Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0108

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/108 tas-27 ta' Jannar 2016 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 21, 28.1.2016, p. 83–83 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/108/oj

    28.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 21/83


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/108

    tas-27 ta' Jannar 2016

    dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tat-2-Butanon, perossidu bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi t-2-Butanon, perossidu.

    (2)

    Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi infurmat lill-Kummissjoni li l-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta' eżami għat-2-Butanon, perossidu għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2.

    (3)

    Għalhekk, it-2-Butanon, perossidu ma għandux jiġi approvat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    It-2-Butanon, perossidu (Nru tal-KE 215-661-2, Nru tal-CAS 1338-23-4) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 u 2.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).


    Top