Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1897

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1897 tal-21 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2056/2001 fir-rigward tal-obbligu ta' ħatt l-art

    ĠU L 277, 22.10.2015, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1897/oj

    22.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 277/11


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1897

    tal-21 ta' Ottubru 2015

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2056/2001 fir-rigward tal-obbligu ta' ħatt l-art

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) stabbilixxa bħala wieħed mill-għanijiet tiegħu l-eliminazzjoni gradwali tal-iskartar permezz tal-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għal qabdiet ta' speċijiet soġġetti għal limiti ta' qbid. Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2056/2001 (3) li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta' merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Punent tal-Iskozja jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut. Sabiex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn dak ir-Regolament u l-obbligu ta' ħatt l-art, u biex l-obbligu ta' ħatt l-art isir operazzjonali, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu emendati.

    (2)

    B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art, ir-Regolament (KE) Nru 2056/2001 għandu jiġi emendat billi jirrikjedi li l-qabdiet mhux intenzjonati kollha ta' organiżmi tal-baħar ta' speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art u li jinqabdu b'eċċess tal-limiti tal-kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu l-art, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 2056/2001 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt 3 li ġej:

    “3.

    ‘qabdiet mhux intenzjonati’ tfisser qabdiet inċidentali ta' organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandhom jinħattu l-art, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti, jew għax ikunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew inkella għax jaqbżu l-kwantitajiet permessi skont ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-qabda u dwar il-qabdiet inċidentali.

    (*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”"

    (2)

    Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

    “Artikolu 9a

    Fejn organiżmi tal-baħar ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt l-art jinqabdu b'eċċess tal-perċentwali jew tal-kwantitajiet permessi speċifikati fl-Artikolu 4(1), sa (6), fl-Artikolu (5)2, fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu l-art, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. Qabdiet mhux intenzjonati ta' dan it-tip m'għandhomx jitqiesu bħala li jirrappreżentaw ksur tad-dispożizzjoniiet dwar il-perċentwali permessi tal-kompożizzjoni tal-qabda speċifikati f'dawk l-Artikoli.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Ottubru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2056/2001 tad-19 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi miżuri tekniċi addizzjonali għall-irkupru tal-ħażniet ta' merluzz fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Punent tal-Iskozja (ĠU L 277, 20.10.2001, p. 13).


    Top