EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1062
Council Decision (EU) 2016/1062 of 24 May 2016 on the conclusion on behalf of the European Union of the Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Liberia and the Implementation Protocol thereto
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1062 tal-24 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1062 tal-24 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
ĠU L 177, 1.7.2016, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1062/oj
1.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 177/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1062
tal-24 ta' Mejju 2016
dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu u mal-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-Unjoni u r-Repubblika tal-Liberja nnegozjaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) u Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), li jagħti lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li tagħhom ir-Repubblika tal-Liberja għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
(2) |
Dawn il-Ftehim u l-Protokoll ġew iffirmati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2312 (2) u japplikaw b'mod provviżorju mid-9 ta' Diċembru 2015. |
(3) |
Il-Ftehim stabbilixxa Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tat-twettiq, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim. Barra minn hekk, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Sabiex jiffaċilita l-approvazzjoni ta' tali modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, soġġetta għal kondizzjonijiet speċifiċi, li tapprovahom skont proċedura simplifikata.. |
(4) |
Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jiġu approvati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu huma b'dan approvati f'isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 16 tal-Ftehim u fl-Artikolu 13 tal-Protokoll. (3)
Artikolu 3
Soġġetta għad-dispożizzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tapprova, f'isem l-Unjoni, il-modifiki għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Mejju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A.G. KOENDERS
(1) Kunsens tal-10 ta' Mejju 2016 (għandu mhux ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2312 tat-30 ta' Novembru 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Liberja u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 1).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
Il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat mogħtija u l-proċedura biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
(1) |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tal-Liberja u, fejn ikun xieraq u sakemm tkun konformi mal-punt 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-emendi fil-Protokoll fejn jidħlu l-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fil-Kumitat Konġunt, l-Unjoni għandha:
|
(3) |
Meta waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt ikun maħsub li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi fil-Protokoll imsemmija fil-punt 1, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni tkun tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u rilevanti oħra li tkun intbagħtet lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jaħsbu minn kmieni biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt biex lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu jibagħtulhom dokument li jkun jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u għall-approvazzjoni tagħhom. Fejn jidħlu l-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni prevista tal-Unjoni b'maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata, ħlief meta għadd ta' Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka joġġezzjonaw għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta' tħejjija, skont liema minnhom tiġi l-ewwel. F'każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill. Jekk, waqt il-bqija tal-laqgħat, fosthom dawk fuq il-post, ma jkunx jista' jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. |
(4) |
Fiż-żmien dovut, il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, fosthom, fejn ikun xieraq, billi tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tressaq il-proposti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |