This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1828
Council Regulation (EU) 2015/1828 of 12 October 2015 amending Regulation (EU) No 36/2012 concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1828 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1828 tat-12 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ĠU L 266, 13.10.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0036 | Sostituzzjoni | anness II Test | 14/10/2015 | |
Modifies | 32012R0036 | Żieda | artikolu 15 paragrafu 1a | 14/10/2015 | |
Modifies | 32012R0036 | Żieda | artikolu 15 paragrafu 1b | 14/10/2015 | |
Modifies | 32012R0036 | Sostituzzjoni | artikolu 32 paragrafu 2 | 14/10/2015 |
13.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 266/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1828
tat-12 ta' Ottubru 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) jagħti effett lill-parti l-kbira tal-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(2) |
Fit-12 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1836 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1836 tistipula l-kriterji biex jiġu elenkati persuni, entitajiet u korpi fl-Anness I u II ta' dik id-Deċiżjoni. Ir-raġunijiet għal dawk il-listi jinsabu fil-premessi tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1836 u d-Deċiżjoni 2013/255/PESK. |
(3) |
Il-miżuri tal-iffriżar tal-assi jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hemm bżonn ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 15, jinżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “1a. Il-lista fl-Anness II għandha tikkonsisti wkoll f'persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, f'konformità mal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (*), ġew identifikati mill-Kunsill bħala li jaqgħu taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
u persuni fiżiċi jew ġuridiċi u l-entitajiet assoċjati magħhom, u li għalihom ma japplikax l-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. 1b. Persuni, entitajiet u korpi f'xi waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1a m'għandhomx jiġu inklużi jew miżmuma fuq il-lista ta' persuni, entitajiet u korpi fl-Anness II jekk ikun hemm biżżejjed informazzjoni li huma mhumiex, jew m'għadhomx, assoċjati mar-reġim jew ma jeżerċitawx influwenza fuqu jew ma joħolqux riskju reali ta' ċirkomvenzjoni. (*) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.).”." |
(2) |
L-Artikolu 32(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: “2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar l-elenkar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż ir-raġunijiet għalih, lill-persuna, lill-entità jew lill-korp ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn jagħtu lil tali persuna, entità jew korp l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. B'mod partikolari, fejn persuna, entità jew korp huma elenkati fl-Anness II fuq il-bażi li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew korpi stipulati fl-Artikolu 15(1a), il-persuna, l-entità jew il-korp jistgħu jippreżentaw prova u osservazzjonijiet dwar ir-raġuni għalfejn huma jikkunsidraw li l-elenkar tagħhom mhux ġustifikat, minkejja li jaqgħu taħt tali kategorija.”. |
(3) |
It-titolu tal-Anness II huwa sostitwit b'dan li ġej: “ANNESS II Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 14, 15(1)(a) u 15(1a)”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat-12 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ara l-paġna 75 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).