This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1079
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2016/1079 of 23 June 2016 on the appointment of the EU Force Commander for the European Union military operation in the Southern Central Mediterranean (EUNAVFOR MED operation SOPHIA) and repealing Decision EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1079 tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1079 tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016)
ĠU L 179, 5.7.2016, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/04/2017; Imħassar b' 32017D0681
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32015D0958 | 27/07/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32017D0681 | 04/04/2017 |
5.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2016/1079
tat-23 ta' Ġunju 2016
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
(2) |
Fis-17 ta' Ġunju 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/958 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Andrea GUEGLIO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda li jinħatar il-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex jieħu post il-Viċi Ammirall Andrea GUEGLIO mis-27 ta' Ġunju 2016. |
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
(5) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/958 għandha għalhekk titħassar. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mis-27 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/958 hija b'dan imħassra b'effett mis-27 ta' Ġunju 2016.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Ġunju 2016.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/958 tas-17 ta' Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (EUNAVFOR MED/1/2015) (ĠU L 156, 20.6.2015, p. 24).