Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0980

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/980 tal-14 ta' Ġunju 2016 li taħtar ħames membri u sitt membri supplenti proposti mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 161, 18.6.2016, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/980/oj

18.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/980

tal-14 ta' Ġunju 2016

li taħtar ħames membri u sitt membri supplenti proposti mir-Repubblika tal-Bulgarija fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Bulgaru,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Vladimir KISSIOV, is-Sur Krassimir KOSTOV, is-Sur Madzhid MANDADZHA, is-Sur Krasimir MIREV u s-Sinjura Detelina NIKOLOVA, saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandati tas-Sur Stanislav BLAGOV, is-Sur Nikolay IVANOV, is-Sinjura Dimitranka KAMENOVA, is-Sinjura Anastasiya MLADENOVA u s-Sur Emil NAIDENOV, saru vakanti s-siġġijiet ta' ħames membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sinjura Malina Edreva AUDOIN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti s-siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

is-Sinjura Malina Edreva AUDOIN, Councillor, Sofia Municipal Council,

is-Sur Rumen Iliev GUNINSKI, Mayor of Pravets Municipality,

is-Sinjura Diana Dimitrova OVCHAROVA, Mayor of Ivaylovgrad Municipality,

is-Sur Stefan Nikolov RADEV, Mayor of Sliven Municipality,

is-Sur Nikolay Jordanov ZAYCHEV, Mayor of Peshtera Municipality,

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sinjura Lyubka Veselinova ALEKSANDROVA, Mayor of Levski Municipality,

is-Sur Georgi Aleksandrov CHAKAROV, Mayor of Polski Trambesh Municipality,

is-Sur Dobromir Stoykov DOBREV, Mayor of Gorna Oryahovitsa Municipality,

is-Sur Emil Stanev KABAIVANOV, Mayor of Karlovo Municipality,

is-Sinjura Korneliya Dobreva MARINOVA, Mayor of Lovech Municipality,

is-Sur Georg Leonidov SPARTANSKI, Mayor of Pleven Municipality,

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

A.G. KOENDERS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).


Top