Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2345

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2345 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 330, 16.12.2015, p. 29–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2345/oj

    16.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/29


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2345

    tal-15 ta' Diċembru 2015

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

    (2)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, mit-Tuneżija, mill-Istati Uniti u mir-Repubblika tal-Korea, l-isem tal-korp ta' kontroll “BCS Öko-Garantie GmbH” inbidel għal “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”.

    (3)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Arġentina, l-indirizz tal-Internet tal-korp ta' kontroll “Letis SA” inbidel.

    (4)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Awstralja, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti nbidel. Barra minn hekk, l-awtorità ta' kontroll “AQIS” waqqfet l-attivitajiet tagħha u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    (5)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Kanada, l-awtorità ta' kontroll “SAI Global Certification Services Limited” waqqfet l-attivitajiet tagħha u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, għandu jiġi elenkat korp ta' kontroll ġdid “TransCanada Organic Certification Services (TCO Cert)” f'dak l-Anness.

    (6)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Costa Rica, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità ta' kontroll “Servicio Fitosanitario del Estado” inbidel.

    (7)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Indja, l-awtorità kompetenti Indjana rtirat ir-rikonoxximent tagħha għal “Biocert India Pvt. Ltd, Indore” u għal “TUV India Pvt. Ltd” u dawn il-kopri tal-kontroll ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti Indjana rrikonoxxiet tliet korpi tal-kontroll li għandhom jiżdiedu fil-lista ta' dak l-Anness: “Odisha State Organic Certification Agency”, “Gujarat Organic Products Certification Agency” u “Uttar Pradesh State Organic Certification Agency”.

    (8)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġappun, inbidel l-isem ta' awtorità kompetenti.

    (9)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mit-Tuneżija, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti nbidel.

    (10)

    Skont informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti, l-isem tal-korp ta' kontroll “Department of Plant Industry” inbidel għal “Clemson University”, l-isem tal-korp ta' kontroll “Indiana Certified Organic LLC” inbidel għal “Ecocert ICO, LLC”, l-isem tal-korp ta' kontroll “Marin County” inbidel għal “Marin Organic Certified Agriculture” u l-isem tal-korp ta' kontroll “OIA North America, LLC” inbidel għal “Americert International (AI)”. Barra minn hekk, il-korp ta' kontroll “Organic National & International Certifiers (ON&IC)” waqqaf l-attivitajiet tiegħu u ma għandux jibqa' elenkat fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    (11)

    Skont l-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika tal-Korea, l-awtorità kompetenti Koreana rrikonoxxiet żewġ korpi ta' kontroll oħrajn li għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008: “Neo environmentally-friendly” u “Green Environmentally-Friendly certification center”.

    (12)

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-korpi ta' kontroll u tal-awtoritajiet ta' kontroll li huma kompetenti biex iwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop tal-ekwivalenza.

    (13)

    L-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistipula li għal prodotti mhux importati skont l-Artikolu 32 u li ma jkunux importati minn pajjiż terz li huwa rikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi l-korpi ta' kontroll kompetenti biex iwettqu l-kompiti bl-iskop li jiġu importati prodotti li jipprovdu garanziji ekwivalenti. Għalhekk, l-Artikolu 10(2)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistipula li awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll ma jistgħux jiġu rikonoxxuti għal prodott li joriġina minn pajjiż terz elenkat fil-lista tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti fl-Anness III ta' dak ir-Regolament u li jappartjeni għal kategorija tal-prodotti li għaliha dan il-pajjiż terz ikun rikonoxxut għaliha.

    (14)

    Billi kemm il-Kanada u kemm il-Ġappun huma pajjiż terz rikonoxxut skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u huma elenkati għall-kategorija tal-prodotti A fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, jidher li fil-passat dawk id-dispożizzjonijiet ma ġewx rispettati fir-rigward tar-rikonoxximent tal-korpi ta' kontroll li ġejjin, elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, għall-prodotti li joriġinaw fil-Kanada u fil-Ġappun u li huma parti mill-kategorija tal-prodotti A: “CCOF Certification Services”, “IMOswiss AG”, “International Certification Services, Inc.”, “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, “Japan Organic and Natural Foods Association”, “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, “Organic crop improvement association” u “Quality Assurance International”.

    (15)

    Il-Kummissjoni kkuntattjat il-korpi ta' kontroll ikkonċernati biex tinfurmahom dwar l-intenzjoni tagħha li tirtira r-rikonixximent għall-kategorija tal-prodotti A għall-Kanada u għall-Ġappun. Hija eżaminat bir-reqqa l-kummenti li waslulha.

    (16)

    “Afrisco Certified Organic, CC” infurmat lill-Kummissjoni li hija waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fil-pajjiżi terzi kollha li kienet ġiet rikonoxxuta għalihom u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    (17)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Agreco R.F. Göderz GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D fir-Russja u għall-kategorija tal-prodotti D f'dawn il-pajjiżi: il-Bolivja, il-Bożnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, il-Georgia, l-Indoneżja, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, Madagascar, il-Montenegro, il-Perù, is-Serbja, it-Tanzanija, it-Tajlandja, it-Togo, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Venezwela.

    (18)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Awstralja Certified Organic” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti B għaċ-Ċina u għall-Vanuatu u għall-kategorija tal-prodotti D fil-Gżejjer Cook.

    (19)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bio.inspecta AG” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Bożnja-Ħerzegovina, għall-Marokk u għall-Emirati Għarab Magħquda.

    (20)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bureau Veritas Certification France SAS”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Bureau Veritas Certification France SAS” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Madagascar, għal Mauritius, għal Monaco, għall-Marokk u għan-Nikaragwa, għall-kategorija tal-prodotti C għall-Madagascar u għan-Nikaragwa, u għall-kategorija tal-prodotti E għall-Mauritius.

    (21)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodotti A u D għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għall-Montenegro, għan-Nepal, għat-Territorju Palestinjan Okkupat, għall-Pakistan, għall-kategoriji ta' prodotti A, B u D għall-Kamerun u għan-Niġerja u għall-kategorija ta' prodotti C għaċ-Ċina u għat-Tajwan.

    (22)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D għall-Kolombja.

    (23)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Control Union Certifications” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodotti A, D u F għall-Benin, għall-Botswana, għall-Kamerun, għal Kuba, għal Curaçao, għal Haiti, għall-Kenja, għal-Lesoto, għall-Malawi, għall-Mongolja, għall-Marokk, għan-Namibja, għas-Senegal, għas-Suriname, għas-Swaziland, għat-Tajwan, għat-Togo u għaż-Żimbabwe, għall-kategoriji ta' prodotti A, B, C, D, E u F għall-Armenja u għall-Każakistan u għall-kategoriji ta' prodotti A, B, C, D u F għall-Iraq.

    (24)

    “Doalnara Certified Organic Korea, LLC” infurmat lill-Kummissjoni li waqqfet l-attivitajiet ta' ċertifikazzjoni tagħha fir-Repubblika tal-Korea, l-uniku pajjiż terz li kienet ġiet rikonoxxuta għalih u ma għandhiex tibqa' elenkata fl-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    (25)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija ta' prodotti A għall-Botswana, għall-kategoriji ta' prodotti A u D għall-Armenja, għall-Belize, għall-Kap Verde, għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, għall-Kongo (Brazzaville), għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, għal El Salvador, għall-Ginea Ekwatorjali, għal Georgia, għall-Ginea-Bissau, għall-Honduras, għal Hong Kong, għal-Liberja, għall-Mauritania, għall-Mjanmar/Burma, għan-Nikaragwa, għall-Panama, għas-Samoa, għas-Seychelles, għal Singapore, għas-Sri Lanka, għas-Suriname, għat-Taġikistan, għal Timor Leste u għall-Venezwela, għall-kategoriji ta' prodotti A, B u D għall-Afganistan u għal Sierra Leone, għall-kategoriji ta' prodotti A, D u E għat-Turkmenistan, għal kategorija ta' prodott B għall-Benin, għall-Kamerun, għall-Kolombja, għall-Côte d'Ivoire, għall-Ekwador, għall-Indoneżja, għal Monaco, għall-Filippini, għas-Serbja, għat-Tuneżija, għall-Vjetnam u għaż-Żambja, għall-kategorija ta' prodott C għar-Repubblika tal-Korea, għall-kategorija tal-prodotti D għaċ-Chad, għall-Etjopja, għall-Mongolja, għan-Namibja, għan-Niġer, għan-Niġerja, għall-Pakistan u għall-Vanuatu, għall-kategorija ta' prodotti E għall-Indja, għall-Kirgiżistan, għall-Marokk, għas-Sirja, għat-Tajlandja u għall-Urugwaj, għall-kategoriji ta' prodotti B u E għall-Kenja, għall-Paragwaj u għall-Uganda, għall-kategoriji ta' prodotti B, D u E għall-Ukraina, għall-kategoriji ta' prodotti B, E u F għall-Burkina Faso, għall-Messiku u għall-Perù, għall-kategoriji tal-prodotti D u E għall-Każakistan, għar-Russja u għall-Użbekistan u għall-kategoriji ta' prodotti E u F għall-Madagascar.

    (26)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “IMO Control Latinoamérica Ltda.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D fil-Belize. Barra minn hekk, “IMO Control Latinoamérica Ltda.” infurmat lill-Kummissjoni li bidlet l-indirizz tal-Internet tagħha.

    (27)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jiġi estiż l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji ta' prodotti A u D għall-Gambja, għal-Liberja, għall-Pakistan, għat-Taġikistan, għat-Turkmenistan u għall-Użbekistan, għall-kategoriji ta' prodotti A, D u E għall-Każakistan, għall-kategorija ta' prodotti B għall-Gwatemala, għall-Kirgiżistan, għall-Perù u għar-Russja u għall-kategorija ta' prodotti E għall-Emirati Għarab Magħquda.

    (28)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Mayacert”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li waslet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Mayacert” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji ta' prodotti A, B u D fil-Messiku, għall-kategoriji ta' prodotti A u D fil-Gwatemala, fil-Honduras u fin-Nikaragwa u għall-kategorija tal-prodotti D fil-Kolombja, fir-Repubblika Dominikana u f'El Salvador.

    (29)

    “Onecert, Inc.” innotifikat lill-Kummissjoni li l-isem inbidel għal “Onecert internazzjonali PVT Ltd.” Hija nnotifikat ukoll bidla fl-indirizz.

    (30)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organic Standard” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għat-Tajikistan, u għall-kategorija tal-prodotti E għall-Każakistan u għar-Russja.

    (31)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Organización Internacional Agropecuaria” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għaċ-Ċilì, għall-Ekwador u għall-Perù.

    (32)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “ORSER”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “ORSER” tiġi rikonoxxuta għall-kategoriji tal-prodotti A u D fit-Turkija.

    (33)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Overseas Merchandising Inspection Co. Ltd.”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategorija tal-prodotti D fil-Ġappun. Kif indikat fil-premessa 13, l-Artikolu 10(2)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistipula li awtorità ta' kontroll jew korp ta' kontroll ma jistgħux jiġu rikonoxxuti għal prodott li joriġina minn pajjiż terz elenkat fil-lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u li hu parti minn kategorija li l-pajjiż terz ikun rikonoxxut għaliha. Il-Ġappun huwa rikonoxxut bħala pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u huwa elenkat f'dak l-Anness għall-kategorija tal-prodotti D. Madankollu, billi dak ir-rikonoxximent ma jkoprix l-ingredjenti kollha li jistgħu jiġu importati u pproċessati legalment fil-Ġappun, ir-rikonoxximent ta' korpi ta' kontroll għal prodotti pproċessati li mhumiex koperti mir-rikonoxximent tal-Ġappun għall-kategorija D kif inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, huwa xieraq biex jiġi evitat li prodotti li joriġinaw fil-Ġappun, li huma pproċessati b'ingredjenti li jistgħu jiġu impurtati legalment fil-Ġappun, iżda mhumiex koperti minn rikonoxximent kif stabbilit f'dak l-Anness, ma jkunux jistgħu jiġu importati fl-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd.” tiġi rikonoxxuta għall-kategorija tal-prodotti D, għajr l-inbid, fil-Ġappun għall-prodotti li mhumiex koperti mir-rikonoxximent tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 kif inklużi fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

    (34)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “QC&I” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġustifikat li jitwessa' l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategorija tal-prodotti D għall-inbid.

    (35)

    Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Quality Partner”, biex din tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-konklużjoni hija li huwa ġġustifikat li “Quality Partner” tiġi rikonoxxuta għall-prodotti tal-kategoriji C u D fl-Indoneżja.

    (36)

    Għaldaqstant, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (37)

    Sabiex il-korpi ta' kontroll affettwati mill-irtirar tar-rikonoxximent għall-kategorija ta' prodotti A fir-rigward tal-Kanada u tal-Ġappun jingħataw il-possibbiltà li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jadattaw għas-sitwazzjoni l-ġdida tar-relazzjonijiet kummerċjali, l-emendi rilevanti tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom japplikaw 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (38)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għall-Produzzjoni Organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

    (2)

    L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punti (6), (13), (14), (15), (16), (17)(d), (20) u (25) tal-Anness II għandhom japplikaw 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).


    ANNESS I

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-entrata dwar l-Arġentina, fil-punt 5, l-indirizz tal-Internet tal-korp ta' kontroll “Letis SA” jinbidel għal “www.letis.org”.

    (2)

    L-entrata dwar l-Awstralja tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    fil-punt 4, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti jinbidel b'dan li ġej:

    “www.agriculture.gov.au/export/food/organic-bio-dynamic”

    (b)

    fil-punt 5, ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi AU-BIO-002 titħassar.

    (3)

    Fl-entrata dwar il-Kanada, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi CA-ORG-020 titħassar;

    (b)

    tiżdied ir-ringiela li ġejja:

    “CA-ORG-021

    TransCanada Organic Certification Services (TCO Cert)

    www.tcocert.ca”

    (4)

    Fl-entrata dwar il-Costa Rica, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi CR-BIO-001 tinbidel b'dan li ġej:

    “CR-BIO-001

    Servicio Fitosanitario del Estado, Ministerio de Agricultura y Ganadería

    www.sfe.go.cr”

    (b)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi CR-BIO-002 tinbidel b'dan li ġej:

    “CR-BIO-002

    Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH

    www.bcs-oeko.com”

    (5)

    Fl-entrata dwar l-Indja, il-punt 5 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    ir-ringieli tan-numri tal-kodiċi IN-ORG-019 u IN-ORG-022 jitħassru.

    (b)

    jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    “IN-ORG-024

    Odisha State Organic Certification Agency

    www.ossopca.nic.in

    IN-ORG-025

    Gujarat Organic Products Certification Agency

    www.gopca.in

    IN-ORG-026

    Uttar Pradesh State Organic Certification Agency

    www.upsoca.org”

    (6)

    Fl-entrata dwar il-Ġappun, il-punt 4 qed jinbidel b'dan li ġej:

    “4.

    Awtoritajiet kompetenti: Food Manufacture Affairs Division, Food Industry Affairs Bureau, Ministry of Agriculture, Forestry and Fisheries, www.maff.go.jp/j/jas/index.html u Food and Agricultural Materials Inspection Center (FAMIC), www.famic.go.jp”

    (7)

    L-entrata dwar it-Tuneżija tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    fil-punt 4, l-indirizz tal-Internet tal-awtorità kompetenti jinbidel b'dan li ġej:

    “www.agriculture.tn u www.onagri.tn”

    (b)

    fil-punt 5, ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi TN-BIO-003 tinbidel b'dan li ġej:

    “TN-BIO-003

    Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH

    www.bcs-oeko.com”

    (8)

    Fl-entrata dwar l-Istati Uniti, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

    (a)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi US-ORG-004 tinbidel b'dan li ġej:

    “US-ORG-004

    Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH

    www.bcs-oeko.com”

    (b)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi US-ORG-009 tinbidel b'dan li ġej:

    “US-ORG-009

    Clemson University

    www.clemson.edu/public/regulatory/plant_industry/organic_certification”

    (c)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi US-ORG-016 tinbidel b'dan li ġej:

    “US-ORG-016

    Ecocert ICO, LLC

    www.ecocertico.com”

    (d)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi US-ORG-022 tinbidel b'dan li ġej:

    “US-ORG-022

    Marin Organic Certified Agriculture

    www.marincounty.org/depts/ag/moca”

    (e)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi US-ORG-038 tinbidel b'dan li ġej:

    “US-ORG-038

    Americert International (AI)

    www.americertorganic.com”

    (f)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi US-ORG-045 titħassar.

    (9)

    Fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

    (a)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi KR-ORG-002 titħassar.

    (b)

    ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi KR-ORG-011 tinbidel b'dan li ġej:

    “KR-ORG-011

    Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH

    www.bcs-oeko.com”

    (c)

    jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    “KR-ORG-019

    Neo environmentally-friendly

    café.naver.com/neoefcc

    KR-ORG-020

    Green Environmentally-Friendly certification center

    www.greenorganic4us.co.kr”


    ANNESS II

    L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-entrata kollha dwar “Afrisco Certified Organic, CC” titħassar.

    (2)

    Fl-entrata dwar “Agreco R.F. Göderz GmbH”, il-punt 3 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

    “Ir-Russja

    RU-BIO-151

    x

    x

    —”

    (b)

    fir-ringieli dwar il-Bolivja, il-Bożnija-Ħerzegovina, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, l-Eġittu, Georgia, l-Indoneżja, il-Każakistan, il-Kirgiżistan, Madagascar, il-Montenegro, il-Perù, is-Serbja, it-Tanzanija, it-Tajlandja, it-Togo, it-Turkmenistan, l-Użbekistan u l-Venezwela, jiżdied salib fil-kolonna D.

    (3)

    L-entrata dwar “Australian Certified Organic”, tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    fir-ringiela dwar iċ-Ċina u l-Vanuatu, jiżdied salib fil-kolonna B;

    (b)

    fir-ringiela dwar il-Gżejjer Cook, jiżdied salib fil-kolonna D.

    (4)

    Fl-entrata dwar “Bio.inspecta AG”, fil-punt 3, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni xierqa:

    “Il-Bożnija-Ħerzegovina

    BA-BIO-161

    x

    x

    Il-Marokk

    MA-BIO-161

    x

    x

    L-Emirati Għarab Magħquda

    AE-BIO-161

    x

    x

    —”

    (5)

    Wara l-entrata dwar “Bolicert Ltd”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

    “‘Bureau Veritas Certification France SAS’

    1.

    Indirizz: Immeuble Le Guillaumet — 60 avenue du Général de Gaulle 92046 — Paris La Défense CEDEX — France

    2.

    Indirizz tal-Internet: http://www.qualite-france.com

    3.

    Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

    Pajjiż terz

    Numru tal-kodiċi

    Kategorija tal-prodott

     

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Madagascar

    MG-BIO-165

    x

    x

    x

    Mauritius

    MU-BIO-165

    x

    x

    x

    Monaco

    MC-BIO-165

    x

    x

    Il-Marokk

    MA-BIO-165

    x

    x

    In-Nikaragwa

    NI-BIO-165

    x

    x

    x

    4.

    Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

    5.

    Perjodu ta' inklużjoni fil-lista: sat-30 ta' Ġunju 2018.”

    (6)

    Fl-entrata dwar “CCOF Certification Services”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kanada, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (7)

    Fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni xierqa:

    “Il-Kamerun

    CM-BIO-140

    x

    x

    x

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    CD-BIO-140

    x

    x

    Il-Montenegro

    ME-BIO-140

    x

    x

    In-Nepal

    NP-BIO-140

    x

    x

    In-Niġerja

    NG-BIO-140

    x

    x

    x

    It-Territorju Palestinjan okkupat

    PS-BIO-140

    x

    x

    Il-Pakistan

    PK-BIO-140

    x

    x

    —”

    (b)

    fir-ringiela dwar iċ-Ċina, jiżdied salib fil-kolonna C;

    (c)

    fir-ringiela dwar it-Tajwan, jiżdied salib fil-kolonna C.

    (8)

    Fl-entrata dwar “Certificadora Mexicana de productos y procesos ecológicos S.C.”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kolombja, jiżdied salib fil-kolonna D.

    (9)

    Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni xierqa:

    “L-Armenja

    AM-BIO-149

    x

    x

    x

    x

    x

    x

    Il-Benin

    BJ-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Botswana

    BW-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Kamerun

    CM-BIO-149

    x

    x

    x

    Kuba

    CU-BIO-149

    x

    x

    x

    Curaçao

    CW-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Haiti

    HT-BIO-149

    x

    x

    x

    L-Iraq

    IQ-BIO-149

    x

    x

    x

    x

    x

    Il-Każakistan

    KZ-BIO-149

    x

    x

    x

    x

    x

    x

    Il-Kenja

    KE-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Lesoto

    LS-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Malawi

    MW-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Mongolja

    MN-BIO-149

    x

    x

    x

    Il-Marokk

    MA-BIO-149

    x

    x

    x

    In-Namibja

    NA-BIO-149

    x

    x

    x

    Is-Senegal

    SN-BIO-149

    x

    x

    x

    Is-Suriname

    SR-BIO-149

    x

    x

    x

    Swaziland

    SZ-BIO-149

    x

    x

    x

    It-Tajwan

    TW-BIO-149

    x

    x

    x

    It-Togo

    TG-BIO-149

    x

    x

    x

    Iż-Żimbabwe

    ZW-BIO-149

    x

    x

    X”

    (10)

    L-entrata kollha dwar “Doalnara Certified Organic Korea, LLC” titħassar.

    (11)

    Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 qed jinbidel kif ġej:

    (a)

    ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni xierqa:

    “L-Afganistan

    AF-BIO-154

    x

    x

    x

    L-Armenja

    AM-BIO-154

    x

    x

    Il-Belize

    BZ-BIO-154

    x

    x

    Il-Botswana

    BW-BIO-154

    x

    Cape Verde

    CV-BIO-154

    x

    x

    Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana

    CF-BIO-154

    x

    x

    Il-Kongo (Brazzaville)

    CG-BIO-154

    x

    x

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    CD-BIO-154

    x

    x

    El Salvador

    SV-BIO-154

    x

    x

    Il-Guinea Ekwatorjali

    GQ-BIO-154

    x

    x

    Georgia

    GE-BIO-154

    x

    x

    Il-Guinea-Bissau

    GW-BIO-154

    x

    x

    Il-Honduras

    HN-BIO-154

    x

    x

    Hong Kong

    HK-BIO-154

    x

    x

    Il-Liberja

    LR-BIO-154

    x

    x

    Il-Mauritania

    MR-BIO-154

    x

    x

    Il-Myanmar/Burma

    MM-BIO-154

    x

    x

    In-Nikaragwa

    NI-BIO-154

    x

    x

    Il-Panama

    PA-BIO-154

    x

    x

    Samoa

    WS-BIO-154

    x

    x

    Is-Seychelles

    SC-BIO-154

    x

    x

    Sierra Leone

    SL-BIO-154

    x

    x

    x

    Singapore

    SG-BIO-154

    x

    x

    Is-Sri Lanka

    LK-BIO-154

    x

    x

    Is-Suriname

    SR-BIO-154

    x

    x

    It-Taġikistan

    TJ-BIO-154

    x

    x

    Timor Leste

    TL-BIO-154

    x

    x

    It-Turkmenistan

    TM-BIO-154

    x

    x

    x

    Il-Venezwela

    VE-BIO-154

    x

    x

    —”

    (b)

    Fir-ringieli dwar il-Benin, il-Kamerun, il-Kolombja, il-Côte d'Ivoire, l-Ekwador, l-Indoneżja, Monako, il-Filippini, is-Serbja, it-Tuneżija, il-Vjetnam u ż-Żambja, jiżdied salib fil-kolonna B;

    (c)

    fir-ringiela dwar ir-Repubblika Koreana, jiżdied salib fil-kolonna C;

    (d)

    fir-ringieli dwar iċ-Chad, l-Etjopja, il-Mongolja, in-Namibja, in-Niġer, in-Niġerja, il-Pakistan u l-Vanuatu, jiżdied salib fil-kolonna D;

    (e)

    fir-ringieli dwar l-Indja, il-Kirgiżistan, il-Marokk, is-Sirja, it-Tajlandja u l-Urugwaj, jiżdied salib fil-kolonna E;

    (f)

    fir-ringieli dwar il-Kenja il-Paragwaj u l-Uganda, jiżdied salib fil-kolonni B u E;

    (g)

    fir-ringiela dwar l-Ukrajna, jiżdied salib fil-kolonni B, D u E;

    (h)

    fir-ringieli dwar il-Burkina Faso, il-Messiku u l-Perù, jiżdied salib fil-kolonni B, E u F;

    (i)

    fir-ringieli dwar il-Każakistan, ir-Russja u l-Użbekistan, jiżdied salib fil-kolonni D u E;

    (j)

    fir-ringiela dwar il-Madagascar, jiżdied salib fil-kolonni E u F.

    (12)

    L-entrata dwar “IMO Control Latinoamérica Ltda.” tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    il-punt 2 jinbidel b'dan li ġej:

    “2.

    Indirizz tal-Internet: http://www.imo-la.com”

    (b)

    Fil-punt 3, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

    “Il-Belize

    BZ-BIO-123

    x

    x

    —”

    (13)

    Fl-entrata dwar “IMOswiss AG”, fil-punt 3, fir-ringieli dwar il-Kanada u l-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (14)

    Fl-entrata dwar “International Certification Services, Inc.”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kanada, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (15)

    Fl-entrata dwar “Istituto Certificazione Etica e Ambientale”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (16)

    Fl-entrata dwar “Japan Organic and Natural Foods Association”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (17)

    Fl-entrata dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni xierqa:

    “Il-Gambja

    GM-BIO-141

    x

    x

    Il-Każakistan

    KZ-BIO-141

    x

    x

    x

    Il-Liberja

    LR-BIO-141

    x

    x

    Il-Pakistan

    PK-BIO-141

    x

    x

    It-Taġikistan

    TJ-BIO-141

    x

    x

    It-Turkmenistan

    TM-BIO-141

    x

     

    x

    L-Użbekistan

    UZ-BIO-141

    x

    x

    —”

    (b)

    fir-ringieli dwar il-Gwatemala, il-Kirgiżistan, il-Perù u r-Russja, jiżdied salib fil-kolonna B;

    (c)

    fir-ringiela li tittratta l-Emirati Għarab Magħquda, jiżdied salib fil-kolonna E;

    (d)

    fir-ringiela dwar il-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A;

    (18)

    Wara l-entrata dwar “Letis S.A.”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

    “‘Mayacert’

    1.

    Indirizz: 18 calle 7-25 zona 11, Colonia Mariscal, 01011 Guatemala City, il-Gwatemala

    2.

    Indirizz tal-Internet: http://www.mayacert.com

    3.

    Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

    Pajjiż terz

    Numru tal-kodiċi

    Kategorija tal-prodott

     

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Il-Kolombja

    CO-BIO-169

    x

    Ir-Repubblika Dominicana

    DO-BIO-169

    x

    El Salvador

    SV-BIO-169

    x

    Il-Gwatemala

    GT-BIO-169

    x

    x

    Il-Honduras

    HN-BIO-169

    x

    x

    Il-Messiku

    MX-BIO-169

    x

    x

    x

    In-Nikaragwa

    NI-BIO-169

    x

    x

    4.

    Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid

    5.

    Perjodu ta' inklużjoni fil-lista: sat-30 ta' Ġunju 2018.”

    (19)

    Fl-entrata dwar “Onecert, Inc.”, l-intestatura u l-punt 1 jinbidlu b'dan li ġej.

    “‘OneCert International PVT Ltd.’

    1.

    Indirizz: H-08, Mansarovar Industrial Area, Mansarovar, Jaipur-302020, Rajasthan, L-Indja”

    (20)

    Fl-entrata dwar “Organic crop improvement association”, fil-punt 3, fir-ringieli dwar il-Kanada u l-Ġappun, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (21)

    Fl-entrata dwar “Organic Standard”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    tiddaħħal ir-ringiela li ġejja:

    “It-Taġikistan

    TJ-BIO-108

    x

    x

    —”

    (b)

    fir-ringieli dwar il-Każakistan u r-Russja, jiżdied salib fil-kolonna E.

    (22)

    Fl-entrata dwar “Organización Internacional Agropecuaria”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni xierqa:

    “Iċ-Ċilì

    CL-BIO-110

    x

    x

    L-Ekwador

    EC-BIO-110

    x

    x

    Il-Perù

    PE-BIO-110

    x

    x

    —”

    (23)

    Wara l-entrata dwar “Organska Kontrola”, jiddaħħlu l-entrati l-ġodda li ġejjin:

    “‘ORSER’

    1.

    Indirizz: Paris Caddesi No: 6/15, Ankara 06540, it-Turkija

    2.

    Indirizz tal-Internet: http://orser.com.tr

    3.

    Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

    Pajjiż terz

    Numru tal-kodiċi

    Kategorija tal-prodott

     

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    It-Turkija

    TR-BIO-166

    x

    x

    4.

    Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni

    5.

    Perjodu ta' inklużjoni fil-lista: sat-30 ta' Ġunju 2018.

    ‘Overseas Merchandising Inspection Co., Ltd.’

    1.

    Indirizz: 15-6 Nihonbashi Kabuto-cho, Chuo-ku, Tokyo 103-0026, il-Ġappun

    2.

    Indirizz tal-Internet: http://www.omicnet.com/omicnet/services-en/organic-certification-en.html

    3.

    Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

    Pajjiż terz

    Numru tal-kodiċi

    Kategorija tal-prodott

     

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    Il-Ġappun

    JP-BIO-167

    x

    4.

    Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, inbid u prodotti koperti bl-Anness III

    5.

    Perjodu ta' inklużjoni fil-lista: sat-30 ta' Ġunju 2018.”

    (24)

    Fl-entrata dwar “QC&I GmbH”, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

    “4.

    Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

    (25)

    Fl-entrata dwar “Quality Assurance International”, fil-punt 3, fir-ringiela dwar il-Kanada, jitħassar is-salib fil-kolonna A.

    (26)

    Wara l-entrata dwar “Quality Assurance International”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

    “‘Quality Partner’

    1.

    Indirizz: Rue Hayeneux, 62, 4040 Herstal, il-Belġju

    2.

    Indirizz tal-Internet: http://www.quality-partner.be

    3.

    Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati:

    Pajjiż terz

    Numru tal-kodiċi

    Kategorija tal-prodott

     

     

    A

    B

    C

    D

    E

    F

    L-Indoneżja

    ID-BIO-168

    x

    x

    4.

    Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, l-inbid u l-alka

    5.

    Perjodu ta' inklużjoni fil-lista: sat-30 ta' Ġunju 2018.”


    Top