EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2403
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2403 of 15 December 2015 establishing common guidelines on deactivation standards and techniques for ensuring that deactivated firearms are rendered irreversibly inoperable (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62–72
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 28/06/2018
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32015R2403R(01) | (ET, LV, MT, PL, SK) | |||
Corrected by | 32015R2403R(02) | (CS) | |||
Corrected by | 32015R2403R(03) | (DA) | |||
Modified by | 32017R1204 | Sostituzzjoni (SK) | artikolu 1 paragrafu 2 | 26/07/2017 | |
Modified by | 32018R0337 | Sostituzzjoni | artikolu 3 paragrafu 1 | 28/06/2018 | |
Modified by | 32018R0337 | Sostituzzjoni | anness III | 28/06/2018 | |
Modified by | 32018R0337 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 28/06/2018 | |
Modified by | 32018R0337 | Sostituzzjoni | anness I | 28/06/2018 | |
Modified by | 32018R0337 | Sostituzzjoni | anness II | 28/06/2018 | |
Modified by | 32018R0337 | Sostituzzjoni | artikolu 5 | 28/06/2018 |
19.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/62 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2403
tal-15 ta' Diċembru 2015
li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991 dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Parti III tal-Anness I tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4 tad- Direttiva 91/477/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar jew parti minn arma tan-nar li titqiegħed fis-suq tkun immarkata u rreġistrata konformement ma' din id-Direttiva, jew li tkun ġiet diżattivata. |
(2) |
Skont l-Anness I, il-Parti III, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), tad- Direttiva 91/477/KEE, oġġetti li jikkorrispondu mad-definizzjoni ta' “arma tan-nar” m'għandhomx jiġu inklużi f'dik it-tifsira jekk ikunu saru mhux tajba għall-użu permanentement permezz ta' diżattivazzjoni, li tiżgura li l-partijiet kollha essenzjali tal-arma tan-nar ikunu saru għalkollox mhux utilizzabbli u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu mmodifikati sabiex b'xi mod l-arma tan-nar tiġi attivata mill-ġdid. |
(3) |
L-Anness I, il-Parti III, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva 91/477/KEE jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti biex dawn il-miżuri ta' diżattivazzjoni jiġu verifikati minn awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamluha inoperabbli irriversibilment. L-Istati Membri huma wkoll mitluba jipprevedu l-ħruġ ta' ċertifikat jew ta' dokument li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata, jew li titqiegħed marka viżibbli b'mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan. |
(4) |
L-Unjoni hija Parti għall-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar fl-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon Tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Protokoll), konkluż mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE. (2) |
(5) |
L-Artikolu 9 tal-Protokoll jelenka l-prinċipji ġenerali komuni tad-diżattivazzjoni li l-Partijiet iridu jikkonformaw magħhom. |
(6) |
L-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni irriversibbli tal-armi tan-nar stabbiliti f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti bil-kompetenza teknika tal-“Kummissjoni Permanenti Internazzjonali għall-Ittestjar tal-Armi tan-Nar” (C.I.P.). Is-C.I.P. ġiet stabbilita biex tivverifika l-attivitajiet tas-siti nazzjonali għall-ittestjar tal-armi tan-nar u, b'mod partikolari, sabiex tiżgura l-preżenza f'kull pajjiż ta' liġijiet u regolamenti li jassiguraw l-ittestjar effiċjenti u uniformi tal-armi tan-nar u l-munizzjon. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà possibbli għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna regolarment l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati f'dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tqis l-esperjenza miksuba mill-Istati Membri meta jiġu applikati miżuri addizzjonali ta' newtralizzazzjoni. |
(8) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/477/KEE. |
(9) |
Minħabba r-riskju fir-rigward tas-sigurtà, armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu tqiegħdu fis-suq, inkluża t-trażmissjoni bla ħlas, l-iskambju jew it-tpartit, jew li jkunu ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor wara dik id-data, għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
(10) |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jintroduċu miżuri addizzjonali għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I biex jiddiżattivaw armi tan-nar fit-territorju tagħhom sakemm ikunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex japplikaw il-politika komuni dwar l-istandards u t-teknika ta' diżattivazzjoni previsti minn dan ir-Regolament. |
(11) |
Sabiex tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiżguraw l-istess livell ta' sigurtà fi ħdan it-territorju tagħhom, l-Istati Membri li jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallew jitolbu evidenza li l-armi tan-nar diżattivati li se jiġu trasferiti fit-territorju tagħhom ikunu jikkonformaw ma' dawn il-miżuri addizzjonali. |
(12) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tqis l-iżviluppi u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri fil-qasam tad- diżattivazzjoni tal-armi tan-nar meta tkun qed teżamina dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri rilevanti li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament u kwalunkwe miżuri addizzjonali li jintroduċu. Għal dak l-għan, għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(13) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armi tan-nar tal-kategoriji A, B, C jew D kif definiti fl-Anness I tad-Direttiva 91/477/KEE.
2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-armi tan-nar ma jkunux ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew imqiegħda fis-suq.
Artikolu 2
Persuni u entitajiet awtorizzati li jiddiżattivaw l-armi tan-nar
Id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar għandha titwettaq minn entitajiet pubbliċi jew privati jew minn persuni awtorizzati li jagħmlu dan skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Artikolu 3
Verifika u ċertifikazzjoni tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti sabiex tivverifika li d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun saret skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I (“l-entità ta' verifika”).
2. Fejn entità ta' verifika hija awtorizzata wkoll tiddiżattiva l-armi tan-nar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw is-separazzjoni ċara ta' dawk il-kompiti u tal-persuni li jwettquhom f'dik l-entità.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit tal-Internet tagħha lista ta' entitajiet ta' verifika maħtura mill-Istati Membri, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-entità ta' verifika u s-simbolu tagħha kif ukoll l-informazzjoni ta' kuntatt.
4. Meta d-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tkun twettqet skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I, l-entità ta' verifika għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni lil sid l-arma tan-nar skont il-mudell stipulat fl-Anness III. L-informazzjoni kollha inkluża fiċ-ċertifikat tad-diżattivazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-ilsien tal-Istat Membru fejn ikun inħareġ iċ-ċertifkat ta' diżattivazzjoni kif ukoll bl-Ingliż.
5. Sid arma tan-nar diżattivata għandu jżomm iċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni dejjem għandu. Jekk arma tan-nar diżattivata titqiegħed fis-suq, din għandha jkun akkumpanjata miċ-ċertifikat ta' diżattivazzjoni.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżamm reġistru taċ-ċertifikati maħruġa għal armi tan-nar diżattivati, b'indikazzjoni tad-data ta' diżattivazzjoni u n-numru taċ-ċertifikat, għal perjodu ta' mill-inqas 20 snin.
Artikolu 4
Talbiet għall-assistenza
Kull Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-entitajiet awtorizzati li jidiżattivaw l-armi tan-nar jew dawk maħtura bħala entitajiet ta' verifika minn Stat Membru ieħor sabiex iwettqu jew jivverifikaw id-diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, rispettivament. Meta entità ta' verifika taċċetta talba għall-verifika ta' diżattivazzjoni ta' arma tan-nar, l-entità ta' verifika li tipprovdi l-għajnuna għandha toħroġ ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont l-Artikolu 3(4).
Artikolu 5
Immarkar ta' armi tan-nar diżattivati
Armi tan-nar diżattivati għandhom jiġi mmarkati b'marka unika komuni skont il-mudell stabbilit fl-Anness II li jindika li ġew diżattivati skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I. Il-marka titwaħħal mill-entità ta' verifika għall-komponenti kollha mmodifikati u l-arma tan-nar għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
(a) |
tkun viżibbli b'mod ċar u ma tistax titneħħa; |
(b) |
ikollha tagħrif dwar l-Istat Membru fejn twettqet id-diżattivazzjoni u l-entità ta' verifika li ċċertifikat id-diżattivazzjoni; |
(c) |
jinżammu n-numru/i tas-serje oriġinali tal-arma tan-nar. |
Artikolu 6
Miżuri ta' diżattivazzjoni addizzjonali
1. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri addizzjonali għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar fit-territorju tagħhom li jkunu jmorru lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I.
2. Il-Kummissjoni, b'mod regolari u flimkien mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 91/477/KEE, għandha tanalizza kwalunkwe miżura addizzjonali meħuda mill-Istati Membri u għandha tikkunsidra li meta jkun il-waqt tirrevedi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 7
Trasferiment ta' armi tan-nar diżattivati fl-Unjoni
1. Armi tan-nar diżattivati jistgħu jiġu trasferiti biss lil Stat Membru ieħor sakemm ikollhom il-marka unika komuni u jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta' diżattivazzjoni skont dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tad-diżattivazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Madankollu, l-Istati Membri li introduċew miżuri addizzjonali skont l-Artikolu 6 jistgħu jitolbu prova li l-arma tan-nar diżattivata li tkun se tiġi ttrasferita fit-territorju tagħhom tikkonforma ma' dawn il-miżuri addizzjonali.
Artikolu 8
Rekwiżiti ta' notifika
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura li jadottaw fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament kif ukoll bi kwalunkwe miżura addizzjonali introdotta f'konformità mal-Artikolu 6. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta' notifika stipulati fid-Direttiva (UE) 2015/1535.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta' April 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/164/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (ĠU L 89, 25.3.2014, p. 7).
(3) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tekniċi dwar id-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar
I. |
L-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni li għandhom jitwettqu sabiex iġibu l-armi tan-nar inoperabbli irreversibilment huma definiti fuq il-bażi ta' tliet tabelli:
|
II. |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fl-armi tan-nar u l-operazzjonijiet ta' diżattivazzjoni matul iż-żmien, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fuq bażi regolari, tal-anqas kull sentejn (2). |
III. |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u uniformi tal-operazzjonijiet tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar, il-Kummissjoni se telabora definizzjonijiet f'kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
TABELLA I: Lista ta' tipi ta' armi tan-nar
TIPI TA' ARMI TAN-NAR |
|
1 |
Pistoli (tir wieħed, semi-awtomatiċi) |
2 |
Rivolvers (inklużi rivolvers ikkargati minn ċilindru) |
3 |
Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action) |
4 |
Armi tan-nar bi break action (eż. smoothebore, combination, falling/rolling block action, armi tan-nar qosra u twal) |
5 |
Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled) |
6 |
Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled) |
7 |
Armi tan-nar awtomatiċi (sħaħ): eż. azzarini tal-assalt (assault rifle) partikolari, (sub) machine-guns, pistoli awtomatiċi (sħaħ) |
8 |
Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading) |
TABELLA II: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent
KOMPONENT |
PROĊESS |
||||
|
|
||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|
||||
|
|||||
|
|||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|||||
Ebusija tal-inserzjonijiet |
Ebusija tal-isplengun/virga/tapp = 58-0; + 6 HRC Stainless steel għall-iwweldjar TIG, tip ER 316 L |
TABELLA III: Operazzjonijiet speċifiċi għal kull komponent essenzjali ta' kull tip ta' arma tan-nar
TIP |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
PROĊESS |
Pistoli (ħlief awtomatiċi) |
Rivolvers |
Armi tan-nar twal b'tir wieħed (mhux bi break action) |
Armi tan-nar bi break action (smoothbore, rifled, combination) |
Armi tan-nar twal b'ripetizzjoni (smoothbore, rifled) |
Armi tan-nar twal semi-awtomatiċi (smoothbore, rifled) |
Armi tan-nar awtomatiċi: azzarini tal-assalt, (sub) machine-guns |
Armi tan-nar bl-ikkargar mill-kanna (muzzle loading) |
1.1 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
1.2 u 1.3 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
1.4 |
X |
|
|
|
|
X |
X |
|
1.5 |
|
X |
|
|
|
|
|
|
2.1 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
2.2 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
2.3 |
|
|
X |
|
X |
X |
X |
|
3.1 |
|
X |
|
|
|
|
|
|
3.2 |
|
X |
|
|
|
|
|
|
4.1 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
4.2 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
4.3 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
4.4 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
4.5 |
X |
|
|
|
|
X |
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
5.1 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
5.2 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
5.3 |
X |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
5.4 |
X (qafas tal-polimeru) |
|
|
|
|
|
X (għal pistoli awtomatiċi) |
|
6.1 |
|
|
|
|
|
X |
X |
|
6.2 |
|
|
|
|
|
X |
X |
|
6.3 |
|
|
|
|
|
|
X |
|
6.4 |
|
|
|
|
|
|
X |
|
7.1 |
|
|
|
X |
|
|
|
|
7.2 |
|
X |
|
X |
|
|
|
|
8.1 u 8.2 |
X |
|
|
|
X |
X |
X |
|
8.3 |
|
|
|
|
X (tubu tal-magazzin) |
X (tubu tal-magazzin) |
|
|
9.1 |
|
X |
|
|
|
|
|
X |
10.1 |
X |
|
X |
|
X |
X |
X |
|
10.2 |
X |
|
X |
X |
X |
X |
X |
|
(1) Il-kanna titwaħħal mal-qafas billi tiġi invitata jew ikklampjata jew bi proċess ieħor.
(2) L-iwweldjar huwa proċess ta' fabrikazzjoni jewproċess skulturali li jgħaqqad il-materjali, normalmentmetalli jew termoplastiks, billi jikkawżal-fużjoni.
ANNESS II
Mudell għall-immarkar tal-armi tan-nar diżattivati
1) |
Marka tad-diżattivazzjoni |
2) |
Pajjiż tad-diżattivazzjoni — kodiċi internazzjonali uffiċjali |
3) |
Simbolu tal-entità li ċċertifikat id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar |
4) |
Sena tad-diżattivazzjoni |
Il-marka sħiħa titwaħħal biss fuq il-qafas tal-arma tan-nar, filwaqt li l-marka tad-diżattivazzjoni (1) u l-pajjiż tad-diżattivazzjoni (2) jitwaħħlu fuq il-komponenti essenzjali l-oħra kollha.