Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2032

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2032 tat-13 ta' Novembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 rigward il-limiti massimi baġitarji għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi ta' appoġġ dirett għar-Renju Unit

    ĠU L 298, 14.11.2015, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2032/oj

    14.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 298/6


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2032

    tat-13 ta' Novembru 2015

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 rigward il-limiti massimi baġitarji għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi ta' appoġġ dirett għar-Renju Unit

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 22(1), 42(2) u 51(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 (2) stabilixxa limiti massimi nazzjonali annwali għall-miżuri rilevanti tal-pagamenti diretti fl-2015.

    (2)

    Fir-Renju Unit, il-leġiżlazzjoni li timplimenta r-regoli tal-Unjoni dwar il-pagamenti diretti f'Wales ġiet annullata permezz ta' ordni ta' qorti nazzjonali. Bħala konsegwenza, ittieħdu deċiżjonijiet ġodda mir-Renju Unit għall-implimentazzjoni ta' pagamenti diretti f'Wales u dawn ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Filwaqt li r-Renju Unit għandu jiżgura li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jirrispettaw il-qafas legali applikabbli u l-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jixraq li dawk id-deċiżjonijiet il-ġodda jiġu kkunsidrati. Preċiżament, minħabba li dawk id-deċiżjonijiet jaffettwaw il-kalkolu tal-limiti massimi nazzjonali annwali għall-2015 għall-iskema bażika tal-pagamenti u l-pagament lill-bdiewa żgħażagħ għar-Renju Unit, huwa xieraq li dawk il-limiti massimi jiġu emendati kif xieraq. Barra minn hekk, fuq il-bażi ta' dawn id-deċiżjonijiet, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-limiti massimi għall-pagament ta' ridistribuzzjoni għar-Renju Unit għall-2015.

    (3)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 għandu jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Fir-rigward tas-sena 2015, l-implimentazzjoni tal-iskemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 bdiet fl-1 ta' Jannar 2015. Għal raġunijiet ta' konsistenza bejn l-applikabbiltà ta' dak ir-Regolament għas-sena tat-talba 2015 u l-applikabbiltà tal-limiti massimi baġitarji korrispondenti, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Pagamenti Diretti,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendar tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089.

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1089 tas-6 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-livelli massimi tal-baġit għall-2015 applikabbli għal ċerti skemi diretti ta' appoġġ previsti fir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jistipulaw is-sehem speċjali għat-tneħħija tal-mini fil-Kroazja (ĠU L 176, 6.7.2015, p. 29)


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1089 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fil-punt I, l-annotazzjoni tar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:

    “Ir-Renju Unit

    2 100 795 ”

    (2)

    Fil-punt III, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja għar-Renju Unit:

    “Ir-Renju Unit

    16 134 ”

    (3)

    Fil-punt VI, l-annotazzjoni tar-Renju Unit tinbidel b'dan li ġej:

    “Ir-Renju Unit

    51 798 ”


    Top