EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1123

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1123 tas-17 ta' Ġunju 2016 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU Nri 15 u 16, il-proposti għal Regolamenti ġodda tan-NU dwar Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, il-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

ĠU L 187, 12.7.2016, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1123/oj

12.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1123

tas-17 ta' Ġunju 2016

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tkun adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H, 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, il-proposti għal emendi tar-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU Nri 15 u 16, il-proposti għal Regolamenti ġodda tan-NU dwar Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), dwar is-Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u dwar l-Installazzjoni tat-Tajers, il-proposta għal Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU dwar il-proċedura ta' kejl għall-emissjonijiet għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti u l-proposta għal Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) dwar titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

B'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u għall-partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“il-Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwiet is-sistemi ta' approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni u stabbiliet qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat regolamenti adottati taħt il-Ftehim Rivedut tal-1958 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “ir-Regolamenti tan-NU” fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, kemm bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU ġew inkorporati dejjem aktar fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti bir-Regolamenti tan-NU Nri 9, 11, 13, 13-H 14, 16, 30, 41, 44, 49, 54, 55, 60, 64, 75, 78, 79, 83, 90, 106, 113, 115, 117, 129 u 134, kif ukoll bir-Regolamenti Globali Tekniċi tan-NU (GTR) Nri 15 u 16, jeħtieġ li jiġu adattati skont il-progress tekniku.

(5)

Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' Sistemi ta' Assistenza fl-Ibbrejkjar (BAS), il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC), Sistemi ta' Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS) u l-Istallazzjoni tat-Tajers, erba' Regolamenti ġodda tan-NU għandhom jiġu adottati.

(6)

Sabiex jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet tekniċi uniformi dwar il-proċedura tal-kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti fir-rigward ta' ċerti tipi ta' emissjonijiet, ir-Regolament Tekniku Globali ġdid tan-NU (GTR) għandu jiġu adottat.

(7)

Sabiex titjieb l-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998, Riżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) għandha tiġi adottata.

(8)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-kumitati rilevanti tal-UNECE, jiġifieri l-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel, fir-rigward tal-adozzjoni tal-atti tan-NU msemmija hawn fuq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li trid tiġi adottata f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel matul il-perijodu mill-20 sal-24 ta' Ġunju 2016 għandha tkun ta' vot favur il-proposti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-addozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijet (“Ftehim Rivedut tal-1958”) ( ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Titolu tal-punt tal-aġenda

Referenza tad-dokument

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 9 (Storbju ta' vetturi bi tliet roti)

ECE/TRANS/WP.29/2016/45

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2016/33

Proposta għas-Suppliment 1 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien)

ECE/TRANS/WP.29/2016/34

Proposta għas-Suppliment 14 tas-serje 11 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13 (Ibbrejkjar ta' vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/49

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 13-H (Brejkijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/50

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament Nru 14 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/35

Proposta għas-Suppliment 7 tas-sensiela 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 16 (Ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza, tal-ISOFIX u tal-iSize)

ECE/TRANS/WP.29/2016/36

Proposta għas-Suppliment 18 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 30 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2016/51

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 04 tal-emendi tar-Regolament tan-NU Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/46

Proposta għas-Suppliment 11 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 44 (Sistemi ta' trażżin għat-tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2016/37

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje ta' emendi 05 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/40

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 06 tar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta' magni ta' tqabbid bil-kompressjoni u ta' tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/41

Proposta għas-Suppliment 21 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 54 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom)

ECE/TRANS/WP.29/2016/52

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 55 (Perni mekkaniċi)

ECE/TRANS/WP.29/2016/53

Proposta għas-Suppliment 5 tar-Regolament tan-NU Nru 60 (Kontrolli mħaddma mis-sewwieq (mopeds/muturi))

ECE/TRANS/WP.29/2016/27

Proposta għal serje 03 ġdida ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 64 (Unità ta' emerġenza għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat, sistema tat-tip run flat u sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/54

Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 75 (Tajers għall-vetturi tal-kategorija L)

ECE/TRANS/WP.29/2016/55

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 78 (Ibbrejkjar (vetturi tal-kategorija L))

ECE/TRANS/WP.29/2016/56 u WP.29-169-03

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 79 (Tagħmir tat-tmun)

ECE/TRANS/WP.29/2016/57

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/42

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 07 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 83 (Emissjonijiet tal-vetturi M1 u N1)

ECE/TRANS/WP.29/2016/43

Proposta għas-Suppliment 3 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 90 (sostituzzjoni tal-partijiet tal-brejkijiet)

ECE/TRANS/WP.29/2016/58

Proposta għas-Suppliment 14 tar-Regolament tan-NU Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2016/59

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2016/74

Proposta għas-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament tan-NU Nru 115 (Sistemi ta' twaħħil tal-LPG u s-CNG)

ECE/TRANS/WP.29/2016/44

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 117 (Tajers, reżistenza għad-dawrien, il-ħoss fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq)

ECE/TRANS/WP.29/2016/60

Proposta għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament tan-NU Nru 129 (Sistemi Msaħħa ta' Trażżin għat-Tfal (ECRS))

ECE/TRANS/WP.29/2016/38

Proposta għas-Suppliment 2 tar-Regolament tan-NU Nru 134 (Vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil (HFCV))

ECE/TRANS/WP.29/2016/39

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistema għall-Għajnuna tal-Brejk (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2016/61

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar il-Kontroll tal-Istabbilità Elettroniku (ESC)

ECE/TRANS/WP.29/2016/62

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar Sistemi għall-Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (BAS)

ECE/TRANS/WP.29/2016/63

Proposta għal Regolament ġdid tan-NU dwar l-Installazzjoni tat-Tajers

ECE/TRANS/WP.29/2016/64

Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 15 (Proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP))

ECE/TRANS/WP.29/2016/68

Proposta għall-Emenda 1 tar-regolament tekniku globali (UN GTR) Nru 16 (Tajers)

ECE/TRANS/WP.29/2016/70

Proposta għar-Reżoluzzjoni Speċjali ġdida Nru 2 (S.R.2) — Titjib fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Globali tal-1998

ECE/TRANS/WP.29/2016/65

Proposta għal Regolament Tekniku Globali (UN GTR) dwar il-proċedura ta' kejl għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti mgħammrin b'magna bil-kombustjoni fir-rigward tal-kaxxa tal-krank u tal-emissjonijiet evaporattivi

ECE/TRANS/WP.29/2016/66


Top