandha tiġi sostitwita. |
(8) |
Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ikunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE għax-xedd tas-saqajn abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE, biex ikun żgurat li dawn ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom u jkunu konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll ikunu jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jew skont il-kriterji ekoloġiċi riveduti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għal perjodu ta' żmien suffiċjenti. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-grupp ta' prodotti “xedd tas-saqajn” għandu jinkludi l-oġġetti kollha ddisinjati biex jipproteġu jew jgħattu s-sieq, b'pett applikat li jiġi f'kuntatt mal-art. Soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3, ix-xedd tas-saqajn kopert bl-Anness II tad-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u x-xedd tas-saqajn protettiv kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE (4) huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni.
2. Ix-xedd tas-saqajn jista' jkun magħmul minn diversi materjali naturali u/jew sintetiċi f'konformità mad-Direttiva 94/11/KE.
3. Il-grupp ta' prodotti ma għandux jinkludi l-prodotti li ġejjin:
(a) |
xedd tas-saqajn li jkun fih xi komponent elettriku jew elettroniku; |
(b) |
xedd tas-saqajn li jintrema wara li jintuża darba; |
(c) |
kalzetti b'pett applikat; |
(d) |
xedd tas-saqajn tal-ġugarelli. |
Artikolu 2
Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“Il-wiċċ taż-żarbun” tfisser l-element strutturali ta' fuq, magħmul minn materjal wieħed jew aktar, li jkun mehmuż mal-pett taż-żarbun. Il-wiċċ taż-żarbun jinkludi l-inforra u s-suletti. |
(2) |
“L-inforra u s-suletti” tfisser l-inforra tal-wiċċ taż-żarbun u s-suletta, li jiffurmaw il-parti ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn. |
(3) |
“Il-pett taż-żarbun” tfisser il-parti ta' isfel tax-xedd tas-saqajn li hija mehmuża mal-wiċċ taż-żarbun. |
(4) |
“L-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn” tfisser serje ta' operazzjonijiet li għandhom l-għan li jgħaqqdu flimkien il-wiċċ taż-żarbun mal-pett taż-żarbun biex jifforma l-prodott finali. L-imballaġġ finali tal-prodott huwa inkluż. |
(5) |
“Is-sit tal-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn” tfisser is-sit li fih isiru l-aħħar stadji tal-produzzjoni (mill-qtugħ u l-iffurmar tal-materjal (għall-produzzjoni tal-forom bl-injezzjoni) sal-imballaġġ tal-prodott) li jirrigwardaw il-prodott bil-liċenzja u li jibqgħu taħt il-kontroll tal-ġestjoni tal-applikant. |
(6) |
“Il-Komposti organiċi volatili” (KOV) huma komposti organiċi li f'293,15 K, ikollhom pressjoni tal-fwar ta' 0,01 KPa jew aktar, jew li jkollhom volatilità korrispondenti fil-kundizzonijiet partikolari tal-użu, kif definit f'EN 14602. |
(7) |
“Sustanza bijodegradabbli b'mod inerenti” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum meta jintuża wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: ISO 14593, OECD 302 A, ISO 9887, OECD 302 B, ISO 9888, OECD 302 C. |
(8) |
“Sustanza faċilment bijodegradabbli” tfisser sustanza li turi 70 % degradazzjoni ta' karbonju organiku dissolt fi żmien 28 jum jew 60 % tal-massimu teoretiku tat-tnaqqis tal-ossiġenu jew il-ġenerazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju fi żmien 28 jum meta jintuża wieħed mill-metodi tal-ittestjar li ġejjin: OECD 301 A, ISO 7827, OECD 301 B, ISO 9439, OECD 301 C, OECD 301 D, ISO 10708, OECD 301 E, OECD 301 F, ISO 9408. |
Artikolu 3
Biex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jkun parti mill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” kif definit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati li huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “xedd tas-saqajn” kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati għandhom ikunu validi għal sitt snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għall-finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” għandu jkun “017”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2009/563/KE hija mħassra.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jkunu parti mill-grupp tal-prodotti “xedd tas-saqajn” li jkunu sottomessi qabel id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jkunu parti mill-grupp ta' prodotti “xedd tas-saqajn” sottomessi fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.
3. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2009/563/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/563/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-eko-tikketta Komunitarja lix-xedd tas-saqajn (ĠU L 196, 28.7.2009, p. 27).
(3) Id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 37).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18).
ANNESS
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA
Il-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għax-“xedd tas-saqajn”:
1. |
L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem; |
2. |
It-tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud; |
3. |
L-emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma; |
4. |
Il-komposti organiċi volatili (KOV); |
5. |
Is-sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben; |
6. |
Il-Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL); |
7. |
Il-parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà; |
8. |
Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol; |
9. |
L-imballaġġ; |
10. |
L-informazzjoni dwar l-imballaġġ. |
Valutazzjoni u verifika: Għal kull kriterju jitniżżlu r-rekwiżiti dettaljati tal-valutazzjoni u tal-verifika.
Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti ta' testijiet, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur/i tiegħu jew mill-fornituri tagħhom, kif xieraq.
Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u tal-ikkalibrar, u l-verifiki li jagħmlu l-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.
Meta jkun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar għajr dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
Meta jkun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti jew żjarat fuq il-post.
Il-prodott finali huwa par żarbun. Ir-rekwiżiti huma bbażati fuq id-daqs taż-żarbun: 42 punt skont il-qies ta' Pariġi għall-irġiel, 38 punt skont il-qies ta' Pariġi għan-nisa, 40 punt skont il-qies ta' Pariġi għal mudelli unisex, 32 punt skont il-qies ta' Pariġi għat-tfal (jew l-ikbar daqs fil-każ ta' daqsijiet iżgħar minn 32 punt skont il-qies ta' Pariġi), u 26 punt skont il-qies ta' Pariġi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin.
Sakemm ma jkunux speċifikati separatament, il-kriterji japplikaw għall-prodott finali, li huwa kompost minn uċuħ taż-żraben u minn pettijiet taż-żraben li jkunu magħmula minn materjali u minn oġġetti omoġeni li jifformaw il-prodott finali.
L-applikant għandu jipprovdi l-lista tal-materjali tal-prodott, u fiha jniżżel il-materjali u l-oġġetti omoġeni kollha li ntużaw. Il-piż ta' kull materjal kostitwenti għandu jiġi espress fi grammi u bħala persentaġġ tal-uċuħ taż-żraben u tal-pettijiet taż-żraben. Għandha tiġi ddikjarata l-unità ta' piż totali tal-prodott finali.
Il-kriterju 6 jirreferi għal Lista ta' Sustanzi Ristretti li hija pprovduta fl-Appendiċi. Il-lista tistabbilixxi l-ambitu tar-restrizzjonijiet u l-metodi tal-verifika rispettivi.
IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 — L-oriġini tal-ġlud ħoxnin u tal-ġlud, tal-qoton, tal-injam u tas-sufra, u tal-fibri taċ-ċelluloża magħmula mill-bniedem
1.1. Rekwiżiti għall-ġlud ħoxnin u għall-ġlud
Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet speċifikati fil-kriterji 1.1(a) u 1.1(b).
1.1(a)
Il-kriterju 1.1(a) għandu japplika meta l-kontenut tal-ġilda fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati minn annimali mrobbija għall-ħalib jew għall-produzzjoni tal-laħam biss huma permessi li jintużaw għall-produzzjoni tal-ġilda li hija intiża għall-użu fil-prodott finali.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġlud ħoxnin jew tal-ġlud. Id-dikjarazzjoni għandha ssostni li l-kumpanija li timmanifattura l-ġilda twettaq il-kontrolli tal-verifika tal-konformità fuq il-materja prima li tintuża, u li l-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali joriġinaw minn annimali mrobbija għall-ħalib jew għall-produzzjoni tal-laħam.
1.1(b)
Il-ġlud ħoxnin u ġlud mhux ipproċessati li joriġinaw minn speċijiet estinti, estinti fis-selvaġġ, f'periklu kritiku, fil-periklu, vulnerabbli, u dawk li jkunu kważi fil-periklu, skont il-kategoriji stabbiliti mil-Lista l-Ħamra tal-Ispeċijiet fil-Periklu tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) (1), ma għandhomx jintużaw fil-prodott finali.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tidentifika l-annimal tal-oriġini u ssostni li l-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati intiżi biex jintużaw fil-prodott finali ma joriġinawx minn speċijiet estinti, estinti fis-selvaġġ, f'periklu kritiku, fil-periklu, vulnerabbli, jew dawk li jkunu kważi fil-periklu skont il-klassifikazzjoni tal-IUCN.
1.2. Qoton u fibri naturali oħra ta' żrieragħ taċ-ċelluloża
Il-kriterju 1.2 għandu japplika meta l-kontenut tal-qoton fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
Il-qoton li jkun fih 70,0 % piż b'piż jew aktar ta' kontenut riċiklat huwa eżentat mir-rekwiżit tal-kriterju 1.2.
Il-qoton u l-fibri naturali l-oħra ta' żrieragħ taċ-ċelluloża (minn hawn 'il quddiem, il-qoton) li mhumiex fibri riċiklati, għandu jkollhom kontenut minimu jew ta' qoton organiku (ara l-kriterju 1.2(a)) jew ta' qoton b'ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) (ara l-kriterju 1.2(b)).
Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE (2) huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 1.2.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.
Meta jintużaw tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE sabiex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.
Meta jkun applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.
1.2(a)
Bl-eċċezzjoni tax-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, minimu ta' 10 % piż b'piż tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata li jintuża fil-prodott għandha titkabbar skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3), fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew skont obbligi legali ekwivalenti stabbiliti mis-sħab kummerċjali tal-UE. Il-kontenut tal-qoton organiku jista' jinkludi qoton li jkun tkabbar b'mod organiku u qoton organiku tranżizzjonali.
Mill-inqas 95 % piż b'piż tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata użata fix-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun qoton organiku.
Meta l-qoton organiku jrid jiġi mħallat ma' qoton konvenzjonali jew ma' qoton IPM, il-qoton għandu jkun minn varjetajiet mhux ġenetikament modifikati.
Id-dikjarazzjonijiet dwar il-kontenut organiku jistgħu jsiru biss meta l-kontenut organiku jkun tal-anqas 95 %.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità għall-kontenut organiku appoġġata b'evidenza li tkun ġiet ċertifikata minn korp ta' kontroll indipendenti, li kien ġie prodott f'konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni u tal-ispezzjoni stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007, fil-Programm Organiku Nazzjonali (NOP) tal-Istati Uniti jew dawk stabbiliti minn sħab kummerċjali oħra. Il-verifika għandha tkun ipprovduta għal kull pajjiż ta' oriġini.
L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu juri l-konformità mar-rekwiżit ta' kontenut minimu ta' qoton organiku bbażat fuq il-volum annwali ta' qoton mixtri għall-manifattura tal-prodott/i finali u skont kull linja ta' prodotti. Għandhom jiġu pprovduti r-rekords tat-tranżazzjonijiet u/jew il-fatturi li jiddokumentaw il-kwantità ta' qoton ċertifikat mixtri.
Għall-qoton konvenzjonali jew IPM li jintuża f'taħlitiet mal-qoton organiku, it-test ta' skrinjar għall-modifikazzjonijiet ġenetiċi komuni għandu jiġi aċċettat bħala prova ta' konformità tal-varjetà tal-qoton.
1.2(b)
Bl-eċċezzjoni tax-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, minimu ta' 20 % piż b'piż tal-fibra qoton mhux riċiklata li tintuża fil-prodott għandha titkabbar skont il-prinċipji tal-IPM kif definiti fil-programm tal-IPM tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) jew skont is-sistemi ta' Ġestjoni Integrata tal-Uċuħ tar-Raba' (ICM) li jinkorporaw il-prinċipji tal-IPM.
Mill-inqas 60 % tal-fibra tal-qoton mhux riċiklata li tintuża fix-xedd tas-saqajn intiż għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha titkabbar skont il-prinċipji tal-IPM.
Il-qoton IPM li jkun intiż biex jintuża fil-prodott finali għandu jitkabbar mingħajr l-użu tal-ebda waħda mis-sustanzi li ġejjin: aldikarb, aldrin, kamfeklor (toksafen), kaptafol, klordan, 2,4,5-T, klordimeform, ċipermetrina, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa tiegħu, endosulfan, endrin, ħeptaklor, eżaklorobenżen, eżakloroċikloeżan (isomeri totali), metamidofos, metilparatjon, monokrotofos, neonikotinojdi (klotjanidin, imidakloprid, tijametoksam), paratjon, pentaklorofenol.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 1.2(b), appoġġata b'evidenza li tikkonferma li tal-anqas 20 % piż b'piż tal-qoton mhux riċiklat li jinsab fil-prodott, jew 60 % piż b'piż fil-każ ta' xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, ikun tkabbar minn bdiewa li jkunu pparteċipaw fi programmi ta' taħriġ formali tal-FAO tan-NU jew fi programmi IPM jew ICM tal-Gvern u/jew li jkunu ġew awditjati bħala parti minn skemi tal-IPM ċertifikati minn parti terza. Il-verifika għandha tiġi pprovduta fuq bażi annwali għal kull pajjiż ta' oriġini jew inkella fuq il-bażi ta' ċertifikazzjonijiet għall-qoton IPM kollu mixtri għall-manifattura tal-prodott.
L-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jiddikjara wkoll li l-qoton IPM ma tkabbarx bl-użu ta' xi sustanza elenkata fil-kriterju 1.2(b). L-iskemi ta' ċertifikazzjoni tal-IPM li jeskludu l-użu tas-sustanzi elenkati għandhom jiġu aċċettati bħala prova ta' konformità.
1.3. Injam u sufra sostenibbli
Il-kriterju 1.3 għandu japplika meta l-kontenut tal-injam jew tas-sufra li jintuża fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
L-injam kollu u s-sufra kollha għandhom ikunu koperti minn ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-Kunsill Dispensier tal-Foresti (FSC), il-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni Forestali (PEFC) jew ekwivalenti.
L-injam u s-sufra verġni kollu ma għandux joriġina mill-ispeċijiet OĠM u għandu jkun kopert b'ċertifikati validi ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti u ċertifikati tal-katina tal-kustodja maħruġa minn skema ta' ċertifikazzjoni ta' parti terza indipendenti bħall-FSC, il-PEFC jew ekwivalenti.
Meta skema ta' ċertifikazzjoni tippermetti t-taħlit ta' materjal mhux iċċertifikat ma' materjal iċċertifikat u/jew riċiklat fi prodott jew f'linja ta' produzzjoni, minimu ta' 70 % tal-materjal tal-injam jew tas-sufra, kif xieraq, għandu jkun materjal iċċertifikat bħala verġni u/jew materjal riċiklat sostenibbli.
Il-materjal mhux ċertifikat għandu jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb b'mod legali u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward tal-materjal mhux iċċertifikat.
Il-korpi ta' ċertifikazzjoni li joħorġu ċertifikati tal-foresta u/jew tal-katina ta' kustodja għandhom ikunu akkreditati jew rikonoxxuti minn dik l-iskema ta' ċertifikazzjoni.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata b'ċertifikat/i validu/i tal-katina tal-kustodja ċċertifikat/i b'mod indipendenti għall-materjal kollu tal-injam u tas-sufra li ntuża fil-prodott jew fil-linja tal-produzzjoni u juri li tal-anqas 70 % tal-materjal tal-injam jew tas-sufra joriġina minn foresti jew minn żoni ġestiti skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u/jew minn sorsi riċiklati li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-iskema rilevanti indipendenti tal-katina tal-kustodja. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti minn parti terza. Jekk l-iskema ma teħtieġx speċifikament li l-materjal verġni kollu jinkiseb minn speċijiet mhux OĠM, għandha tingħata evidenza addizzjonali biex dan jintwera.
Jekk il-prodott jew il-linja tal-produzzjoni jinkludu materjal verġni mhux iċċertifikat, għandha tingħata prova li l-kontenut tal-materjal verġni mhux iċċertifikat ma jaqbiżx it-30 % u li jkun kopert minn sistema ta' verifika li tiżgura li jkun inkiseb legalment u li jissodisfa kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-iskema ta' ċertifikazzjoni fir-rigward ta' materjal mhux iċċertifikat.
1.4. Fibri taċ-ċelluloża artifiċjali (inklużi l-visk, il-modal, il-lijoċell)
Il-kriterju 1.4(a) għandu japplika meta l-kontenut tal-fibri taċ-ċelluloża artifiċjali li jintużaw fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun iktar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
Il-fibri taċ-ċelluloża artifiċjali li fihom 70,0 % piż b'piż jew aktar ta' kontenut riċiklat huma eżentati m
Minimu ta' 25,0 % tal-fibri tal-polpa mhux riċiklati għandhom jiġu mmanifatturati minn injam li jkun tkabbar skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif definit mill-FAO tan-NU. Il-proporzjon li jifdal tal-fibri tal-polpa mhux riċiklati għandu jkun ġej minn polpa li tittieħed minn pjantaġġuni u minn forestrija legali.
Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 1.4.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.
Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE. Inkella, l-applikant għandu jikseb mingħand il-manifattur/i tal-fibri, ċertifikati validi tal-katina tal-kustodja ċċertifikati b'mod indipendenti li juru li l-fibri tal-injam tkabbru skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u/jew ittieħdu minn sorsi legali. L-iskemi tal-FSC, tal-PEFC jew skemi ekwivalenti għandhom jiġu aċċettati bħala ċertifikazzjoni indipendenti.
Il-manifattur tal-fibri għandu juri li ġew segwiti proċessi ta' diliġenza dovuta kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biex jiġi żgurat li l-injam ikun inqata' legalment. Il-liċenzji validi u/jew iċ-ċertifikazzjoni minn parti terza dwar l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) jew il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) għandhom ikunu aċċettati bħala evidenza ta' qtugħ minn sorsi legali.
Meta jkun applikabbli, il-kontenut riċiklat għandu jkun jista' jiġi intraċċat lura lejn ir-riproċessar tal-materja prima. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta' ċertifikazzjoni minn parti terza indipendenti tal-katina tal-kustodja jew permezz ta' dokumentazzjoni pprovduta mill-fornituri u mir-riproċessuri tal-materja prima.
1.5. Plastik
Il-plastik tal-PVC ma għandu jintuża fl-ebda parti tal-prodott.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.
Kriterju 2 — Tnaqqis fil-konsum tal-ilma u restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud
Il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għal limitu fuq il-konsum tal-ilma fil-proċess tal-ikkonzar kif speċifikat fil-kriterju 2.1.
Il-ġilda li tintuża fi prodotti intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun soġġetta għal restrizzjoni fuq l-ikkonzar abbażi tal-kromu kif speċifikat fil-kriterju 2.2.
2.1. Konsum tal-ilma
Dan il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut tal-ġilda użata fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun iktar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
Il-konsum ta' ilma espress bħala volum medju annwali ta' ilma kkonsmat għal kull tunnellata ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud mhux ipproċessati ma għandux jaqbeż il-limiti mogħtija fit-Tabella 1:
Tabella 1
Il-konsum massimu ta' ilma awtorizzat fi proċessi tal-ikkonzar
Ġlud ħoxnin |
28 m3/t |
Ġlud |
45 m3/t |
Ikkunzar veġetali tal-ġilda |
35 m3/t |
Ġilda tal-majjal |
80 m3/t |
Ġilda tan-nagħaġ |
180 l/ġilda |
Valutazzjoni u verifika: kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-fornitur tal-ġilda jew mill-kumpanija li timmanifattura l-ġilda. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-ammont annwali ta' produzzjoni ta' ġilda u l-konsum relatat ta' ilma abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar tal-aħħar tnax-il xahar qabel l-applikazzjoni, imkejjel mill-kwantità ta' ilma mormi skarikat.
Jekk il-proċess tal-produzzjoni tal-ġilda jsir f'postijiet ġeografiċi differenti, l-applikant jew il-fornitur tal-ġlud nofshom lesti għandu jipprovdi dokumentazzjoni li tispeċifika li l-kwantità ta' ilma skarikat (m3) għall-kwantità ta' ġlud nofshom lesti pproċessati f'tunnellati (t) jew l-għadd ta' ġlud għall-ġlud tan-nagħaġ, kif xieraq, abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar matul it-tnax-il xahar ta' qabel l-applikazzjoni.
2.2. Restrizzjoni fuq l-ikkonzar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud
Għal żraben intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, il-ġlud ħoxnin u l-ġlud mhux ipproċessati maħsuba biex jintużaw fil-kisi u fl-inforra, kif definit fl-Artikolu 2(2), għandhom jiġu pproċessati bl-użu ta' teknoloġija tal-ikkonzar mingħajr kromu.
Valutazzjoni u verifika: Għal żraben intiżi għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni ta' konformità mingħand il-manifattur tal-ġilda jew mill-fornitur tal-ġilda, kif jixraq, bl-informazzjoni li l-ġilda li ntużat fil-partijiet ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn (il-kisi u/jew l-inforra) ġiet ikkonzata mingħajr kromu. Id-dikjarazzjoni għandha tispeċifika l-aġent tal-ikkonzar li ntuża fl-ipproċessar ta' ġlud ħoxnin u ta' ġlud.
Kriterju 3 — Emissjonijiet fl-ilma mill-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u tal-gomma
It-tessuti, il-ġilda u l-gomma li jkunu maħsuba biex jintużaw fil-prodott finali għandhom ikunu soġġetti għal limitu fuq l-emissjonijiet fl-ilma.
Dan il-kriterju għandu japplika kull meta l-kontenut tal-ġilda, tal-gomma jew tat-tessuti, kif xieraq, li jintużaw fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 10,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
3.1. Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mis-siti tal-ikkunzar tal-ġilda
Il-valur tad-DKO fl-ilma mormi mis-siti tal-ikkonzar tal-ġilda, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż 200,0 mg/l.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tal-ittestjar skont l-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.
3.2. Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mill-proċessi tal-irfinar tat-tessuti
Il-valur tad-DKO fl-iskariki tal-ilma mormi minn proċessi tal-irfinar tat-tessuti ma għandux jaqbeż 20,0 g/kg ta' tessuti ipproċessati.
Il-proċessi tal-irfinar għandhom jinkludu thermosetting, thermosoling, il-kisi u t-tixpip tat-tessuti. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal proċessi fl-imxarrab li jintużaw fl-irfinar tad-drapp tessili. Ir-rekwiżit għandu jitkejjel f'punt wara l-impjant ta' trattament tal-ilma tad-drenaġġ ta' fuq is-sit jew f'impjant muniċipali għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ li jirċievi l-ilma tad-drenaġġ minn dawk is-siti tal-iproċessar.
Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-Kriterju 3.2.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità.
Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.
Inkella, l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dokumentazzjoni dettaljata u rapporti tal-ittestjar skont l-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent ma jiġix trattat fuq il-post, tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.
3.3. Domanda Kimika ta' Ossiġenu (DKO) fl-ilma mormi mill-ipproċessar tal-gomma naturali u sintetika
Il-valur tad-DKO fl-ilma mormi mill-ipproċessar tal-gomma naturali jew sintetika, kif applikabbli, meta jintrema fl-ilma tal-wiċċ wara t-trattament (kemm jekk fuq il-post u mhux), ma għandux jaqbeż 150,0 mg/l. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal proċessi fl-imxarrab li jintużaw biex tiġi mmanifatturata l-gomma.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn dokumentazzjoni dettaljata u r-rapporti tal-ittestjar, abbażi tal-ISO 6060 li juru l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi tal-valuri medji ta' kull xahar, għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Id-dejta għandha turi l-konformità tas-sit tal-produzzjoni jew, jekk l-effluwent jiġi trattat lil hinn mis-sit, il-konformità tal-operatur tat-trattament tal-ilma mormi.
3.4. Kromu fl-ilma mormi mill-ikkunzar wara t-trattament
Il-konċentrazzjoni totali tal-kromu fl-ilma mormi mill-konzerija wara t-trattament ma għandhiex taqbeż il-1,0 mg/l kif speċifikat fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE (5).
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal, kif xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata b'rapport tat-test billi juża wieħed mill-metodi ta' ttestjar li ġejjin: l-ISO 9174, l-EN 1233 jew l-EN ISO 11885 għall-kromu u li juri l-konformità ma' dan il-kriterju abbażi ta' medji ta' kull xahar għas-sitt xhur ta' qabel l-applikazzjoni. Kif xieraq, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-BAT 10, u mal-BAT 11 jew 12, kif xieraq, tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/84/UE għat-tnaqqis tal-kontenut tal-kromu fi skariki ta' ilma mormi.
Kriterju 4 — Komposti organiċi volatili (KOV)
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-użu totali tal-KOV fil-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja t-18,0-il gramma KOV/par.
Għaż-żraben kklassifikati bħala tagħmir tal-protezzjoni personali f'konformità mad-Direttiva 89/686/KEE, l-użu totali tal-KOV matul il-produzzjoni finali tax-xedd tas-saqajn, ma għandux jaqbeż bħala medja l-20,0 g KOV/par.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata b'kalkolu tal-użu totali tal-KOV matul il-produzzjoni finali taż-żraben skont l-EN 14602. Il-kalkolu għandu jiġi appoġġat b'riżultati tat-testijiet u b'dokumentazzjoni (ir-reġistrazzjoni tal-ġilda mixtrija, il-kolla, l-irfinituri u l-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn) kif xieraq.
Meta jkun applikabbli, għandha tingħata kopja ta' ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott huwa kklassifikat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali.
Kriterju 5 — Sustanzi perikolużi fil-prodott u fil-komponenti taż-żraben
Il-preżenza fil-prodott finali u fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu tiegħu, ta' sustanzi u ta' taħlitiet li skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHCs) jew sustanzi u taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-ippakkjar (CLP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għall-perikli elenkati fit-Tabella 2, għandhom ikunu ristretti skont il-kriterji 5.1 u 5.2.
Għall-finijiet ta' dan il-kriterju, il-Lista ta' susutanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna (l-SVHCs) u l-klassifikazzjonijiet tal-periklu tas-CLP huma miġbura fit-Tabella 2 skont il-proprjetajiet tagħhom tal-periklu.
Il-kriterju ma japplikax għal sustanzi jew għal taħlitiet li fl-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (ngħidu aħna, sustanzi li ma jibqgħux aktar bijodisponibbli jew li jgħaddu minn modifika kimika) b'mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika. Dan għandu jinkludi reazzjonijiet kimiċi li fihom is-sustanzi jkunu ġew modifikati bħall-polimerizzazzjoni, meta l-monomeri jew l-addittivi jintrabtu b'mod kovalenti.
Il-prodotti tat-tessuti li jingħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 5.
Tabella 2
Raggruppament ta' perikli ristretti
Perikli tal-Grupp 1 — Sustanzi ta' tħassib serju ħafna (SVHC)
Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 1:
— |
Sustanzi li jidhru fil-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna (l-SVHCs) mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (8) |
— |
Sustanzi Karċinoġeni, Mutaġeni u/jew Tossiċi għar-Riproduzzjoni (CMR), il-Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df |
Perikli tal-Grupp 2 — Perikli CLP
Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 2:
— |
CMR tal-kategorija 2: H341, H351, H361f, H361d, H361fd, H362 |
— |
Tossiċità akkwatika tal-kategorija 1: H400, H410 |
— |
Tossiċità akuta tal-kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330, |
— |
Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-kategorija 1: H304 |
— |
Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira (STOT) tal-kategorija 1: H370, H372 |
— |
Sensitizzatur tal-Ġilda tal-kategorija 1: H317 |
Perikli tal-Grupp 3 — Perikli CLP
Perikli li jixħtu sustanza jew taħlita fil-Grupp 3:
— |
Tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413 |
— |
Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331, EUH070 |
— |
STOT tal-kategorija 2 (*): H371, H373 |
5.1 Restrizzjoni fuq is-sustanzi ta' tħassib serju ħafna
Il-prodott finali, u kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu tiegħu, ma għandux ikun fih sustanzi li jkunu ġew identifikati bil-proċedura deskritta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u inklużi fil-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs, f'konċentrazzjonijiet akbar minn 0,10 % piż b'piż.
Ma għandha tingħata l-ebda deroga għal-Lista ta' Kandidati tal-SVHCs jekk ikunu preżenti fil-prodott finali, jew lil kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifformaw parti mill-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % piż b'piż.
Dan l-iskrinjar għandu jkun ibbażat fuq l-identifikazzjoni tal-potenzjal għal preżenza ta' sustanzi bħal dawn fil-prodott.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità, fejn xieraq, appoġġata b'dikjarazzjonijiet mill-fornitur tal-materjal fir-rigward tan-nuqqas ta' preżenza tal-SVHCs f'konċentrazzjoni ogħla minn 0,10 % (piż b'piż) għall-prodott finali, u ta' kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott. Id-dikjarazzjonijiet għandu jkollhom referenza għall-aħħar verżjoni tal-Lista ta' Kandidati li ppubblikat l-ECHA (9).
Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.
5.2 Restrizzjoni abbażi ta' sustanzi u ta' taħlitiet ikklassifikati skont is-CLP
Bl-eċċezzjoni tal-kisi u tal-inforra, kif iddefinit fl-Artikolu 2(2) ta' din id-Deċiżjoni, il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut ta' kull materjal jew oġġett omoġenu fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 3,0 % piż b'piż ta' kull komponent. Għall-kisi u l-inforra, kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jintuża għall-kisi u l-inforra għandu jkun soġġett għal restrizzjoni kif speċifikat fil-paragrafu li jmiss.
Is-sustanzi u t-taħlitiet li jaqgħu fi ħdan il-gruppi identifikati fit-Tabella 3 li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta' periklu tas-CLP fit-Tabella 2 ma għandhomx ikunu preżenti fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali f'konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż b'piż).
Tabella 3
Gruppi ta' sustanzi u ta' taħlitiet li għalihom għandu japplika l-kriterju 5.2
— |
Sustanzi attivi tal-prodotti bijoċidali; |
— |
Żebgħat (inklużi linka, pigmenti u verniċi); |
— |
Trasportaturi awżiljarji, aġenti neffieħa, tal-livellar u tad-dispersjoni, aġenti tensjoattivi; |
— |
Aġenti tad-dlik bix-xaħam; |
— |
Solventi; |
— |
Aġenti li jħaxxnu, aġenti leganti, stabbilizzaturi u plastifikanti użati fl-istampar; |
— |
Ritardanti tal-fjammi; |
— |
Aġenti li jqassmu, adeżivi; |
— |
Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'. |
L-użu ta' ċerti sustanzi u taħlitiet imsemmija fit-Tabella 3 huma eżentati mir-rekwiżiti tal-kriterju 5.2 soġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati fit-Tabella 4.
Tabella 4
Il-kundizzjonijiet tad-derogi li għandhom japplikaw għall-użu ta' sustanzi u ta' taħlitiet funzjonali
Sustanzi u taħlitiet |
Ambitu tad-deroga |
Kundizzjonijiet tad-deroga |
Applikabbiltà għax-xedd tas-saqajn |
||||||||||
Nikil |
H317, H351, H372 |
In-nikil jista' jkun preżenti fl-azzar inossidabbli biss. Ir-rata ta' rilaxx ta' nikil mill-azzar inossidabbli għandha tkun 0,5 μg/cm2/kull ġimgħa jew inqas kif speċifikat fil-kriterju 6 (RSL). |
Maskaretti tal-metall u aċċessorji tax-xedd tas-saqajn |
||||||||||
Żebgħat għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti |
H301, H311, H331, H317 |
Formulazzjonijiet ta' tiżbigħ mingħajr trab jew dożaġġ u distribuzzjoni awtomatiċi taż-żebgħat għandhom jintużaw mill-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa u mill-istampaturi biex jitnaqqas l-esponiment tal-ħaddiema. |
Żebgħat |
||||||||||
Żebgħat għat-tiżbigħ u għall-istampar mhux bil-pigmenti |
H411, H412, H413 |
Proċessi tat-tiżbigħ bl-użu minn żebgħat reattivi, diretti, tal-bittija jew tal-kubrit b'dawn il-klassifikazzjonijiet għandhom jissodisfaw minimu ta' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-użu ta' għoti tal-kulur abbażi ta' soluzzjoni u/jew ta' stampar diġitali huma eżentati minn dawn il-kundizzjonijiet. |
Żebgħat |
||||||||||
Repellenti tal-ilma, tal-ħmieġ u tat-tbajja'. |
H413 |
Ir-repellent u l-prodotti ta' degradazzjoni tiegħu għandhom ikunu faċilment u/jew inerentement bijodegradabbli u sustanzi mhux bijoakkumulattivi fl-ambjent akwatiku, inkluż is-sediment akwatiku. |
Repellenza tal-ilma |
||||||||||
Awżiljarji residwi misjuba fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali |
|||||||||||||
L-awżiljarji li jinkludu: trasportaturi, aġenti tal-livellar, aġenti ta' dispersjoni, aġenti tensjoattivi, aġenti li jħaxxnu, aġenti leganti |
H301, H311, H331, H371, H373, H317 (1B), H411, H412, H413, EUH070, |
Ir-riċetti għandhom jiġu fformulati bl-użu ta' sistemi ta' dożaġġ awtomatiċi u l-proċessi għandhom isegwu l-proċeduri operattivi standard. Is-sustanzi kklassifikati b'H311, H331, H317 (1B) ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet ta' aktar minn 1,0 % piż b'piż fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali. |
Awżiljarji |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mal-kriterju 5.2 appoġġata, meta dan ikun xieraq, b'dikjarazzjonijiet mill-fornitur/i tal-materjal. Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn lista ta' sustanzi u/jew minn sustanzi f'taħlitiet kif speċifikat fit-Tabella 3 li jkunu preżenti fi kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li jifforma parti mill-prodott finali, flimkien ma' informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-periklu tagħhom jew in-nuqqas ta' klassifikazzjoni.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta biex tappoġġa d-dikjarazzjonijiet tal-klassifikazzjoni jew tan-nuqqas ta' klassifikazzjoni tal-periklu għal kull sustanza jew taħlita:
— |
in-numru CAS, EC jew tal-lista tas-sustanza (meta jkun disponibbli għat-taħlitiet); |
— |
il-forma fiżika u l-istat li fih tintuża s-sustanza jew it-taħlita; |
— |
il-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-periklu tas-CLP; |
— |
l-entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-ECHA dwar sustanzi rreġistrati ta' REACH jekk ma kienet disponibbili l-ebda klassifikazzjoni armonizzata (10); |
— |
il-klassifikazzjonijiet ta' taħlitiet skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament CLP. |
Meta jkunu qegħdin jitqiesu entrati ta' awtoklassifikazzjoni fil-bażi tad-data dwar sustanzi rreġistrati ta' REACH, għandha tingħata prijorità lill-entrati minn sottomissjonijiet konġunti.
Meta klassifikazzjoni tkun irreġistrata bħala “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva” skont il-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi rreġistrati ta' REACH, jew meta s-sustanza tkun għadha ma ġietx irreġistrata fir-Regolament REACH, għandha tiġi pprovduta d-dejta tossikoloġika li tissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b'tali mod li tkun biżżejjed biex tappoġġa l-awtoklassifikazzjoni konklużiva skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-gwida ta' appoġġ tal-ECHA. Fil-każ ta' entrati fil-bażi tad-dejta “b'dejta nieqsa” jew “inkonklużiva”, l-awtoklassifikazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati u għandhom jiġu aċċettati dawn is-sorsi ta' informazzjoni:
— |
L-istudji tossikoloġiċi u l-valutazzjonijiet tal-periklu mingħand l-aġenzji regolatorji bejn il-pari tal-ECHA (11), il-korpi regolatorji tal-Istati Membri jew il-korpi intergovernattivi; |
— |
Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) mimlija kollha skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
— |
Ġudizzju espert dokumentat mogħti minn tossikoloġista professjonali. Dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi tal-letteratura xjentifika u tad-dejta tal-ittestjar eżistenti, u meta meħtieġ appoġġati b'riżultati minn testijiet ġodda li jkunu saru f'laboratorji indipendenti bl-użu ta' metodi rikonoxxuti mill-ECHA. |
— |
Attestazzjoni, fejn xieraq, ibbażata fuq ġudizzju espert, maħruġa minn korp akkreditat ta' valutazzjoni tal-konformità li jwettaq valutazzjonijiet tal-periklu skont is-Sistema Globalment Armonizzata (GHS) tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta' sustanzi kimiċi jew ta' sistemi ta' klassifikazzjoni tal-periklu CLP. |
Skont l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-informazzjoni dwar il-proprjetajiet perikolużi tas-sustanzi jew tat-taħlitiet jistgħu jinkisbu b'mezzi differenti mit-testijiet, pereżempju bl-użu ta' metodi alternattivi bħall-metodi in vitro, b'mudelli kwantitattivi tal-attività tal-istruttura jew bl-użu tar-raggruppar jew tar-read-across.
Għas-sustanzi u għat-taħlitiet derogati elenkati fit-Tabella 4, l-applikant għandu jipprovdi evidenza li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tad-deroga.
Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.
Kriterju 6 — Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL)
Dan il-kriterju għandu japplika meta l-kontenut ta' kwalunkwe materjal jew oġġett omoġenu li ntuża fl-uċuħ taż-żraben jew fil-pettijiet taż-żraben ikun akbar minn 3,0 % piż b'piż ta' kull komponent.
Il-prodott finali, il-materjali jew l-oġġetti omoġeni li jifformaw parti mill-prodott finali, jew ir-riċetti tal-produzzjoni li ntużaw, kif applikabbli, ma għandux ikun fihom sustanzi speċifikati fil-Lista ta' Sustanzi Ristretti (RSL). L-applikabbiltà, l-ambitu tar-restrizzjonijiet, ir-rekwiżiti tal-verifika u tal-ittestjar huma pprovduti fl-RSL għal kull sustanza jew grupp ta' sustanzi. L-RSL tista' tinstab fl-Appendiċi ta' din id-Deċiżjoni.
L-RSL għandha tiġi kkomunikata mill-applikant lill-fornituri kollha tal-materjali jew tal-oġġetti li jkun se jintużaw bħala komponenti tal-prodott bl-Ekotikketta tal-UE.
Il-prodotti tat-tessuti li jingħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 6.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur/i tal-materjal tiegħu, kif ikun xieraq, għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità mal-RSL appoġġata b'evidenza li tkun applikabbli għas-sustanzi u għat-taħlitiet li ntużaw fil-manifattura tal-prodott finali jew fil-materjali tiegħu. Il-verifika għandha tiġi pprovduta għal kull rekwiżit rilevanti kif indikat fl-RSL, li jistgħu jinkludu:
— |
dikjarazzjonijiet miksuba minn dawk responsabbli għall-istadji tal-produzzjoni relatati; |
— |
dikjarazzjonijiet minn fornituri tas-sustanzi kimiċi; jew |
— |
riżultati tat-testijiet minn analiżi fil-laboratorju tal-kampjuni tal-prodott finali. |
Meta jkun meħtieġ, l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza għandhom jimtlew skont il-gwida fit-Taqsimiet 10, 11 u 12 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Rekwiżiti għat-Tfassil tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza). Skedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza (SDS) mhux kompluti se jeħtieġu dikjarazzjonijiet supplimentari mill-fornituri tas-sustanzi kimiċi.
Meta tkun meħtieġa analiżi fil-laboratorju tal-prodott finali, din għandha titwettaq għal linji speċifiċi ta' prodotti u abbażi ta' kampjuni meħuda każwalment. Meta jkun speċifikat, din għandha ssir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja biex tintwera konformità kontinwa mal-kriterju tal-RSL bir-riżultati li mbagħad jiġu kkomunikati lill-korp kompetenti rilevanti.
Id-dejta tat-testijiet miksuba għall-finijiet ta' konformità mal-RSLs tal-industrija u skemi oħra għaċ-ċertifikazzjoni tax-xedd tas-saqajn għandhom jiġu aċċettati meta l-metodi tat-test ikunu ekwivalenti.
Meta jintużaw prodotti tat-tessuti bl-Ekotikketta tal-UE, l-applikant għandu jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-Ekotikketta tal-UE biex juri li l-ekotikketta li ngħatat skont id-Deċiżjoni 2014/350/UE.
Kriterju 7 — Parametri li jikkontribwixxu għad-durabbiltà
Ix-xedd tas-saqajn okkupazzjonali u tas-sikurezza għandu jġorr il-marka CE u għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta' durabbiltà speċifikati skont id-Direttiva 89/686/KEE. Ix-xedd l-ieħor kollhu tas-saqajn għandu jissodisfa r-rekwiżiti indikati fit-Tabella 5.
Tabella 5
Parametri tad-durabbiltà
Parametru/Metodu tat-test standard |
Sport ġenerali |
Xedd tas-saqajn tal-iskola |
Każwali |
Tal-irġiel formali |
Tat-temp kiesaħ Xedd tas-saqajn |
Tan-nisa formali |
Tal-moda |
Tat-trabi |
Ta' ġewwa |
|
Wiċċ reżistenti għal-liwi: (kc mingħajr ħsara viżibbli)/EN 13512 |
Xott = 100 Imxarrab = 20 |
Xott = 100 Imxarrab = 20 |
Xott = 80 Imxarrab = 20 |
Xott = 80 Imxarrab = 20 |
Xott = 100 Imxarrab = 20 – 20° = 30 |
Xott = 50 Imxarrab = 10 |
Xott = 15 |
Xott = 15 |
Xott = 15 |
|
Saħħa tal-wiċċ kontra t-tqattigħ (Forza medja tat-tqattigħ, N)/EN 13571 |
Ġilda |
≥ 80 |
≥ 60 |
≥ 60 |
≥ 60 |
≥ 60 |
≥ 40 |
≥ 30 |
≥ 30 |
≥ 30 |
Materjali oħrajn |
≥ 40 |
≥ 40 |
≥ 40 |
≥ 40 |
≥ 40 |
≥ 40 |
≥ 30 |
≥ 30 |
≥ 30 |
|
Reżistenza tal-pett ta' barra għal-liwi: EN 17707 |
Tkabbir tal-qatgħa (mm) Nsc = mingħajr xquq spontanji |
≤ 4 Nsc |
≤ 4 Nsc |
≤ 4 Nsc |
≤ 4 Nsc |
≤ 4 Nsc f' – 10 °C |
≤ 4 Nsc |
|
|
|
Reżistenza tal-pett ta' barra għall-brix/EN 12770 |
D ≥ 0,9 g/cm3 (mm3) |
≤ 200 |
≤ 200 |
≤ 250 |
≤ 350 |
≤ 200 |
≤ 400 |
|
|
≤ 450 |
D < 0,9 g/cm3 (mg) |
≤ 150 |
≤ 150 |
≤ 170 |
≤ 200 |
≤ 150 |
≤ 250 |
|
|
≤ 300 |
|
Adeżjoni tal-pett ta' fuq (N/mm)/EN 17708 |
≥ 4.0 |
≥ 4,0 |
≥ 3.0 |
≥ 3,5 |
≥ 3,5 |
≥ 3,0 |
≥ 2,5 |
≥ 3,0 |
≥ 2,5 |
|
Saħħa tal-pett ta' barra kontra t-tqattigħ (Saħħa medja, N/mm)/EN 12771 |
D ≥ 0,9 g/cm3 |
8 |
8 |
8 |
6 |
8 |
6 |
5 |
6 |
5 |
D < 0,9 g/cm3 |
6 |
6 |
6 |
4 |
6 |
4 |
4 |
5 |
4 |
|
Iż-żamma tal-kulur fuq in-naħa ta' ġewwa tax-xedd tas-saqajn (l-inforra jew il-kisi tal-wiċċ fuq ġewwa) Skala griża tal-pannu wara 50 ċiklu ta' tixrib/EN ISO 17700 |
≥ 2/3 |
≥ 2/3 |
≥ 2/3 |
≥ 2/3 |
≥ 2/3 |
≥ 2/3 |
|
≥ 2/3 |
≥ 2/3 |
|
Ċikli ta' brix tal-kisi u tal-inforra EN 17704 |
> 25 600 xott > 12 800 imxarrab |
> 25 600 xott > 12 800 imxarrab |
> 25 600 xott > 12 800 imxarrab |
> 25 600 xott > 6 400 imxarrab |
> 25 600 xott > 12 800 imxarrab |
> 25 600 xott > 6 400 imxarrab |
> 25 600 xott > 3 200 imxarrab |
>= 25 600 xott >= 12 800 imxarrab |
> 8 400 xott > 1 600 imxarrab |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapporti tat-testijiet kif speċifikat fit-Tabella 5.
Meta jkun applikabbli, għandha tingħata kopja ta' ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott huwa kklassifikat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali.
Kriterju 8 — Ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva fir-rigward tal-aspetti tax-xogħol
Ir-rekwiżiti f'dan il-kriterju għandhom japplikaw għas-sit tal-assemblaġġ finali tax-xedd tas-saqajn.
Wara li jkun ikkunsidra d-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-Prinċipji tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali, il-Patt Globali tan-NU (il-Pilastru 2), il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-applikant għandu jikseb verifika mingħand parti terza appoġġata b'verifika/i fuq il-post li turi/juru li fl-impjant tal-assemblaġġ finali tal-prodott ġew irrispettati l-prinċipji applikabbli inklużi fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO u fid-dispożizzjonijiet supplimentari ta' hawn taħt.
Il-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO:
(i) |
L-impjieg tat-tfal:
|
(ii) |
Ix-Xogħol Obbligatorju u Furzat:
|
(iii) |
Il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u d-Dritt għal Negozjar Kollettiv:
|
(iv) |
Id-Diskriminazzjoni:
Dispożizzjonijiet supplimentari: |
(v) |
Is-Sigħat tax-Xogħol:
|
(vi) |
Ir-Remunerazzjoni:
|
(vii) |
Is-Saħħa u s-Sikurezza:
|
F'dawk il-postijiet li bil-liġi jillimitaw id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-innegozjar kollettiv, il-kumpanija għandha tirrikonoxxi assoċjazzjonijiet leġittimi tal-ħaddiema biex magħhom tiddjaloga dwar kwistjonijiet relatati mal-post tax-xogħol.
Il-proċess tal-awditjar għandu jinkludi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni fiż-żoni lokali madwar is-siti, inklużi t-trade unions, l-organizzazzjonijiet tal-komunità, l-NGOs u l-esperti tax-xogħol. L-applikant għandu jippubblika online ir-riżultati aggregati u s-sejbiet ewlenin mill-awditjar online sabiex lill-konsumaturi interessati jipprovdilhom evidenza tal-prestazzjoni tal-fornitur tagħhom.
Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kopji taċ-ċertifikati u tar-rapporti tal-awditi ta' appoġġ għal kull impjant tal-assemblaġġ tal-prodott finali sabiex il-mudell/i jingħata/w l-ekotikketta.
L-awditu fuq il-post mill-parti terza għandu jitwettaq minn awdituri privati li jkunu kkwalifikati biex jivvalutaw il-konformità tal-katina tal-provvista tal-industrija tax-xedd tas-saqajn mal-istandards soċjali jew mal-kodiċi ta' kondotta jew, fil-pajjiżi li rratifikaw il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni fuq ix-Xogħol Nru 81 tal-1947 u s-superviżjoni tal-ILO turi li s-sistema nazzjonali għall-ispezzjoni fuq ix-xogħol hi effettiva (13) u meta l-ambitu tas-sistemi tal-ispezzjoni jkun ikopri ż-żoni msemmija hawn fuq, minn spettur/i tax-xogħol maħtur/a minn awtorità nazzjonali.
Għandu jiġi aċċettat ċertifikat datat/Għandhom jiġu aċċettati ċertifikati datati mhux iktar minn 12-il xahar qabel l-applikazzjoni, għal skemi jew għal proċessi li jivverifikaw il-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO li ġew elenkati, flimkien mad-dispożizzjonijiet supplimentari dwar is-sigħat tax-xogħol, ir-remunerazzjoni u s-saħħa u s-sikurezza.
Kriterju 9 — Imballaġġ
Dan il-kriterju japplika biss għall-imballaġġ primarju kif definit fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).
9.1. Kartun u karti
Il-kartun u l-karti li jintużaw għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn għandhom ikunu magħmula minn materjal riċiklat 100 %.
9.2. Plastik
Il-plastik li jintuża għall-imballaġġ finali tax-xedd tas-saqajn għandu jkun magħmul minn materjal riċiklat tal-inqas 80 %.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-imballaġġ, kif ikun xieraq, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità li tispeċifika l-kompożizzjoni tal-materjal tal-imballaġġ u l-persentaġġi ta' materjal riċiklat u ta' materjal verġni.
Kriterju 10 — Informazzjoni dwar l-imballaġġ
10.1. Struzzjonijiet għall-Utent
It-tagħrif ta' hawn taħt għandu jingħata mal-prodott:
— |
Għal kull prodott għandhom jiġu speċifikati struzzjonijiet dwar it-tindif u dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb il-prodott. |
— |
“Sewwi x-xedd tas-saqajn tiegħek minflok ma tarmih. Dan jagħmel anqas ħsara lill-ambjent.” |
— |
“Jekk jogħġbok armi x-xedd tas-saqajn tiegħek fil-punt tal-ġbir lokali xieraq.” |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ jew tal-grafika proposta tal-imballaġġ li turi l-istruzzjonijiet għall-utent li se jkunu fornuti mal-prodott.
10.2. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva b'kaxxa tal-kliem, din għandu jkun fiha, meta jkun rilevanti, tlieta mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
(i) |
materja prima ta' oriġini naturali mmaniġġjata b'mod sostenibbli (fil-każ li japplika l-kriterju 1); |
(ii) |
anqas tniġġis fil-proċessi tal-produzzjoni; |
(iii) |
użu minimizzat ta' sustanzi perikolużi; |
(iv) |
ittestjat għad-durabbiltà; |
(v) |
intuża xx % qoton organiku (din id-dikjarazzjoni tista' ssir biss jekk, abbażi tal-kriterju 1.2(a), aktar minn 95 % tat-total tal-qoton ikun organiku). |
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tal-kliem jistgħu jinsabu fil-“Linji Gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta” fis-sit web:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità flimkien ma' kampjun tat-tikketta tal-prodott jew tal-grafika proposta li turi fejn titqiegħed l-Ekotikketta tal-UE.
(1) http://www.iucnredlist.org/.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/350/UE tal-5 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tessili (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 45).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/84/UE tal-11 ta' Frar 2013 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) skont id-Direttiva 2010/75/UE tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali għall-ikkonzar tal-ġlud (ĠU L 45, 16.2.2013, p. 13).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)
(8) L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), il-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.
(*) STOT = Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira.
(9) ECHA, il-Lista ta' sustanzi Kandidati ta' tħassib serju ħafna għall-Awtorizzazzjoni, http://www.echa.europa.eu/candidate-list-table.
(10) Il-bażi tad-dejta dwar is-sustanzi rreġistrati tar-REACH tal-ECHA, http://www.echa.europa.eu/information-on-chemicals/registered-substances
(11) L-ECHA, “Co-operation with peer regulatory agencies”, http://echa.europa.eu/en/about-us/partners-and-networks/international-cooperation/cooperation-with-peer-regulatory-agencies
(12) Social Accountability International, “Social Accountability 8000 International Standard”, http://www.sa-intl.org.
(13) Ara ILO NORMLEX (http://www.ilo.org/dyn/normlex/en) u l-gwida ta' sostenn.
(14) Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
APPENDIĊI
LISTA TA' SUSTANZI RISTRETTI (RSL)
Il-lista tapplika għal sustanzi li jistgħu jintużaw matul il-proċess ta' produzzjoni jew li jistgħu jkunu preżenti fil-prodott finali. L-RSL għax-xedd tas-saqajn bl-Ekotikketta tal-UE tiġbor fiha sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li l-preżenza tagħhom fil-prodott finali, fil-materjali jew fl-oġġetti tiegħu, jew ir-riċetti tal-produzzjoni, kif ikun applikabbli, għandhom ikunu speċifikament ristretti jew ivverifikati. Ir-restrizzjonijiet japplikaw:
— |
għall-istadji tal-produzzjoni (pereżempju t-tiżbigħ); |
— |
għar-riċetti li jintużaw fl-istadji tal-produzzjoni tax-xedd tas-saqajn (pereżempju l-awżiljari); |
— |
għall-materjali jew għall-oġġetti omoġeni (pereżempju l-gomma sintetika jew naturali); |
— |
għall-prodott finali. |
L-applikabbiltà, il-materjal/i u/jew l-istadju/i tal-produzzjoni meta dan ikun rilevanti, l-ambitu tar-restrizzjoni, ir-rekwiżit tal-verifika u/jew tal-ittestjar huma speċifikati għal kull rekwiżit.
L-RSL għandha tiġi kkomunikata mill-applikant lill-fornituri kollha tal-materjal.
Il-prodotti tat-tessuti li jkunu ngħataw l-Ekotikketta tal-UE abbażi tal-kriterji ekoloġiċi tad-Deċiżjoni 2014/350/UE huma kkunsidrati li jikkonformaw mal-kriterju 6.
Tabella 1
Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal ċerti stadji tal-produzzjoni.
Applikabbiltà |
Ambitu tar-restrizzjoni |
Valuri ta' limitu |
Verifika |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Awżiljarji |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kwalunkwe taħlita jew formulazzjoni li ntużat fl-istadji tal-produzzjoni tal-ġilda, tat-tessuti u ta' ġilda u tessuti ta' miksija |
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni li ntużat fl-istadji ta' produzzjoni u huma soġġetti għall-valuri ta' limitu għall-preżenza ta' sustanzi fil-prodott finali:
L-alkilfenoletoksilati (APEOs) li ġejjin:
|
25 mg/kg mis-somma totali għat-tessuti 100 mg/kg mis-somma totali għall-ġilda |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li dawn is-sustanzi ma ntużawx, appoġġata bi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza jew b'riżultati ta' testijiet tal-prodott finali jew tal-ġilda, tat-tessuti, tal-ġilda jew tat-tessuti miksija li jagħmlu parti mill-prodott finali. Metodu tat-test: ġilda: EN ISO 18218-2 (metodu indirett); tessuti u tessuti miksija: EN ISO 18254 għall-alkilfenoletossilati; għall-prodott finali tal-alkilfenoli, l-ittestjar irid isir bl-estrazzjoni ta' solvent segwita minn LC-MS jew minn GC-MS |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Operazzjonijiet ta' tiżbigħ u ta' rfinar għall-ġilda, għat-tessuti u għall-ġilda u għat-tessuti miksija |
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għat-tiżbigħ u għall-irfinar tal-ġilda, tal-ġilda miksija u tat-tessuti:
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Kolofonija |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Stampar, verniċar u nkullar |
Ma għandhiex tintuża l-kolofonija bħala ingredjent fil-linka tal-istampar, fil-verniċi jew fil-kolla. |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) Solventi |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Awżiljarji li ntużaw f'taħlitiet, f'formulazzjonijiet u f'kolla għall-ġilda, għat-tessuti, għall-ġilda u għat-tessuti miksija, għall-plastik u għall-prodotti finali |
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhom jintużaw fl-ebda taħlita jew formulazzjoni għall-ipproċessar tal-materjali ta' komponenti u fil-kolla li tintuża għall-assemblaġġ tal-prodott finali:
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) Paraffini klorinati |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istadji kollha tal-produzzjoni tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti u tal-kisi |
Il-Paraffini Klorurati ta' Katina Qasira (SCCPs), C10-C13 ma għandhomx jintużaw fil-produzzjoni u fl-irfinar tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti jew tal-kisi. |
L-ebda traċċa |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li ma ntużawx Paraffini Klorurati ta' Katina Qasira C10-C13, appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Inkella l-applikant u/jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' rapport tat-test skont EN ISO 18219. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
Ipproċessar ta' materjali għall-ġilda, għall-gomma sintetika, għall-plastik, għat-tessuti u għall-kisi |
Il-Paraffini Klorurati ta' Katina Medja (MCCPs), C14-C17, għandhom ikunu ristretti fil-produzzjoni u fl-irfinar tal-ġilda, tal-gomma sintetika, tal-plastik, tat-tessuti jew tal-kisi. |
1 000 mg/kg |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni li ma ntużawx Paraffini Klorurati ta' Katina Medja C14-C17, appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Inkella l-applikant u/jew il-fornituri tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' rapport tat-test skont EN ISO 18219. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) Prodotti bijoċidali (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Li ntużaw matul it-trasport jew il-ħżin ta' materja prima u ta' materjali nofshom lesti, ta' prodotti finali jew tal-imballaġġ tal-prodott finali |
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu qabel it-trasport u l-ħżin, jew evidenza li l-użu tas-sustanza attiva bijoċidali huwa awtorizzat skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012. Jekk jintużaw, għandha tingħata lista ta' sustanzi attivi miżjuda waqt it-trasport jew il-ħżin ta' materja prima u ta' materjali nofshom lesti jew tal-imballaġġ tal-prodott finali, inklużi d-dikjarazzjonijiet H relatati. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant u l-fornitur tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjonijiet tan-nuqqas ta' użu fil-prodott finali jew fi kwalunkwe parti minnu. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-ebda traċċa |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi appoġġata bir-riżultati tal-ittestjar tal-prodott finali għall-preżenza tas-sustanzi li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) Sustanzi speċifiċi oħra |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riċetti tal-produzzjoni u l-kolla li ntużaw fil-prodott finali jew fi kwalunkwe parti minnu |
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalment ma' kwalunkwe taħlita u formulazzjoni jew mal-kolla li ntużaw matul l-assemblaġġ tax-xedd tas-saqajn:
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu. |
Tabella 2
Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal proċessi li jseħħu fil-kumpaniji li jipproduċu ż-żebgħa.
Applikabbiltà |
Ambitu tar-restrizzjoni |
Valuri ta' limitu |
Verifika |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) Trasportaturi |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Trasportaturi li ntużaw fil-proċessi tal-għoti taż-żebgħa li fihom jintużaw żebgħat f'dispersjoni |
Ma għandhomx jintużaw aċċelleraturi aloġenati tat-tiżbigħ (trasportaturi) (eżempji ta' trasportaturi jinkludu: 1,2-diklorobenżen, 1,2,4-triklorobenżen, klorofenossietanol). |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Trasporaturi li ntużaw bħala aġenti neffieħa għall-plastik u għall-fowm |
Ma għandhomx jintużaw komposti organiċi aloġenati bħala aġenti neffieħa jew bħala aġenti neffieħa awżiljarji. |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) Żebgħat ristretti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ażożebgħat u ażokoloranti Applikazzjoni fil-proċess tat-tiżbigħ |
L-ammini aromatiċi karċinoġeniċi li ġejjin ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali.
|
30 mg/kg għal kull arilammina fil-prodott finali |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati ta' testijiet speċifiċi skont EN 14362-1:2012 u 3:2012 għat-tessuti, u CEN ISO/TS 17234-1 u 2 għall-ġilda. (Nota: jistgħu jkunu possibbli pożittivi foloz fir-rigward tal-preżenza tal-4-aminoażobenżin, u għalhekk għandhom jiġu rrapportati.) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żebgħat CMR |
Iż-żebgħat li ġejjin li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni ma għandhomx jintużaw.
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żebgħat li potenzjalment jissensitizzaw |
Iż-żebgħat li ġejjin li potenzjalment jissensitizzaw ma għandhomx jintużaw.
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żebgħat fissanti tal-kromu |
Ma għandhomx jintużaw żebgħat fissanti tal-kromu. |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Żebgħat ta' kumpless metalliku |
Iż-żebgħat ta' kumpless metalliku bbażati fuq ir-ram, il-kromu u n-nikil għandhom ikunu permessi biss għall-ġilda, għat-tiżbigħ tas-suf, tal-poliammid jew ta' taħlitiet ta' dawn il-fibri ma' fibri ċellulożi artifiċjali (eż. visk). |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pigmenti |
Ma għandhomx jintużaw pigmenti bbażati fuq kadmju, ċomb, kromu (VI), merkurju u/jew antimonju. |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
Tabella 3
Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-proċess tal-irfinar tal-prodott finali.
Applikabbiltà |
Ambitu tar-restrizzjoni |
Valuri ta' limitu |
Verifika |
||
(a) Kimiki perfluworurati u polifluworurati (PFCs) |
|||||
Prodott finali |
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-materjal għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. |
||
Xedd tas-saqajn b'funzjoni repellenti tal-ilma integrata u ddikjarata |
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità mill-manifattur tal-membrana jew tal-lamminati fir-rigward tal-produzzjoni tal-polimeri. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata b'riżultati ta' testijiet tekniċi għall-penetrazzjoni tal-ilma fil-materjal skont ISO 20347. |
||
(b) Ritardanti tal-fjammi |
|||||
Xedd għas-saqajn b'funzjoni ritardanti tal-fjammi inkorporata |
L-użu ta' ritardanti tal-fjammi huwa permess biss għal xedd tas-saqajn kklassifikat u bil-marka CE tal-Kategorija III li jkun tagħmir ta' protezzjoni personali b'funzjoni ritardanti tal-fjammi inkorporata li jassigura s-sikurezza fuq ix-xogħol f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 89/686/KEE. Is-sustanza/i li tintuża/jintużaw biex tinkiseb ir-resistenza għall-fjammi għandha/għandhom tkun/ikunu konformi mal-kriterju 5. |
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu tar-ritardanti tal-fjammi jew dikjarazzjoni tal-konformità mal-kriterju 5. Fiż-żewġ każijiet, id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza. Meta jkun applikabbli, għandha tingħata lista ta' ritardanti tal-fjammi li ntużaw fil-prodott flimkien mad-dikjarazzjonijiet H/il-frażijiet R relatati. Għandha tingħata kopja taċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn korp ta' ċertifikazzjoni nnotifikat skont id-Direttiva 89/686/KEE li turi li l-prodott jiġi kkummerċjalizzat bħala tagħmir tal-protezzjoni personali tal-Kategorija III li huwa reżistenti għall-fjammi. |
Tabella 4
Ir-restrizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-prodott finali jew għal partijiet speċifikati tiegħu.
Applikabbiltà |
Ambitu tar-restrizzjoni |
Valuri ta' limitu |
Verifika |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) PAHs |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Plastik, gomma sintetika u kisi tat-tessuti jew tal-ġilda |
L-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti f'livelli ogħla mil-limiti speċifikati fil-plastik, fil-gomma sintetika u fil-kisi tat-tessuti jew tal-ġilda. Il-PAHs ikklassifikati mal-perikli tal-Gruppi 1 u 2 ma għandhomx ikunu preżenti f'konċentrazzjonijiet daqs jew akbar mil-limiti individwali u tas-somma totali tal-konċentrazzjoni fil-plastik, fil-gomma sintetika u fil-kisi tat-tessuti jew tal-ġilda. Għandhom jiġu vverifikati l-preżenza u l-konċentrazzjoni tal-PAHs li ġejjin. Il-PAHs ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006:
Il-PAHs addizzjonali soġġetti għal restrizzjoni:
|
Għax-xedd tas-saqajn kollu:
Għax-xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin:
|
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test AfPS GS 2014:01 PAK. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) N-Nitrożammini |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Gomma naturali jew sintetika |
In-N-Nitrożammini li ġejjin ma għandhomx jiġu rilevati fil-gomma naturali u sintetika.
|
L-ebda traċċa |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur tal-gomma għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN 12868 jew EN 14602. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) Sustanzi tal-organotin |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodott finali |
Il-komposti tal-organotin elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limitu ta' konċentrazzjonijiet speċifikat.
|
Il-valuri ta' limitu speċifikati għal kull kompost tal-organotin |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tat-test skont il-metodu tat-test ISO/TS 16179. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(d) Ftalati |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Plastik, gomma, materjali sintetiċi, kisi u stampar tal-materjali |
|
mhux applikabbli |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-somma tal-plastifikanti ristretti għandha tkun anqas minn 0,10 % piż b'piż; Is-somma tal-plastifikanti ristretti għax-xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin għandha tkun anqas minn 0,05 % piż b'piż; |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu mill-manifattur tal-materjali appoġġata bi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza għall-plastifikanti li ntużaw fil-formulazzjoni jew ir-riżultati tat-test skont l-ISO/TS 16181. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(e) Metalli li jistgħu jiġu estratti |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodott finali |
Għal xedd tas-saqajn maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin, is-sustanzi elenkati hawn taħt ma għandhomx ikunu preżenti fil-prodott finali f'livell ogħla mil-limitu ta' konċentrazzjonijiet speċifikat.
Il-valuri ta' limitu li ġejjin għandhom japplikaw għax-xedd tas-saqajn għajr ix-xedd tas-saqajn li mhux maħsub għat-tfal ta' taħt it-tliet snin.
|
Il-valuri ta' limitu speċifikati għal kull sustanza |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tat-test f'konformità mal-metodi ta' ttestjar li ġejjin: Estrazzjoni — EN ISO 105-E04-2013 (soluzzjoni tal-għaraq aċiduż). Rilevament: EN ISO 17072-1 għall-ġilda, ICP-MS, ICP-OES (għat-tessuti u għall-plastik). L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Komponenti tal-metall |
Il-migrazzjoni tan-nikil minn ligi tal-metall li jkun fihom in-nikil li jiġu f'kuntatt dirett u prolongat mal-ġilda għandha tkun anqas minn 0,5 μg/cm2kull ġimgħa. |
0,5μg/cm2kull ġimgħa |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' nikil fil-komponenti tax-xedd tas-saqajn, appoġġata biċ-ċertifikazzjoni mill-manifattur tal-partijiet tal-metall, jew b'dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tal-metodu tat-test EN 1811. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġilda kkunzata bil-kromu |
Għal żraben li jkun fihom ġilda kkunzata bil-kromu, ma għandu jkun hemm l-ebda traċċa ta' kromu (VI) fil-prodott finali. |
L-ebda traċċa |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN ISO 17075 (limitu ta' rilevament: 3 ppm). Il-preparazzjoni tal-kampjun trid issegwi l-indikazzjonijiet ta' EN ISO 4044. L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Il-ġilda mhux ikkunzata bil-kromu hija eżentata minn dan ir-rekwiżit. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Għaż-żraben li jkun fihom ġilda kkunzata bil-kromu, il-kontenut ta' kromu li jista' jiġi estratt fil-prodott finali għandu jkun anqas minn 200 mg/kg. |
200 mg/kg |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test, billi jintuża l-metodu tat-test EN ISO 17072-1. L-ittestjar għandu jsir kull sena matul il-perjodu tal-liċenzja sabiex tintwera l-konformità kontinwa mal-kriterju. Il-ġilda mhux ikkunzata bil-kromu hija eżentata minn dan ir-rekwiżit. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(f) TDA u MDA |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PU |
2,4-Toluwendiammina (2,4-TDA, 95-80-7) 4,4′-Diamminodifenilmetan (4,4′-MDA, 101-77-9) |
Inqas minn 5 mg/kg kull waħda |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata mir-riżultati skont il-proċedura li ġejja: Estrazzjoni b'soluzzjoni milwiema ta' aċidu aċetiku ekwivalenti għal 1 %. Il-kampjun irid ikun kompożitu ta' sitt biċċiet li jridu jittieħdu minn taħt il-wiċċ ta' kull kampjun (sa massimu ta' 2 cm mis-superfiċe). Iridu jsiru erba' estrazzjonijiet ripetuti tal-istess kampjun tal-fowm, filwaqt li jinżamm proporzjon tal-piż tal-kampjun mal-volum ta' 1:5 f'kull każ. L-estratti jingħaqdu, jiġu fformati għal volum magħruf, jiġu ffiltrati u analizzati b'HPLC-UV jew b'HPLC-MS. Jekk titwettaq HPLC-UV u tiġi suspettata interferenza, għandha ssir analiżi mill-ġdid b'HPLC-MS. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(g) Formaldeid |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodott finali/ġilda, tessut |
L-ammont ta' formaldeid idrolizzat u liberu tal-komponenti tax-xedd tas-saqajn ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:
|
Valur ta' limitu speċifikati |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-fornitur/i tal-materjal għandhom jipprovdu dikjarazzjoni ta' konformità appoġġata bir-riżultati tar-rapport tat-test billi jintużaw il-metodi tal-ittestjar li ġejjin: tessuti: EN ISO 14184-1; ġilda: EN ISO 17226-1. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(h) Antimonju |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Fibri tal-poliester mhux maħdum |
Il-livell ta' antimonju preżenti fil-fibri tal-poliester mhux maħdum ma għandux jaqbeż il-260 ppm. |
260 mg/kg |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-manifattur tal-fibri għandhom jipprovdu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta' użu matul il-proċess tal-manifattura jew dikjarazzjoni tal-konformità appoġġata minn rapport tat-test li juża l-metodi tal-ittestjar li ġejjin: determinazzjoni diretta permezz ta' Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku jew permezz ta' Spettrometrija tal-Massa bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP). It-test għandu jitwettaq fuq kampjun kompożitu ta' fibri mhux maħduma qabel kwalunkwe pproċessar fl-imxarrab. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali Test b'rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).