This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2441
Commission Regulation (EU) 2015/2441 of 18 December 2015 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Accounting Standard 27 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2441 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2441 tat-18 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 336, 23.12.2015, p. 49–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1126 | Emenda | anness | 26/12/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R1803 | 16/10/2023 |
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/49 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2441
tat-18 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-12 ta' Awwissu 2014, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ppubblika emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Separati intitolat Metodu tal-Ekwità f'Rapporti Finanzjarji Separati. L-objettiv tal-emendi huwa li jippermettu lil entitajiet li jużaw il-metodu tal-ekwità, kif deskritt fl-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, li jinkludu investimenti f'sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati fir-rapporti finanzjarji separati tagħhom. |
(3) |
L-emendi fl-IAS 27 jimplikaw, bħala konsegwenza emendi fl-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-IAS 28 sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(4) |
L-emendi fl-IAS 27 fihom xi referenzi għall-IFRS 9, li fil-preżent ma jistax jiġi applikat peress li l-IFRS 9 ma ġiex adottat mill-Unjoni. Għalhekk kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl. |
(5) |
Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju jikkonferma li l-emendi għall-IAS 27 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(6) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Separati huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(c) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
2. Kwalunkwe referenza għall-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tinqara bħala referenza għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Għarfien u Kejl.
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fil-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Il-Metodu tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati
(Emendi għall-IAS 27)
Emendi għall-IAS 27
Rapporti Finanzjarji Separati
Il-paragrafi 4-7, 10, 11B u 12 huma emendati u jiżdied il-paragrafu 18J.
DEFINIZZJONIJIET
4. |
It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
… Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati minn entità li fihom l-entità tista' tagħżel, soġġett għar-rekwiżiti f'dan l-Istandard, li tikkontabilizza l-investimenti tagħha f'sussidjarji, f'impriżi konġunti u f'kumpaniji assoċjati skont il-kost, f'konformità mal-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji jew bl-użu tal-metodu tal-ekwità kif deskritt fl-IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti. |
5. |
It-termini li ġejjin huma definiti fl-Appendiċi A tal-IFRS 10Rapporti Finanzjarji Konsolidati, fl-Appendiċi A tal-IFRS 11 Arranġamenti Konġunti u fil-paragrafu 3 tal-IAS 28:
|
6. |
Rapporti finanzjarji separati huma dawk ippreżentati b'mod konġunt mar-rapporti finanzjarji konsolidati jew b'mod konġunt mar-rapporti finanzjarji ta' investitur li ma għandux investimenti f'sussidjarji imma għandu investimenti f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti fejn huwa rikjest mill-IAS 28 li l-investimenti f'kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti jiġu kontabilizzati abbażi tal-metodu tal-ekwità, għajr fiċ-ċirkostanzi stipulati fil-paragrafi 8–8 A. |
7. |
Ir-rapporti finanzjarji ta' entità li ma għandhiex sussidjarja, kumpanija assoċjata jew interess konġunt ta' imprenditur f'impriża konġunta mhumiex rapporti finanzjarji separati. … |
TĦEJJIJA TA' RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI
…
10. |
Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, tikkontabilizza għall-investimenti f'sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati jew:
L-entità tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta' investimenti. Investmenti kontabilizzati skont il-kost jew bl-użu tal-metodu tal-ekwità jiġu kontabilizzati f'konformità mal-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx meta jkunu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew għad-distribuzzjoni (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li hu kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ jew għad-distribuzzjoni). Il-kejl tal-investimenti kontabilizzati f'konformità mal-IFRS 9 f'ċirkostanzi bħal dawn ma jitbiddilx. … |
11B |
Meta kumpanija prinċipali ma tibqax entità tal-investiment, jew issir entità tal-investiment, tikkontabilizza tali bidla mid-data meta sseħħ il-bidla fl-istatus, b'dan il-mod:
|
12. |
Dividendi minn sussidjarja, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji separati ta' entità meta jiġi stabbilit id-dritt tal-entità li tirċievi d-dividend. Id-dividend huwa rikonoxxut fi profitt jew telf ħlief jekk l-entità tagħżel li tuża l-metodu tal-ekwità, f'liema każ id-dividend huwa rikonoxxut bħala tnaqqis mill-ammont riportat tal-investiment. … |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
18J |
Metodi tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati (Emendi għall-IAS 27), ippubblikati f'Awwissu 2014, emendaw il-paragrafi 4–7, 10, 11B u 12. L-entità tapplika b'mod retrospettiv dawn l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara din id-data, f'konformità mal-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi qabel iż-żmien stipulat, dan irid jiġi mgħarraf. |
Emendi konsegwenzjali ta' Standards oħra
IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta' Standards Internazzjonali ta' Rappurtar Finanzjarju
Il-paragrafu 39Z huwa miżjud.
DATA EFFETTIVA
…
39Z |
Metodi tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati (Emendi għall-IAS 27), ippubblikati f'Awwissu 2014, emendaw il-paragrafi D14 u żiedu l-paragrafu D15 A. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara din id-data. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dawn l-emendi qabel iż-żmien stipulat, dan irid jiġi mgħarraf. |
Fl-Appendiċi D, il-paragrafu D14 ġie emendat u l-paragrafu D15 A ġie miżjud.
Investimenti f'sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati
D14 |
Meta entità tħejji rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 jirrikjedi li tikkontabilizza l-investimenti tagħha f'sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati jew:
… |
D15 A |
Jekk min jadotta l-Istandard għall-ewwel darba jikkontabilizza investiment bħal dan bl-użu tal-proċeduri tal-metodu tal-ekwità kif deskritt fl-IAS 28:
|
IAS 28 Investimenti f'Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti
Il-paragrafu 25 ġie emendat u l-paragrafu 45B ġie miżjud
Tibdiliet fl-interessi ta' sjieda
25. |
Jekk jonqos l-interess ta' sjieda ta' entità f'kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, iżda l-investiment jibqa' klassifikat bħala kumpanija assoċjata jew bħala impriża konġunta rispettivament, l-entità tikklassifika mill-ġdid fi profitt jew telf il-parti tal-qligħ jew telf li kien ġie rikonoxxut preċedentement bħala dħul komprensiv ieħor marbut ma' dak it-tnaqqis fl-interess ta' sjieda jekk ikun meħtieġ li dak il-qligħ jew it-telf jiġi kklassifikat mill-ġdid fi profitt jew telf mad-disponiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet relatati. … |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
45B |
Metodi tal-Ekwità fir-Rapporti Finanzjarji Separati (Emendi għall-IAS 27), ippubblikati f'Awwissu 2014, emendaw il-paragrafu 25. Entità tapplika b'mod retrospettiv dik l-emenda għall-perjodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara din id-data, f'konformità mal-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji. Applikazzjoni qabel din id-data hija permessa. Jekk entità tapplika dik l-emenda qabel iż-żmien stipulat, dan irid jiġi mgħarraf. |