EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0253

Deċiżjoni (UE) 2016/253 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati

ĠU L 47, 24.2.2016, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/253/oj

24.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 47/6


DEĊIŻJONI (UE) 2016/253 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta' Novembru 2015

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex jiġi permess il-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

(2)

Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat ammont addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati.

(3)

Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limiti massimi tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, b'EUR 1 506 lil hinn mill-limiti massimi tal-intestatura 3 u b'EUR 24 miljun minn dawk tal-intestatura 4 biex jiġu ffinanzjati miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati. L-ammonti annwali mhux użati disponibbli għall-Istrumenti ta' Flessibbiltà għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 għandhom jintużaw għal din il-mobilizzazzjoni.

(4)

Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għandhom jitqassmu fuq diversi snin finanzjarji u huma stmati għal EUR 734,2 miljun fl-2016, EUR 654,2 miljun fl-2017, EUR 83,0 miljun fl-2018, u EUR 58,6 miljun fl-2019,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 506 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u EUR 24 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-intestatura 4 (Ewropa globali).

Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri għall-immaniġġar tal-kriżi tar-refuġjati.

2.   Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà se jkunu kif ġej:

(a)

EUR 734,2 miljun fl-2016;

(b)

EUR 654,2 miljun fl-2017;

(c)

EUR 83,0 miljun fl-2018;

(d)

EUR 58,6 miljun fl-2019.

L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati f'konformità mal-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, il-25 ta' Novembru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


Top