This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2113
Commission Regulation (EU) 2015/2113 of 23 November 2015 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Accounting Standards 16 and 41 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2113 tat-23 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 306, 24.11.2015, p. 7–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1126 | Emenda | anness | 27/11/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R1803 | 16/10/2023 |
24.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 306/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2113
tat-23 ta' Novembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità 16 u 41
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-30 ta' Ġunju 2014, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ħareġ emendi għal IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir u l-IAS 41 Agrikoltura intitolat Agrikoltura: Pjanti Portaturi. L-IASB iddeċieda li pjanti, li jintużaw biss biex jitkabbru prodotti fuq diversi perjodi, magħrufa bħala pjanti portaturi, għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal proprjetà, impjant u tagħmir f'IAS 16 Proprjetà, impjant u tagħmir, peress li l-operat tagħhom huwa simili għal dak ta' manifattura. |
(3) |
L-emendi fl-IAS 16 u 41 jimplikaw, bħala konsegwenza, emendi għall-IAS 1, 17, 23, 36 u 40 sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. |
(4) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju tikkonferma li l-emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
(b) |
L-IAS 41 Agrikoltura huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
(c) |
L-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji, l-IAS 17 Lokazzjonijiet, l-IAS 23 Kostijiet tas-Self, l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi u l-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment huma emendati skont l-emendi għall-IAS 16 u IAS 41 kif stipulat fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Novembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1)
ANNESS
Agrikoltura: Pjanti portaturi
(Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41)
Emendi għall-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir
Il-paragrafi 3, 6 u 37 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 22 A u 81K-81M.
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
…
3. |
Dan l-Istandard ma japplikax għal:
|
DEFINIZZJONIJIET
6. |
It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
Pjanta portatura hija pjanta ħajja li:
(Il-paragrafi 5 A-5B tal-IAS 41 jelaboraw fuq din id-definizzjoni ta' pjanta portatura.) Ammont miżmum fil-kotba hu l-ammont li bih ass jiġi rikonoxxut wara li jitnaqqsu kull deprezzament akkumulat u telf ta' indeboliment akkumulat. … |
Elementi ta' kost
…
22 A |
Pjanti portaturi jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal oġġetti mibnija minnhom infushom ta' proprjetà, impjant u tagħmir qabel ma jkunu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħaddmu bil-mod intenzjonat mill-maniġment. Konsegwentement, referenzi għal “kostruzzjoni” f'dan l-Istandard għandhom jinqraw bħala attivitajiet li jkopru li huma meħtieġa biex irawmu l-pjanti portaturi qabel ma jkunu fil-post u fil-kundizzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħaddmu bil-mod intenzjonat mill-maniġment. |
…
Mudell ta' rivalutazzjoni
…
37. |
Klassi ta' proprjetà, impjant u tagħmir hi grupp ta' assi ta' natura u użu simili fl-operazzjonijiet ta' entità. Dawn li ġejjin huma eżempji ta' klassijiet separati:
|
…
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
81K |
Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi fl-IAS 16 u l-IAS 41), maħruġ f'Ġunju 2014, emenda l-paragrafi 3, 6 u 37 u żied il-paragrafi 22 A u 81L-81M. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din tiddivulga dan il-fatt. Entità tapplika dawk l-emendi retrospettivament skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafu 81M. |
81L |
Fil-perijodu ta' rappurtar, meta Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41) jiġi applikat għall-ewwel darba, entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal dak il-perjodu. Madankollu, entità tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28 (f) tal-IAS 8 għal kull perijodu preċedenti ppreżentat. |
81M |
Entità tista' tagħżel li tkejjel element tal-pjanti portaturi bil-valur ġust tiegħu fil-bidu tal-aktar perjodu kmieni ppreżentat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji għall-perijodu ta' rappurtar li fih l-entità tapplika għall-ewwel darba Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41) u tuża dak il-valur ġust bħala l-kost preżunt tagħhom f'dik id-data. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-valur ġust tiġi rikonoxxuta fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ fil-bidu tal-aktar perjodu bikri ppreżentat. |
Emendi għall-IAS 41 Agrikoltura
Il-paragrafi 1-5, 8, 24 u 44 huma emendati u jiżdiedu l-paragrafi 5 A-5C u 62-63.
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
1. |
Dan l-Istandard jiġi applikat għall-kontabilità ta' dawn li ġejjin meta jkunu relatati ma' attività agrikola:
|
2. |
Dan l-Istandard ma japplikax għal:
|
3. |
Dan l-Istandard huwa applikat għal prodotti agrikoli, li huma l-prodotti maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità, fil-punt tal-ħsad. Minn hemm 'il quddiem, huma applikati l-IAS 2 Inventarji jew xi Standard applikabbli ieħor. Għaldaqstant, dan l-Istandard ma jittrattax l-ipproċessar ta' prodotti agrikoli wara l-ħsad; pereżempju, l-ipproċessar tal-għeneb f'inbid minn vitikultur li jkun kabbar l-għeneb. Waqt li dan l-ipproċessar jista' jkun estensjoni loġika u naturali tal-attività agrikola, u li l-avvenimenti li jseħħu jista' jkollhom xi similarità mat-trasformazzjoni bijoloġika, dan l-ipproċessar mhuwiex inkluż fid-definizzjoni ta' attività agrikola f'dan l-Istandard. |
4. |
L-iskeda ta' hawn taħt tipprovdi eżempji ta' assi bijoloġiċi, prodotti agrikoli, u prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad:
|
DEFINIZZJONIJIET
Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura
5. |
It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
… Prodott agrikolu huwa l-prodott maħsud tal-assi bijoloġiċi tal-entità. Pjanta portatura hija pjanta ħajja li:
Ass bijoloġiku huwa annimal jew pjanta ħajja. … |
5 A |
Dawn li ġejjin mhumiex pjanti portaturi:
|
5B |
Meta l-pjanti portaturi ma jibqgħux jintużaw biex jipproduċu l-prodotti tagħhom, dawn jistgħu jinqatgħu u jinbiegħu bħala fdal, pereżempju, għall-użu bħala ħatab għan-nar. Bejgħ inċidentali tal-fdal bħal dan m'għandux jipprevjeni l-pjanta milli tissodisfa d-definizzjoni ta' pjanta portatura. |
5C |
Il-prodotti mill-pjanti portaturi huma assi bijoloġiċi. … |
Definizzjonijiet ġenerali
8. |
It-termini li ġejjin jintużaw f'dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:
… Għotjiet pubbliċi huma kif definiti fl-IAS 20. |
RIKONOXXIMENT U KEJL
…
24. |
Xi kultant, il-kost jista' jqarreb il-valur ġust, partikolarment meta:
… |
Ġenerali
…
44. |
L-assi bijoloġiċi konsumabbli huma dawk li għandhom jinħasdu bħala prodott agrikolu jew jinbiegħu bħala assi bijoloġiċi. Eżempji ta' assi bijoloġiċi konsumabbli huma merħliet intenzjonati għall-produzzjoni tal-laħam, merħliet miżmumin għall-bejgħ, ħut f'razzett, għelejjel bħal qamħirrum u qamħ, prodotti ta' pjanta portatura u siġar li qed jitkabbru għall-injam. L-assi bijoloġiċi portaturi huma dawk għajr l-assi bijoloġiċi konsumabbli; pereżempju, merħliet li minnhom jiġi prodott il-ħalib u siġar tal-frott li minnhom jinħasad il-frott. L-assi bijoloġiċi portaturi mhumiex prodott agrikolu iżda, pjuttost, jinżammu biex jipproduċu l-prodotti. |
…
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
…
62. |
Agrikoltura: Pjanti portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41), maħruġ f'Ġunju 2014, emenda l-paragrafi 1-5, 8, 24 u 44 u żied il-paragrafi 5 A- 5C u 63. Entità tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew wara. Hija permessa applikazzjoni iktar bikrija. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din tiddivulga dan il-fatt. Entità tapplika dawk l-emendi b'mod retrospettiv skont l-IAS 8. |
63. |
Fil-perijodu ta' rappurtar, meta Agrikoltura: Pjanti Portaturi (Emendi għall-IAS 16 u l-IAS 41) jiġi applikat għall-ewwel darba, entità m'għandhiex għalfejn tiżvela l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8 għal dak il-perjodu. Madankollu, entità tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu28 (f) tal-IAS 8 għal kull perijodu preċedenti ppreżentat. |
EMENDI KONSEGWENZJALI GĦAL STANDARDS OĦRA
IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafu 54 huwa emendat.
Informazzjoni li trid tkun ippreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja
54. |
Bħala minimu, ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jinkludi entrati linja b'linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:
|
IAS 17 Kirjiet
Il-paragrafu 2 huwa emendat.
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
2. |
…
Madanakollu, dan l-Istandard ma jintużax bħala l-bażi tal-kejl ta':
|
IAS 23 L-Ispejjeż tas-self
Il-paragrafi 4 u 7 ġew emendati.
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
…
4. |
Entità mhijiex meħtieġa tapplika l-Istandard għall-kostijiet tas-self li huma direttament attribwibbli għall-akkwist, il-kostruzzjoni jew il-produzzjoni ta':
|
DEFINIZZJONIJIET
…
7. |
Skont iċ-ċirkustanzi, dawn li ġejjin kollha jistgħu jkunu assi li jikkwalifikaw:
|
IAS 36 Deterjorament tal-Assi
Il-paragrafu 2 huwa emendat.
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
2. |
Dan l-Istandard jiġi applikat fil-kontabilità għad-deterjorament tal-assi kollha, minbarra:
|
IAS 40 Proprjetà għall-Investiment
Il-paragrafi 4 u 7 ġew emendati.
IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI
…
4. |
Dan l-Istandard ma japplikax għal:
|
KLASSIFIKAZZJONI TAL-PROPRJETÀ BĦALA PROPRJETÀ GĦALL-INVESTIMENT JEW PROPRJETÀ OKKUPATA MINN SIDHA
…
7. |
Il-proprjetà għall-investiment tinżamm sabiex wieħed idaħħal il-kera jew għall-apprezzament tal-kapital jew għat-tnejn. Għalhekk, proprjetà għall-investiment tiġġenera flussi tal-flus li huma fil-biċċa l-kbira indipendenti mill-assi l-oħrajn miżmuma minn entità. Dan jiddistingwi l-proprjetà għall-investiment minn proprjetà okkupata mis-sid. Il-produzzjoni jew il-provvista ta' oġġetti jew servizzi (jew l-użu ta' proprjetà għal skopijiet amministrattivi) jiġġenera flussi tal-flus li huma attribwibbli mhux biss għall-proprjetà, iżda wkoll għall-assi l-oħrajn użati fil-proċess ta' produzzjoni jew provvista. L-IAS 16 japplika għall-proprjetà okkupata mis-sid. |