Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0063

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/63 tal-15 ta' Jannar 2016 rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

ĠU L 14, 21.1.2016, pp. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/63/oj

21.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/63

tal-15 ta' Jannar 2016

rigward l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni mfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali”) ġiet iffirmata fis-26 ta' Mejju 1997 u daħlet fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2005.

(2)

L-Artikolu 3(4) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja (“l-Att ta' Adeżjoni”) jipprovdi li l-Kroazja taderixxi għall-konvenzjonijiet u l-protokolli konklużi bejn l-Istati Membri, elenkati fl-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni, li jinkludi, fost oħrajn, il-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali. Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data deċiża mill-Kunsill.

(3)

Skont l-Artikolu 3(5) tal-Att ta' Adeżjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni għal dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali għandha tidħol fis-seħħ għall-Kroazja fl-ewwel jum tal-ewwel xahar minn wara d-data ta' pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-test tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali mfassla fil-lingwa Kroata (3) għandu jkun awtentiku skont l-istess kondizzjonijiet bħat-testi l-oħra tal-Konvenzjoni kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Jannar 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


(1)  Opinjoni tal-10 ta' Ġunju 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)   ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2.

(3)  Il-verżjoni bil-lingwa Kroata tal-Konvenzjoni ġiet ippubblikata f'edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali (Kapitolu 19, Volum 14, p. 120).


Top